|
15.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2092/2004
tat-8 ta' Diċembru 2004
li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni għal kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa bla għadam li ġejja mill-Iżvizzera
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli (2) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) li ġie approvat f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni 2002/309/KE, l-Euratom taħseb għal importazzjonijiet bla tariffi ta’ kwantità ta’ 1 200 tunnellata kull sena għal-laħam tal-annimali tal-ifrat, imnixxef, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 0210 20 90 . |
|
(2) |
Minħabba l-kriżi tal-BSE il-partijiet iddikjaraw fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar is-settur tal-laħam, inkluż fl-Att Finali tal-Ftehim (3) li, b’eċċezzjoni, għandha tinfetaħ mill-Komunità kwota annwali awtonoma għal 700 tunnellata użin nett ta’ ċanga mnixxfa soġġetta għad-dazju ad valorem u eżenti mid-dazju speċifiku sakemm jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni imposti minn ċerti Stati Membri fuq l-Iżvizzera. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2424/1999 tal-15 ta’ Novembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni għal kwota tariffarja tal-importazzjoni ta’ ċanga bla għadam imnixxfa li għaliha hemm proviżjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2249/1999 (4) fetaħ kwota tat-tariffa għall-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa bla għadam għal importazzjonijiet mill-Iżvizzera fuq bażi pluriannwali għal volum annwali ta’ 700 tunnellata mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. |
|
(3) |
Fit-tielet laqgħa tiegħu li nżammet fi Brussell fl-4 ta’ Diċembru 2003 il-Kumitat Konġunt dwar l-Agrikoltura kkonkluda li wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tal-25 ta’ Novembru 2003 li jemenda l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 għall-Anness 11 tal-Ftehim (5), u t-tneħħija sussegwenti tal-miżuri restrittivi mill-Istati Membri fuq l-Iżvizzera, il-konċessjonijiet kif stipulati fil-Ftehim għandhom jiġu applikati kemm jista’ jkun malajr. Madankollu, b’kunsiderazzjoni għall-bidla fir-regoli tal-oriġini, inħasset il-ħtieġa b’mod konġunt li jitħalla żmien suffiċjenti biex l-operaturi jaġġustaw u jieħdu passi xierqa b’konnessjoni ma’ stokkijiet possibbli. Konsegwentement, kien miftiehem li jiġu implimentati l-konċessjonijiet ġodda mill-1 ta’ Jannar 2005. |
|
(4) |
Regoli dettaljati għall-applikazzjoni għandhom, għaldaqstant, jiġu stabbiliti fuq bażi pluriannwali għal kwota tal-importazzjoni bla tariffi ta’ kwantità ta’ 1 200 tunnellata per annum mill-1 ta’ Jannar 2005 għal-laħam ta’ annimali tal-ifrat, mingħajr għadam, imnixxef, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 0210 20 90 li joriġina fl-Iżvizzera. |
|
(5) |
Biex ikunu eliġibbli għall-benefiċċju ta’ din il-kwota tariffarja, il-prodotti kkonċernati għandhom joriġinaw fl-Iżvizzera b’konformità mar-regoli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 tal-Ftehim. Definizzjoni preċiża tal-prodotti eliġibbli għandha tiġi pprovduta. Għal raġunijiet ta’ kontroll, importazzjonijiet taħt dik il-kwota għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-awtentiċità li jikkonferma li l-laħam jikkorrispondi eżattament mad-definizzjoni eliġibbli. Hu meħtieġ li jiġi stabbilit mudell għal dawk iċ-ċertifikati u li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-użu tagħhom. |
|
(6) |
L-arranġamenti għandhom jitmexxew bl-użu ta’ liċenzji tal-importazzjoni, Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar is-sottomissjoni tal- applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tingħata dwar applikazzjonijiet u liċenzji, fejn meħtieġ permezz ta’ deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ċertifikati li jiffissaw bil-quddiem għal prodotti agrikoli (6) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli tal-applikazzjoni għal liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella u li tirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/80 (7). |
|
(7) |
Sabiex tiġi żgurata tmexxija tajba tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati, għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni soġġetti għall-verifika, b’mod partikolari ta’ informazzjoni mdaħħla fuq ċertifikati tal-awtentiċità. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2424/1999 għandu jiġi rrevokat. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċanga u l-Vitella, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Kwota tariffarja Komunitarja tal-importazzjoni eżenti mid-dazju għal-laħam imnixxef bla għadam tal-annimali tal-ifrat li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 0210 20 90 u li joriġina fl-Iżvizzera hija b’dan miftuħa fuq bażi pluriannwali għal volum annwali ta’ 1 200 tunnellata għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru (minn issa ’l quddiem “il-kwota”).
In-numru għall-ordni tal-kwota għandu jkun 09.4202.
