|
7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
76 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1928/2004
tal-25 ta’ Ottubru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2287/2003 li jiffissa għall-2004 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qabda
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2287/2003 (2) jistabbilixxi limitazzjoni interim għall-isforz tas-sajd u kundizzjonijiet addizzjonali għal monitoraġġ, spezzjoni u sorveljanza fil-kuntest ta’ rkupru ta’ ċerti ħażniet ta’ ħut. Minn dak iż-żmien il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru ta’ ħażniet ta’ merluzz (3). Hu xieraq li d-disposizzjonijiet ta’ l-Anness V jkunu allinejati ma’ dawk fir-Regolament (KE) Nru 423/2004. Barra minn hekk l-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness uriet li ċerti disposizzjonijiet tiegħu hemm bżonn li jew jiġu ċċarati jew magħmula aktar flessibli, sabiex tiġi mtejba l-applikabilità u l-effettivita tiegħu. Jeħtieġ li jkun żgurat li kull tibdil lill-iskema ma jirriżultax f’valur inqas ta’ konservazzjoni għall-miżuri in kwistjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2287/2003 għandu għalhekk jiġi hekk emendat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2287/2003 għandu jiġi mibdul bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lusssemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
R. VERDONK
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
ANNESS
“ANNESS V
LIMITAZZJONI INTERIM TA’ L-ISFORZ TAS-SAJD U KONDIZZJONIJIET ADDIZZJONALI GĦAL MONITORAĠĠ, SPEZZJONI U SORVELJANZA FIL-KUNTEST TA’ L-IRKUPRU TA’ ĊERTI ĦAŻNIET TA’ ĦUT
Disposizzjonijiet ġenerali
|
1. |
Il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità ta’ tul globali daqs jew aktar minn 10 metri. |
|
2. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, iż-żona ġeografika li ġejja għandha tapplika:
|
|
3. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, jum preżenti fiż-żona u assenti mill-port għandu jkun:
|
|
4. |
Għal finijiet ta’ dan l-Anness, il-gruppi ta’ tagħmir tas-sajd li ġejjin għandhom japplikaw:
|
Sforz tas-sajd
|
5. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li, meta jinġarr abbord kull tip ta’ tagħmir tas-sajd li hemm referenza għalih fil-punt 4, bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu u reġistrati fil-Komunità għandhom ikunu preżenti fiż-żona u assenti mill-port għal mhux aktar min-numru ta’ jiem speċifikat fil-punt 6. |
|
6. |
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
7. |
Qabel l-ewwel jum ta’ kull perijodu ta’ amministrazzjoni l-kaptan ta’ bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment qed itajjar il-bandiera liema tagħmir hu għandu l-intenzjoni juża waqt il-perijodu ta’ amministrazzjoni li jmiss. Sakemm tali notifika tiġi provduta l-bastiment ma jkunx intitolat li jistad fiż-żoni definiti fil-punt 2 bi kwalunkwe tip ta’ tagħmir imsemmi f’ punt 4.
Fejn kaptan ta’ bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu jinnotifika l-użu ta’ tnejn mill-gruppi ta’ tagħmir ta’ sajd definiti taħt il-punt 4, in-numru totali ta’ jiem disponnibli matul il-perijodu ta’ amministrazzjoni li jmiss m’ għandux ikun aktar minn nofs is-somma ta’ jiem li għalihom il-bastiment hu eliġibbli għal kull tagħmir, mgħaduda sa l-eqreb jum sħiħ. Mhux ser ikun permess li jintuża l-ebda wieħed mit-tagħmir konċernat għal aktar jiem min-numru ta’ jiem stipulat għal dak it-tagħmir f’ Tabella I. L-għażla li jintużaw iż-żewġ tipi ta’ tagħmir għandha tkun disponibbli biss jekk l-arranġamenti addizzjonali ta’ monitoraġġ li ġejjin huma jintlaħqu:
