5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

336


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2054/2004

tad-29 ta' Novembru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-listi ta’ pajjiżi u territorji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għal moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1),u b’mod partikolari l-Artikoli 10 u 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistipula l-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għal moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi u r-regoli li japplikaw għal kontrolli fuq dan il-moviment. Il-Parti C ta’ l-Anness II għal dak ir-Regolament fih lista ta’ pajjiżi terzi li fihom ir-riskju li l-idrofobija/rabja li tidħol fil-Komunità bħala riżultat ta’ movimenti mit-territorji ta’ l-annimali domestiċi nstab li mhuwiex akbar mir-riskju marbut mal-movimenti bejn l-Istati Membri.

(2)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 lista ta’ pajjiżi terzi kellha tinħoloq qabel it-3 ta’ Lulju 2004. Biex ikun inkluż f’dik il-lista, pajjiż terz għandu juri s-sitwazzjoni ta’ l-idrofobija/rabja fi ħdanu u li jikkonforma ma’ ċerti kondizzjonijiet marbuta ma’ notifikazzjonijiet, monitoraġġ, servizzi veterinarji, prevenzjoni u kontroll ta’ l-idrofobija/rabja u tar-regolament tal-vaċċini.

(3)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ fil-moviment ta’ l-annimali domestiċi, u sabiex pajjiżi terzi jkollhom biżżejjed żmien li jipprovdu fejn meħtieġ garanziji addizzjonali, huwa xieraq li tiġi stabbilita lista proviżorja ta’ pajjiżi terzi. Dik il-lista għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni disponibbli maħruġa mill-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżotiku (OIE – Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali), ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni f’pajjiżi terzi kkonċernati u l-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri.

(4)

Il-lista għandha tkun ibbażata wkoll fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), iċ-Centru ta’ Kollaborazzjoni tad-WHO għas-Sorveljanza ta’ l-Idrofobija/Rabja u Riċerka f’Wusterhausen, u l-Bullettin ta’ l-Idrofobija/Rabja.

(5)

Il-lista proviżorja ta’ pajjiżi terzi għandha tinkludi pajjiżi li huma ħielsa mill-idrofobija/rabja u pajjiżi li fir-rigward tagħhom ir-riskju li l-idrofobija/rabja tidħol fil-Komunità bħala riżultat ta’ movimenti mit-territorji tagħhom instabu li mhumiex ogħla mir-riskju assoċjat mal-movimenti bejn l-Istati Membri.

(6)

Wara t-talbiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa sabiex jiġu inklużi fil-lista f’Parti C ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, jidher xieraq li l-lista proviżorja stabbilita tiġi mmodifikata bi qbil ma’ l-Artikolu 10.

(7)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġislazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jiġi mibdul fit-totalità tiegħu.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għalhekk ikun emendat kif meħtieġ.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 huwa mibdul mit-test kif muri fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta' Dicembru 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar id-29 ta' Novembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/650/KE (ĠU L 298, tat-23.9.2004, p. 22.)


ANNESS

“ANNESS II

LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI

PARTI A

IE L-Irlanda

MT - Malta

SE - L-Isvezja

UK - Ir-Renju Unit,

TAQSIMA B

Taqsima 1

a)

DK - Id-Danimarka, inkluża GL – Greenland u Fo - Il-Gżejjer Faeroe

b)

ES - Spanja, inkluż it-territorju kontinentali, il-Gżejjer Baleariċi, il-Gżejjer Kanarji, Ceuta u Melilla;

c)

FR - Franza, inkluża l-Guinea Franċiża, Gp – Guadeloupe, MQ – Martinique u RE - Réunion

d)

GI - Ġibiltà

e)

PT - Il-Portugall, inkluż it-territorju kontinentali, il-Gżejjer Ażori u l-Gżejjer ta’ Madeira;

f)

Stati Membri apparti minn dawk imniżżla f’Parti A u f’punti (a), (b), (c) u (e) ta’ din it-Taqsima.

Taqsima 2

AD - Andorra

CH - L-Isvizzera

IS - L-Islanda

LI - Il-Liechtenstein

MC - Monaco

NO - In-Norveġja

SM - San Marino

VA - L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

PARTI C

AC - Il-Gżira ta’ Ascension

AE - L-Emirati Għarab Magħquda

AG - Antigwa u Barbuda

AN - L-Antilli Olandiżi:

AU - L-Awstralja

AW - Aruba

BB - Il-Barbados

BH - Baħrejn

BM - Bermuda

CA - Il-Kanada

CL - iċ-Ċili

FJ - Il-Fiji

FK - Il-Gżejjer Falkland,

HK - Hong Kong

HR - Il-Kroazja

JM - Il-Ġamajka

JP - Il-Ġappun

KN - San Kitts u Nevis

KY - Il-Gżejjer Cayman

MS - Montserrat

MU - Il-Mawrizju

NC - New Caledonia

NZ - New Zealand

PF - Il-Polineżja Franċiża,

PM - Saint Pierre et Miquelon

RU - Il-Federazzjoni Russa

SG - Singapor

SH - Saint Helena

US - L-Istati Uniti ta' l-Amerika

VC - Saint Vincenz u l-Grenadini

VU - Vanuatu

WF - Wallis u Futuna

YT - Mayotte”