|
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
67 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 1453/2004
tas-16 ta' Awissu 2004
dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf tal-bhejjem (1), u l-aktar l-Artikolu 3 u l-Artikolu 9d(1) miġjubin fiha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi li għandhom jintużaw fil-Komunità. L-addittivi msemmija fil-Parti II ta’ l-Anness Ċ għal dik id-Direttiva jistgħu jiġu awtorizzati mingħajr ma jkun hemm limitu ta’ żmien biex jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet. |
|
(2) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Bacillus licheniformis (DSM 5749) u Bacillus subtilis (DSM 5750) kien ġie awtorizzat b’mod proviżorju għall-ewwel darba għall-ħnieżer nisa, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2437/2000 (2). |
|
(3) |
Kien intbagħtet data ġdida biex tappoġġja l-applikazzjoni għall-awtroizzazzjoni mingħajr ma jkun hemm limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/524/KEE għal din l-awtorizzazzjoni kienu ntlaħqu. |
|
(4) |
Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għall-ħnieżer nisa, kif speċifikat fl-Anness I, għandu jiġi awtorizzat mingħajr ma jkun hemm limitu ta’ żmien. |
|
(5) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I –1012) kien ġie awtorizzat b’mod proviżorju għall-ewwel darba għall-ħnieżer tas-simna, bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/17/KE (3). |
|
(6) |
Il-Kumitat Xjentifiku fuq in-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali (KXNA), fir-rapport tiegħu fuq il-Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I –1012) addottat fil-5 ta’ Diċembru 2001, ikkonferma li dik il-preparazzjoni, meta din tintuża fil-kategoriji ta’ l-annimali ħnienes, ħnieżer għas-simna u ħnieżer nisa, tilħaq il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3a(b) tad-Direttiva 70/524/KEE. Ir-rapport tal-KXNA jtemm isemmi wkoll b’mod pożittiv l-effikaċja ta’ dik il-preparazzjoni meta din tintuża fil-kategoriji ta’ l-annimali ħnienes li jkollhom sa xahrejn u l-ħnieżer nisa. |
|
(7) |
Intbagħtet data ġdida biex tappoġġja l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr ma jkun hemm limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni. |
|
(8) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (AESI) intalbet tagħti opinjoni fuq l-effikaċja ta’ dik il-preparazzjoni meta din tintuża bħala addittiv ta’ l-ikel għall-ħnieżer tas-simna. Fl-opinjoni tagħha, addottata fis-7 ta’ Mejju 2004, l-AESI temmet titkellem b’mod pożittiv fuq l-effikaċja ta’ dik it-taħlita, u l-valutazzjoni kollha turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/524/KEE għal dik l-awtorizzazzjoni kienu ntlaħqu. |
|
(9) |
Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għall-ħnieżer tas-simna, kif speċifikat fl-Anness I, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(10) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-eniżima endo-1,4-beta-xylanase u endo-1,4-beta-glucanase magħmula mill-Aspergillus niger (CBS 600.94), stabbilita fl-ewwel ringiela ta’ l-Anness II, kien ġie awtorizzat b’mod proviżorju għall-ewwel darba għat-tiġieġ tas-simna, id-dundjani tas-simna u l-ħnienes bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 654/2000 (4). |
|
(11) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enżima endo-1,4-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase magħmula mill-Aspergillus niger (CBS 600.94), stabbilita fit-tieni ringiela ta’ l-Anness II, kien ġie awtorizzat għall-ewwel darba għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 654/20004. |
|
(12) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enżima endo-1,3(4)-beta-glucanase magħmula mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106) u endo-1,4-beta-xylanase magħmula mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) u l-polygalacturonase magħmula mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), kien ġie awtorizzat b’mod proviżorju għall-ewwel darba għall-ħnieżer tas-simna, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2690/99 (5). |
|