Spezzjoni u sorveljanza fuq il-baħar jew fil-port mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu magħmula għal verifika ta’ konformità maż-żewġ kondizzjonijiet t’hawn fuq. Kwalunkwe bastiment li jinstab mhux konformi ma’ dawn il-kondizzjonijiet għandu b’effett immedjat ma jitħalliex juża żewġ gruppi ta’ tagħmir tas-sajd. Bastiment li jixtieq jikkombina l-użu ta’ wieħed jew iktar mit-tagħmir tas-sajd msemmi fil-punt 4 (tagħmir regolat) ma’ kwalunkwe tagħmir ta’ sajd ieħor mhux imsemmi fil-punt 4 (tagħmir mhux regolat) ma jkunx ristrett fl-użu tiegħu ta’ tagħmir mhux regolat. Bastimenti bħal dawn iridu jinnotifikaw minn qabel meta t-tagħmir regolat għandu jiġi wżat. Meta l-ebda tali notifika ma ġiet mogħtija l-ebda tagħmir imsemmi fil-punt 4 ma jista’ jinġarr abbord. Bastimenti bħal dawn iridu jiġu awtorizzati u ekwipaġġati biex jagħmlu l-attività tas-sajd alternattiva. |
|
8. |
Bastiment li hu preżenti fi kwalunkwe waħda miż-żoni definiti fil-punt 2 u li jġorr abbord wieħed mit-tagħmir tas-sajd imsemmi fil-punt 4 ma jistax fl-istess ħin iġorr abbord xi wieħed mit-tagħmir l-ieħor imsemmi fil-punt 4. |
|
9. |
|
|
10. |
|
|
11. |
Bastiment mingħajr ebda track record ta’ sajd f’waħda miż-żoni definiti fil-punt 2 jista’ jaqsam dawn iż-żoni sakemm l-ewwel ikun innotifika l-awtoritajiet bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel hekk. Waqt li dak il-bastiment ikun f’waħda miż-żoni definiti fil-punt 2 kwalunkwe tagħmir tas-sajd li jinġarr abbord irid ikun marbut u stivat skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 (1). |
|
12. |
Stat Membru m’ għandux jippermetti sajd b’tagħmir definit fil-punt 4 fi kwalunkwe żona definita fil-punt 2 minn kwalunkwe mill-bastimenti tiegħu li m’għandhomx rekord ta’ tali attività ta’ sajd fis-snin 2001, 2002 jew 2003 f’dik iż-żona sakemm jiżgura li kapaċità ekwivalenti, mkejla f’kilowatts, ma jitħalliex jistad fiż-żona regolata.
Madankollu, bastiment bi track record ta’ użu ta’ tagħmir definit fil-punt 4 jista’ jkun awtoriżżat biex juża tagħmir differenti definit fil-punt 4, provdut li n-numru ta’ jiem allokati għal dan it-tagħmir ta’ l-aħħar huwa aktar minn jew daqs in-numru ta’ jiem allokati lill-ewwel tagħmir. |
|
13. |
Stat Membru m’għandux jgħodd kontra l-jiem allokati lil kwalunkwe wieħed mill-bastimenti tiegħu taħt dan l-Anness la l-jiem meta l-bastiment kien assenti mill-port imma ma setax jistad għax kien qed jassisti bastiment ieħor fil-bżonn ta’ għajnuna ta’ emerġenza u lanqas jiem fejn il-bastiment kien assenti mill-port imma ma setax jistad għax kien qed jitrasporta membru ta’ l-ekwipaġġ ferut għall-għajnuna ta’ emerġenza medika. L-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien xahar ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda fuq din il-bażi b’evidenza assoċjata ta’ l-emerġenza mill-awtoritajiet kompetenti. |
Monitoraġġ, spezzjoni u sorveljanza
|
14. |
Minkejja l-Artikolu 19a tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, l-Artikoli 19b, 19ċ, 19d, 19e u 19k ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal bastimenti li jġorru abbord it-tagħmir tas-sajd definit fil-punt 4 u li joperaw fiż-żoni definiti fil-punt 2. |
|
15. |
Stati Membri jistgħu jimplimentaw miżuri ta’ kontroll alternattivi biex jiżguraw konformità ma’ obbligazzjonijiet ta’ rappurtaġġ imsemmija fil-punt 14 ta’ dan l-Anness li huma effettivi u trasparenti daqs dawn l-obligazzjonijiet ta’ rappurtaġġ. Miżuri alternattiva bħal dawn għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni qabel ma’ jiġu implimentati. |
|
16. |
Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità, jew ir-rappreżentant tiegħu, qabel kwalunkwe daħla f’port jew lok ta’ żbark ta’ Stat Membru wara li kien preżenti f’żona msemmija fit-Tabella III b’iktar mill-kwantitajiet ta’ kwalunkwe speċi indikati fuq dik it-tabella, għandhom jinfurmaw, minn ta’ l-inqas erba’ siegħat qabel daħla bħal din, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru:
|
|
17. |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih żbark li jirrikjedi li ssir notifikazzjoni minn qabel jista’ jitlob li r-rilaxx tal-qabda miżmuma abbord ma jibdiex sakemm awtorizzat minn dawk l-awtoritajiet.
