|
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
256 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1765/2004
tat-13 ta' Ottubru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2002 li jirrigwarda l-użu kontinwu tas-sustanzi immniżżla f’Anness II
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita’ Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tpoġġija fis-suq tal-prodotti li jipproteġu l-pjanti (1), u b’mod partikolari ir-raba’ subparagrafu ta’ Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 ta’ l-20 ta’ Novembru 2002 li jestendi l-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jikkonċerna n-nuqqas ta' inklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi f’ Anness I ta’ dik id-Direttiva u t-tneħħija ta’ l-awtorizzazzjonijiet fuq il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (2) fiha miżuri temporanji biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati alternattivi li jikkonċernaw l-użu li għalih evidenza teknika addizzjonali ġiet provduta li turi l-bżonn essenzjali għal aktar użu tas-sustanza attiva u l-assenza ta’ alternattiva effiċjenti. |
|
(2) |
Franza ppreżentat evidenza ġdida li turi l-bżonn ta’ użu essenzjali miżjud. Din l-informazzjoni giet ivvalorizzata mill-Kummissjoni flimkien ma’ esperti mill-Istati Membri. |
|
(3) |
Id-derogi għandhom jiġu mogħtija biss għall-każijiet li jidhru ġustifikati u li ma jqajmux tħassib u għandhom ikunu ristretti għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara li għalihom ma jeżistux alternattivi effiċjenti. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 għandu għalhekk jiġi emendat b'dan il-mod. |
|
(5) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
F’Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2076/2002 il-linja li tikkonċerna s-sustanza attiva 4-CPA (4-chlorophenoxyacetic acid) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“4-CPA (4-chlorophenoxyacetic acid) |
Greċja |
Għeneb (bla żerriegħa) |
|
Spanja |
Tadam, brunġiel |
|
|
Franza |
Tadam, brunġiel” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar it-13 ta' Ottubru 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1, Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p.50).
(2) ĠU L 319, tat-23.11.2002, p. 3, Regolament kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 835/2004 (ĠUL 127, tad-29.4.2004, p. 43).