2. Ir-regoli dwar l-oriġini applikabbli għall-prodotti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera għall-kummerċ fil-prodotti agrikoli.
3. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, “laħam imnixxef bla għadam” għandu jfisser biċċiet tal-laħam mill-koxox ta’ annimali tal-ifrat li għandhom mill-anqas 18-il xahar, b’ebda xaħam viżibbli intramuskulari (3 sa 7 %) u pH tal-laħam frisk bejn 5,4 u 6,0; immellaħ, imħawwar, ippressat, imnixxef biss ġol-arja friska niexfa u li qed jiżviluppa tinwir nobbli (blanzun ta’ fungi mikroskopiċi). L-użin tal-prodott lest għandu jkun bejn 41 % u 53 % tal-materja prima qabel it-tmelliħ.
Artikolu 2
1. Importazzjonijiet tal-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni, fuq ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, ta’ liċenzja tal-importazzjoni.
2. L-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità mħejji b’konformità mal-Artikolu 3 flimkien ma’ kopja tiegħu għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti flimkien mal-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja tal-importazzjoni relatata maċ-ċertifikat tal- awtentiċità.
L-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità għandu jinżamm minn dik l-awtorità.
3. Ċertifikat tal-awtentiċità għandu jintuża għall-ħruġ ta’ aktar minn liċenzja tal-importazzjoni waħda għal kwantitajiet li ma jaqbżux dik murija fuq iċ-ċertifikat. Fejn tinħareġ aktar minn liċenzja waħda fuq ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha tapprova ċ-ċertifikat tal-awtentiċità biex turi l-kwantità attribwita.
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu liċenzji tal-importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li l-informazzjoni fuq iċ-ċertifikat tal-awtentiċità tikkorrispondi għal dik riċevuta kull ġimgħa mill-Kummissjoni dwar is-suġġett. Il-liċenzji għandhom jinħarġu minnufih minn dakinhar ’il quddiem.
Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u fuq applikazzjoni raġunata kif għandu jkun, joħorġu liċenzji tal-importazzjoni fuq il-bażi taċ-ċertifikati rilevanti tal-awtentiċità qabel ma tiġi riċevuta l-informazzjoni mill-Kummissjoni. F’tali każijiet, is-sigurtà għal-liċenzji tal-importazzjoni għandha tkun ekwivalenti għall-ammont li jikkorrispondi għad-dazju tad-dwana sħiħ taħt it-tariffa tad-dwana komuni. Wara li jirċievu l-informazzjoni relatata maċ-ċertifikat, l-Istati Membri għandhom ibiddlu din is-sigurtà b’dik li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1445/1995.
5. It-Taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenzja u tal-liċenzji stess għandhom juru wieħed mill-approvazzjonijiet elenkati fl-Anness I.
Artikolu 3
1. Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 għandhom jinħarġu f’oriġinal wieħed u żewġ kopji, li għandhom jiġu stampati u mimlija b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, b’konformità mal-mudell fl-Anness II. Jista’ jiġi wkoll stampat u mimli bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż esportatur.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni jistgħu jitolbu li tiġi pprovduta traduzzjoni taċ-ċertifikat.
2. Il-formoli taċ-ċertifikat għandhom ikunu ta’ 210 × 297 mm. Il-karta użata għandha tiżen mhux anqas minn 40 g/m2. L-oriġinal għandu jkun abjad, l-ewwel kopja roża u t-tieni kopja safra.
3. L-oriġinal taċ-ċertifikat u l-kopji tiegħu jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-idejn. Fil-każ tal-aħħar, għandhom jimtlew bil-linka sewda u b’ittri kbar.
4. Kull ċertifikat għandu jkollu n-numru individwali tas-serje tiegħu segwit mill-isem tal-pajjiż emittenti.
Il-kopji għandhom juru l-istess numru tas-serje u l-istess isem bħall-oriġinal.
5. Id-definizzjoni ta’ laħam imnixxef bla għadam stipulata fl-Artikolu 1(3) għandha tiġi stabbilita biċ-ċar fiċ-ċertifikat.
6. Iċ-ċertifikati jkunu validi biss jekk huma approvati kif suppost minn awtorità emittenti mniżżla fl-Anness III.
Iċ-ċertifikati għandhom jiġu kkunsidrati li ġew approvati kif suppost jekk jiddikjaraw id-data u l-post tal-ħruġ u jekk ikun fihom it-timbru tal-awtorità emittenti u l-firma tal-persuna jew il-persuni li għandhom l-awtorità li jiffirmawhom.