Tabella III Kwantitajiet ta’ żbark f’tunnelati skond iż-żona u l-ispeċi li fuqhom japplikaw kondizzjonijiet speċjali
|
||||||||||||
|
18. |
Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentant tiegħu li jixtieq li jaqsam jew jirrilaxxa fuq il-baħar kwalunkwe kwantita miżmuma abbord jew li jidħol f’port jew lok ta’ żbark ta’ pajjiż terz għandu jinforma l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li tiegħu qed tittajjar il-bandiera ta’ l-inqas 24 siegħa qabel jaqsam jew jirrilaxxa fuq il-baħar jew jinżel f’pajjiż terz l-informazzjoni msemmija fil-punt 16. |
|
19. |
Mhux permess li jitniżżlu kwantitajiet akbar ta’ kwalunkwe speċi msemmija fit-Tabella III (taħt l-intestatura DP) għal bastiment tas-sajd li kien fiż-żona definita fit-tabella barra l-port imsemmi.
Kull Stat Membru għandu jitrasmetti lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament il-lista ta’ portijiet magħżula u, fi żmien 30 jum wara dan, it-termini u l-kondizzjonijiet għar-rekordjar u r-rappurtaġġ tal-kwantitajiet ta’ kwalunkwe speċi u ħażniet imsemmija fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament f’kull żbark. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha. |
|
20. |
B’deroga mill-Artikolu 5 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-irrekordjar ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut (1) ta’ l-Istati Membri, l-marġini ta’ tolleranza permessa, meta jkunu qed jiġu stmati l-kwantitajiet, f’kilogrammi miżmuma abbord ta’ bastimenti msemmija fil-punt 14 għandom ikunu 8 % tal-figura fil-ġurnal ta’ abbord. |
|
21. |
Għandu jkun projbit li jinżamm abbord bastiment tas-sajd fi kwalunkwe kontenitur kull kwantità ta’ merluzz imħallat ma’ kwalunkwe speċi oħra ta’ organiżmi tal-baħar. Kontenituri b’merluzz għandhom ikunu stivati fl-istiva b’tali mod li jkunu miżmuma separati mill-kontenituri l-oħra. |
|
22. |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jeħtieġu li kull kwantità ta’ merluzz maqbud f’kwalunkwe żona speċifikata fil-punt 2 u l-ewwel żbark f’dak l-Istat Membru jintiżen fil-preżenza ta’ kontrolluri qabel jiġi trasportat mill-port ta’ l-ewwel żbark. Għall-merluzz l-ewwel żbarkat f’port magħżul taħt il-punt 19, kampjuni rappreżentativi, li jammontaw għal ta’ l-inqas 20 % ta’ l-iżbark, għandhom jintiżnu fil-preżenza ta’ kontrolluri awtoriżżati mill-Istati Membri qabel ma jiġu offruti għall-ewwel bejgħ u mibjugħa. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dettalji tar-reġim ta’ teħid ta’ kampjuni li għandu jiġi applikat. |
|
23. |
B’deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, kwantitajiet ikbar minn 50kg ta’ kwalunkwe speċi msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament li huma trasportati lejn post ieħor mill-post ta’ żbark jew ta’ importazzjoni għandhom ikunu akkompanjati b’kopja ta’ waħda mid-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-ispeċi trasportati. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13 (4)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 m’ għandhiex tapplika. |
|
24. |
B’deroga mill-Artikolu 34c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-programm speċifiku ta’ monitoraġġ għal kwalunkwe mill-ħażniet imsemmija fl-Artikolu 12 jistgħu jibqgħu jeżistu għal iktar minn sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom. |
(*1) Kif verifikat mill-ġurnal ta’ abbord tal-KE – medja annwali ta’ żbark f’piż ħaj.
(*2) Minkejja din id-disposizzjoni, id-deroga għandha tapplika wkoll għal massimu ta’ sitt bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza u reġistrati fil-Komunità ta’ tul globali daqs jew aktar minn 15-il metru. Lista ta’ dan it-tip ta’ bastimenti għandha tiġi preżentata lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Frar 2004.
(*3) Il-bastimenti jistgħu jkunu preżenti fiż-żona għan-numru ta’ jiem fix-xahar ikkonċernat.
(1) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 (ĠU L 289, 7.11.2003, p. 1).
(1) ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1965/2001 (ĠU L 268, 9.10.2001, p. 23).”