(13) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enżima endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase magħmula mill-Aspergillus niger (phoenicis) (NRRL 25541) u ta’ l-alpha-amylase magħmula mill-Aspergillus oryzae (ATCC 66222) kien ġie awtorizzat b’mod proviżorju għall-ewwel darba għall-ħnienes, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/99 (6). |
|
(14) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enżima endo-1,4-beta-xylanase, magħmula mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6 - 10W) kien ġie awtorizzat b’mod proviżorju għall-ewwel darba għat-tiġieġ tas-simna, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 1436/98 (7). |
|
(15) |
Intbagħtet data ġdida biex tappoġġja l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dawk il-ħames preparazzjonijiet ta’ enżimi. Il-valutazzjoni turi li dawk il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/524/KEE għal din l-awtorizzazzjoni kienu ntlaħqu. |
|
(16) |
Għalhekk, l-użu ta’ dawk il-ħames preparazzjonijiet ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(17) |
Il-valutazzjoni ta’ dawk is-seba’ applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri huma meħtieġa biex iħarsu lill-ħaddiema mill-esponiment tagħhom għall-addittivi stabbiliti fl-Annessi. Dan il-ħarsien għandu jkun żgurat bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 fuq id-dħul ta’ miżuri li jinkuraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (8). |
|
(18) |
Il-miżuri li hemm f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjonijiet li huma tal-gruppi “Mikro-organiżmi” u “Enżimi”, kif stabbilit fl-Annessi I u II, huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fl-ikel tal-bhejjem taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk l-Annessi.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar is-16 ta' Awissu 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, l-14.12.1970, p.1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1289/2004 (ĠU L 243, 15.7.2004, p.15).
(2) ĠU L 280, l-4.11.2000, p. 28.
(3) ĠU L 105, is-26.4.1994, p. 19.
(4) ĠU L 79, it-30.3.2000, p. 26.
(5) ĠU L 326, it-18.12.1999, p. 33.
(6) ĠU L 194, is-27.7.1999, p. 17.
(7) ĠU L 191, is-7.7.1998, p. 15.
(8) ĠU L 183, id-29.6.1989, p.1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 284, il-31.10.2003, p. 1).
ANNESS I
|
Nru. KE |
Addittiv |
Formula kimikali, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
L-ogħla età |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
|
CFU/kilo ta’ għalf għall-bhejjem komplut |
||||||||
|
Mikro-organiżmi |
||||||||
|
E 1700 |
Bacillus licheniformis DSM 5749 Bacillus subtilis DSM 5750 (f’proporzjon 1/1) |
Taħlita ta’ Bacillus licheniformis u Bacillus subtilis li jkollha minimu ta’: 3,2 x 109 CFU/g addittiv (1,6 x 109 CFU/g addittiv ta’ kull batterju) |
Ħnieżer femminili |
— |
1,28 x 109 |
1,28 x 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, uri t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien tal-ħażna u l-istabbiltà biex titfarrak. Għal ħnieżer nisa, ġimagħtejn qabel it-tifrigħ u matul it-tirdigħ. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|
E 1701 |
Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I –1012 |
Taħlita ta’ Bacillus cereus var. toyoi li jkollha minimu ta’ 1 x 1010 CFU/g addittiv |
Ħnienes |
Minn 2 sa 4 xhur |
0,5 x 109 |
1 x 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, uri t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien tal-ħażna u l-istabbiltà biex titfarrak. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|
Ħnieżer għas-simna |
Minn 4 xhur sdal-qatla |
0,2 x 109 |
1 x 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, uri t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien tal-ħażna u l-istabbiltà biex titfarrak. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|||
ANNESS II
|
Nru. KE |
Addittiv |
Formula kimikali, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
L-ogħla età |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kilo ta’ għalf għall-bhejjem komplut |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Enżimi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1609 |
Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase u endo-1,4-beta-glucanase magħmula mill-Aspergillus niger (CBS 600.94) li jkollha attività minima ta’:
