5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

262


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1804/2004

ta' l-14 ta' Ottubru 2004

li jemenda l-lista tal-qrati kompetenti u l-proċeduri ta' rimedju f'Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 fuq il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fí kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet dwar ir-responsabbilta’ ta’ ġenituri tal-miżżewgin

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad- 29 ta’ Mejju 2000 fuq il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet dwar ir-responsabbilta’ ta’ ġenituri tal-miżżewġin lejn l-ulied, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 44(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000 jipprovdi li kull parti interessata tista’ titlob li sentenza maħruġa fi Stat Membru għandha tiġi rrikonoxxuta u ddikjarata li tista’tkun infurzata fi Stat Membru ieħor.

(2)

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 jindikaw liema qrati għandu jkollhom ġurisdizzjoni fl-Istati Membri biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ infurzar u appelli kontra dawn id-deċiżjonijiet, u jenumeraw il-proċeduri ta’ rimedju għal dan l-iskop.

(3)

L-Annessi I, II u III kienu emendati sa l-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 biex setgħet tkun inkluża l-lista tal-qrati kompetenti u l-proċeduri ta’ rimedju ta’ l-Istati li kienu se jingħaqdu.

(4)

Il-Latvja, il-Litwanja, is-Slovejna u s-Slovakkja nnotifikaw lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 44(1) tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000, bl-emendi fil-listi tal-qrati u l-proċeduri ta’ rimedju stabbiliti fl-Annessi I, II uIII.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu għalhekk jiġi emendat b’dan il-mod,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I jiġi emendat kif ġej:-

(a)

l-inċiż relatat mal-Latvja jiġi mibdul b’dan li ġej:

“—

fil-Latvja, ir- ‘rajona (pilsētas) tiesa’”,

(b)

l-inċiż relatat mas-Slovenja jiġi mibdul b’dan li ġej:

“—

fis-Slovenja, l- ‘okrožno sodišče’”.

(2)

L-Anness II jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-inċiż relatat mal-Litwanja jiġi mibdul b’dan li ġej:

“—

fil-Litwanja, il- ‘Lietuvos apeliacinis teismas’”,

(b)

l-inċiż relatat mas-Slovenja jiġi mibdul b’dan li ġej:

“—

fis-Slovenja, l- ‘okrožno sodišče’”,

(c)

l-inċiż relatat mas-Slovakkja jiġi mibdul b’dan li ġej:

“—

fis-Slovakkja, l- ‘okresný súd’”.

(3)

L-Anness III jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-inċiż relatat mal-Litwanja jiġi mibdul b’dan li ġej:

“—

fil-Litwanja, b’appell ta’ kassazzjoni għall- ‘Lietuvos Aukščiausiasis Teismas’”,

(b)

l-inċiż relatat mas-Slovenja jiġi mibdul b’dan li ġej:

“—

fis-Slovenja, b’appell quddiem il- ‘Vrhovno sodišče Republike Slovenije’”,

(c)

l-inċiż li ġej jiġi mdaħħal fir-rigward tas-Slovakkja:

“—

fis-Slovakkja, b’ ‘dovolanie’”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar il-14 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Antonio VITORINO

Membru tal-Kummissjoni


(1)  OJ L 160, 30.6.2000, p. 19; Regolament emendat l-aħħar fl- 2003 bl-Att ta' l-Accessjoni.