Artikolu 4
1. L-awtoritajiet emittenti elenkati fl-Anness III għandhom:
|
(a) |
ikunu rrikonoxxuti bħala tali mill-pajjiż esportatur ikkonċernat; |
|
(b) |
jimpenjaw ruħhom li jivverifikaw l-informazzjoni mdaħħla fiċ-ċertifikati; |
|
(c) |
jimpenjaw ruħhom li jibagħtu lill-Kummissjoni mill-anqas darba fil-ġimgħa kull informazzjoni li tippermetti li l-informazzjoni mdaħħla fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità, b’mod partikolari n-numru taċ-ċertifikat, l-esportatur, ir-riċevitur, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-prodott, l-użin nett u d-data tal-firma, jiġu vverifikati. |
2. Il-lista fl-Anness III tista’ tiġi riveduta mill-Kummissjoni fejn il-kundizzjoni meħtieġa li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu ma tkunx għadha tintlaħaq jew fejn l-awtorità emittenti ma tkunx tissodisfa kwalunkwe mill-obbligi li huma responsabbiltà tagħha.
Artikolu 5
Ċertifikati tal-awtentiċità u liċenzji tal-importazzjoni jkunu validi għal tliet xhur mid-dati rispettivi tal-ħruġ tagħhom. Madankollu, it-terminu tal-validità tagħhom jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru wara d-data tal-ħruġ.
Artikolu 6
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1445/95 għandhom japplikaw soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7
L-awtoritajiet tal-pajjiżi esportaturi għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri użati mill-awtoritajiet emittenti tagħhom u l-ismijiet u l-firem tal-persuni li huma awtorizzati li jiffirmaw ċertifikati tal-awtentiċità. Kull tibdil sussegwenti ta’ timbri jew ismijiet għandu wkoll jiġi notifikat lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Artikolu 8
Ir-Regolament (KE) Nru 2424/1999 huwa rrevokat.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak li fih jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(3) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 352.
(4) ĠU L 294, 16.11.1999, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1118/2004 (ĠU L 217, 17.6.2004, p. 10).
(5) ĠU L 23, 28.1.2004, p. 27.
(6) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 636/2004 (ĠU L 100, 6.4.2004, p. 25).
(7) ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1118/2004.
ANNESS I
Approvazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(5)
|
— |
bl-Ispanjol |
: |
Carne de vacuno seca deshuesada — Reglamento (CE) no 2092/2004 |
|
— |
biċ-Ċek |
: |
Vykostěné sušené hovězí maso — směrnice (ES) č. 2092/2004 |
|
— |
bid-Daniż |
: |
Tørret udbenet oksekød — forordning (EF) nr. 2092/2004 |
|
— |
bil-Ġermaniż |
: |
Εntbeintes, getrocknetes Rindfleisch — Verordnung (EG) Nr. 2092/2004 |
|
— |
bl-Estonjan |
: |
Kuivatatud kondita veiseliha — määrus (EÜ) nr 2092/2004 |
|
— |
bil-Grieg |
: |
Αποξηραμένο βόειο κρέας χωρίς κόκαλα — Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 2092/2004 |
|
— |
Bl-Ingliż |
: |
Dried boneless beef — Regulation (EC) No 2092/2004 |
|
— |
Bil-Franċiż |
: |
Viande bovine séchée désossée — Règlement (CE) no 2092/2004 |
|
— |
Bit-Taljan |
: |
Carni bovine disossate ed essiccate — regolamento (CE) n. 2092/2004 |
|
— |
Bil-Latvjan |
: |
Žāvēta atkaulota liellopu gaļa — Regula (EK) Nr. 2092/2004 |
|
— |
bil-Litwan |
: |
Džiovinta jautiena be kaulų — Reglamentas (EB) Nr. 2092/2004 |
|
— |
bl-Ungeriż |
: |
Szárított, kicsontozott marhahús — 2092/2004/EK rendelet |
|
— |
bl-Olandiż |
: |
Gedroogd rundvlees zonder been — Verordening (EG) nr. 2092/2004 |
|
— |
bil-Pollakk |
: |
Suszone mięso wołowe bez kości — Rozporządzenie (WE) nr 2092/2004 |
|
— |
bil-Portugiż |
: |
Carne de bovino seca desossada — Regulamento (CE) n.o 2092/2004 |
|
— |
bis-Slovakk |
: |
Vykostené, sušené hovädzie mäso — Nariadenie (ES) č. 2092/2004 |
|
— |
bis-Sloven |
: |
Posušeno goveje meso brez kosti — Uredba (ES) št. 2092/2004 |
|
— |
bil-Finlandiż |
: |
Kuivattua luutonta naudanlihaa — asetus (EY) N:o 2092/2004 |
|
— |
bl-Iżvediż |
: |
Τorkat benfritt nötkött — förordning (EG) nr 2092/2004 |
ANNESS III
Lista ta’ awtoritajiet f’pajjiżi esportaturi awtorizzati biex joħorġu ċertifikati tal-awtentiċità
ŻVIZZERA:
|
— |
Office vétérinaire federal/Bundesamt für Veterinärwesen/Ufficio federale di veterinaria |