|
Tiġieġ tas-simna |
— |
4 860 FXU |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2 025 BGU |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dundjani tas-simna |
— |
6 000 FXU |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
2 500 BGU |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħnienes (miftuma) |
— |
6 000 FXU |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
2 500 BGU |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1610 |
Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase magħmula mill-Aspergillus niger (CBS 600.94) li jkollha attivitajiet minimi ta’:
|
Tiġieġ tas-simna |
— |
5 000 BGU |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2 000 FXU |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1611 |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 Polygalacturonase EC 3.2.1.15 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase magħmula mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106) u endo-1,4-beta-xylanase magħmula mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) u polygalacturonase magħmula mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) li jkollha attività minima ta’:
|
Ħnieżer għas-simna |
— |
endo-1,3(4)-beta-glucanase: 400 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||||||||
|
endo-1,4-beta-xylanase: 400 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
polygalacturo-nase: 50 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1612 |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 Alpha-amylase EC 3.2.1.1 |
Preparazzjonijiet ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase magħmulin mill-Aspergillus niger (phoenicis) (NRRL 25541) u ta’ alpha-amylase magħmulin mill-Aspergillus oryzae (ATCC 66222) li jkollhom attività minima ta’:
|
Ħnienes (miftuma) |
— |
endo-1,3(4)-beta-glucanase:138 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||||||||
|
endo-1,4-beta-xylanase:200 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
alpha-amylase:1 550 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1613 |
Endo-1,4-beta-xylanase KE 3.2.1.8 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase, magħmula mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6 - 10W), li jkollha attività minima ta’:
|
Tiġieġ tas-simna |
— |
1 050 IFP |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||||||||
(1) 1 FXU huwa l-ammont ta’ enżima li teħles 0,15 mikromoli ta’ xylose mill-xylan ta’ l-azurine-inkroċjata kull minuta f’pH 5,0 u 40°C.
(2) 1 BGU huwa l-ammont ta’ enżima li teħles 0,15 mikromoli ta’ xylose mill-beta-glucan ta’ l-azurine-inkroċjata kull minuta f’pH 5,0 u 40°C.
(3) 1 BGU huwa l-ammont ta’ enżima li teħles 0,15 mikromoli ta’ xylose mill-beta-glucan ta’ l-ażurina-inkroċjata kull minuta f’pH 5,0 u 40°C.
(4) 1 FXU huwa l-ammont ta’ enżima li teħles 0,15 mikromoli ta’ xylose mill-xylan ta’ l-ażurina-inkroċjata kull minuta f’pH 5,0 u 40°C.
(5) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li teħles 1 mikromol ta’ zokkor li jnaqqas (ekwivalenti ta’ glukosju) mill-beta-glucan tax-xgħir kull minuta f’pH 5,0 u 30°C.
(6) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li teħles 1 mikromol ta’ zokkor li jnaqqas (ekwivalenti ta’ xylose) mill-xylan tal-qamħa tal-ħafur kull minuta f’pH 5,3 u 50°C.
(7) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li teħles 1 mikromol ta’ zokkor li jnaqqas (ekwivalenti ta’ aċidu galakturoniku) minn sustrat ta’ poly D-galacturonic kull minuta f’pH 5,0 u 40°C.
(8) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li teħles 1 mikromol ta’ zokkor li jnaqqas (ekwivalenti ta’ glukosju) mill-beta-glucan tal-ħafur kull minuta f’pH 5,0 u 40°C.
(9) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li teħles 1 mikromol ta’ zokkor li jnaqqas (ekwivalenti ta’ glukosju) mill-xylan tal-ħafur kull minuta f’pH 4,0 u 30°C.
(10) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li teħles 1 mikromol ta’ zokkor li jnaqqas (ekwivalenti ta’ glukosju) mil-lamtu tal-qamħa tal-ħafur kull minuta f’pH 4,0 u 30°C.
(11) 1 L-IFP hija l-kwantità ta’ enżima li teħles 1 mikromol ta’ zokkor li jnaqqas (imkejjel bħala ekwivalenti ta’ xylose) mill-xylan tal-ħafur kull minuta f’pH 4,8 u 50°C