30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

235


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1627/2004

tat-13 ta' Settembru 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Mill-1 ta' Mejju 2004, għaxar Stati Membri ġodda ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 6(7) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 jistabbilixxi li l-Istati Membri ġodda għandhom japplikaw il-politika komuni tal-kummerċ li għandha x'taqsam mat-tessili u li r-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità fuq l-importazzjoni ta' prodotti tessili u ħwejjeġ għandhom jiġu aġġustati biex jieħdu in kunsiderazzjoni l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda mal-Komunità.

(2)

B'effett mill-1 ta' Mejju 2004, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2004 tal-11 ta' Marzu 2004 (1) emenda l-aħħar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 (2). Huwa aġġusta l-limiti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi fil-Komunità mkabbra, filwaqt li ħa in kunsiderazzjoni l-importazzjoni tradizzjonali fl-għaxar Stati Membri ġodda u uża formula ta' l-importazzjoni medja għas-snin 2000 sa l-2002 aġġustata pro rata temporis. L-istess metodoloġija għandha issa tiġi applikata biex taġġusta l-limiti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Huwa mixtieq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu sabiex jippermetti lill-operaturi li jibbenefikaw minnu kemm jista' jkun malajr,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE) Nru 3030/93, il-limiti kwantitattivi tal-Komunità għall-Vjetnam għall-2004 stabbiliti fl-Anness V u fl-Anness VII ma' dak ir-Regolament għandhom jiġu sostitwiti mil-limiti kwantitattivi tal-Komunità stabbiliti fil-Parti A u l-Parti B ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-13 ta' Settembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. BOT


(1)  ĠU L 79, tas-17.3.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 275, tat-8.11.1993, p. 1.


ANNESS

PARTI A

Fl-Anness V għar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, il-limiti kwantitattivi tal-Komunità għall-Vjetnam għall-2004 għandhom ikunu sostiwiti b'dawn li ġejjin:

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

Limiti kwantitattivi tal-Komunità

2004

“Il-Vjetnam

GRUPP IB

 

 

4

1 000 biċċa

22 276

5

1 000 biċċa

7 669

6

1 000 biċċa

9 755

7

1 000 biċċa

6 408

8

1 000 biċċa

22 628

GRUPP IIA

 

 

9

tunnellati

1 067

20

tunnellati

289

39

tunnellati

266

GRUPP IIB

 

 

12

1 000 par

5 539

13

1 000 biċċa

14 984

14

1 000 biċċa

636

15

1 000 biċċa

1 061

18

tunnellati

2 132

21

1 000 biċċa

22 942

26

1 000 biċċa

2 348

28

1 000 biċċa

7 110

29

1 000 biċċa

747

31

1 000 biċċa

8 088

68

tunnellati

790

73

1 000 biċċa

2 093

76

tunnellati

2 050

78

tunnellati

2 126

83

tunnellati

710

GRUPP IIIA

 

 

35

tunnellati

1 341

41

tunnellati

1 336

GRUPP IIIB

 

 

10

1 000 par

6 841

97

tunnellati

367

GRUPP IV

 

 

118

tunnellati

295

GRUPP V

 

 

161

tunnellati

545”

PARTI B

Fl-Anness VII għar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, il-limiti kwantitattivi tal-Komunità għall-2004 għal merkanzija importata mill-ġdid taħt l-OPT għall-Vjetnam għandhom ikunu sostiwiti b'dawn li ġejjin:

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

Limiti kwantitattivi tal-Komunità

2004

“Il-Vjetnam

GRUPP IB

 

 

4

1 000 biċċa

1 065

5

1 000 biċċa

812

6

1 000 biċċa

765

7

1 000 biċċa

1 418

8

1 000 biċċa

3 287

GRUPP IIB

 

 

12

1 000 par

3 348

13

1 000 biċċa

1 024

15

1 000 biċċa

331

18

tunnellati

385

21

1 000 biċċa

2 239

26

1 000 biċċa

210

31

1 000 biċċa

1 869

68

tunnellati

156

76

tunnellati

532

78

tunnellati

372”