5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

222


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1713/2004

tat-30 ta' Settembru 2004

li jniżżel derogi mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 fir-rigward ta' prodotti f'forma ta' oġġetti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat li huma esportati lejn pajjiżi terzi minbarra l-Bulgarija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jniżżel arranġamenti tas-suq applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-proċessar ta' prodotti agrikoli, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 tat-13 ta' Lulju 2000 li jniżżel regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema li tagħti rimborżi ta' l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati f'forma ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta' l-ammont ta' dawn ir-rimborżi (2) jsemmi li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta' April 1999 li jniżżel regoli dettaljati komuni għas-sistema li tagħti rimborż ta' l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (3) għandu japplika fir-rigward ta' l-esportazzjoni ta' prodotti f'forma ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat.

(2)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jsemmi li l-jedd għar-rimborż ta' l-esportazzjoni jinkiseb ma' l-importazzjoni f'pajjiż terz speċifiku meta rimborż differenzjat jkun japplika għal dak il-pajjiż terz. L-Artikoli 14, 15 u 16 ta' dak ir-Regolament jniżżlu l-kondizzjonijiet għall-ħlas ta' dan ir-rimborż differenzjat, b'mod partikolari jniżżlu d-dokumenti li għandhom ikunu fornuti bħala prova tal-wasla ta' l-oġġetti fid-destinazzjoni.

(3)

Fil-każ ta' rimborż differenzjat, l-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jsemmi li parti mir-rimborż, kalkolat bl-użu ta' l-iktar rata baxxa ta' rimborż, ikun imħallas mill-esportatur ma' l-applikazzjoni ladarba tkun ingħatat prova li l-prodott ikun ħalla t-territorju tad-dwana tal-Komunità.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2004 ta' l-24 ta' Settembru 2004 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali li jikkonċernaw l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw fil-Bulgarija u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn il-Bulgarija (4) isemmi fuq bażi awtonoma l-abolizzjoni tar-rimborżi fuq prodotti agrikoli proċessati mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat meta esportati lejn il-Bulgarija mill-1 ta' Ottubru 2004.

(5)

Il-Bulgarija aċċetat li tagħti l-arranġamenti preferenzjali ta' importazzjoni lill-oġġetti importati fit-territorju tagħha biss jekk l-oġġetti konċernati jkunu akkumpanjati b'dokumenti li jiddikjaraw li m'humiex eleġibbli għall-ħlas ta' rimborżi ta' esportazzjoni.

(6)

Fid-dawl ta' dawk l-arranġamenti, bħala miżura transitorja bil-ħsieb ta' l-adeżjoni possibbli tal-Bulgarija fl-Unjoni Ewropea u sabiex tkun evitata l-impożizzjoni ta' spejjeż mhux meħtieġa f'operaturi fin-negozju kummerċjali tagħhom ma' pajjiżi terzi oħra, huwa xieraq li ssir deroga mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 peress li teħtieġ prova ta' importazzjoni fil-każ ta' rimborżi differenzjati. Huwa xieraq ukoll, fejn l-ebda rimborż ma jkun iffissat għall-pajjiżi ta' destinazzjoni partikolari in kwistjoni, li dak il-fatt ma jkunx ikkunsidrat meta l-iktar rata baxxa ta' rimborż tkun determinata.

(7)

Peress li l-miżuri awtonomi u tranżizzjonali mniżżla fir-Regolament (KE) Nru…/2004 se japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2004 dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(8)

Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Amministrazzjoni dwar mistoqsijiet orizzontali li jikkonċernaw in-negozju ta' prodotti agrikoli proċessati mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, fejn id-differenzjar tar-rimborż huwa biss ir-riżultat tan-nuqqas ta' iffissar ta' rimborż għall-Bulgarija prova li l-formalitajiet tad-dwana għall-importazzjoni tlestew m'għandux ikun kondizzjoni għall-ħlas tar-rimborż fir-rigward ta' l-oġġetti kollha elenkati f'Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000, li huma koperti bir-Regolament (KE) Nru 1676/2004.

Artikolu 2

Il-fatt li l-ebda rimborż ta' esportazzjoni ma ġie ffissat fir-rigward ta' l-esportazzjoni lejn il-Bulgarija ta' l-oġġetti elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000, li huma koperti bir-Regolament (KE) Nru 1676/2004, m'għandux ikun ikkunsidrat fid-determinazzjoni ta' l-iktar rata baxxa ta' rimborż fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-[tielet] jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2004

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar it-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p.5).

(2)  ĠU L 177, 15.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 543/2004 (ĠU L 87, 25.3.2004, p. 8).

(3)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2010/2003 (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 13).

(4)  ĠU L