9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1429/2004
tad-9 ta’ Awwissu 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tad-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-oriġini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,
Billi:
(1) |
Jeħtieġ li jsiru ċerti emendi lir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 (2) minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn issa ’l quddiem imsejħa “l-Istati Membri ġodda”) mal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Bl-Adeżjoni, ħareġ ċar li l-fruntiera ta’ reġjun ta' vitikultura mhijiex neċessarjament fi ħdan fruntiera ta' wieħed mill-Istati Membri u li espressjonijiet tradizzjonali jista’ jkollhom karattru transkonfinali. Għaldaqstant huwa meħtieġ li tiġi modifikata d-dispożizzjoni dwar espressjonijiet tradizzjonali biex ikunu jistgħu jintużaw, skont kundizzjonijiet speċifiċi, ċerti espressjonijiet tradizzjonali minn żewġ Stati Membri jew aktar. |
(3) |
Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 753/2002 jistipula regoli speċifiċi għall-inbejjed tal-mejda b’indikazzjoni ġeografika, u jelenka t-termini tradizzjonali użati fir-reġjuni differenti tal-Istati Membri biex jiddeskrivu nbejjed bħal dawn. Din il-lista għandha tiġi adattata bit-termini xierqa użati mill-Istati Membri ġodda. |
(4) |
Il-listi tat-termini speċifiċi tradizzjonali u tat-termini tradizzjonali addizzjonali għandhom jiġu adattati bit-termini xierqa użati mill-Istati Membri ġodda. |
(5) |
L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 753/2002 jelenka l-varjetajiet ta’ dwieli u s-sinonimi tagħhom li jinkludu indikazzjoni ġeografika u li jistgħu jidhru fuq it-tikketti tal-inbejjed. Dan l-Anness għandu jiġi adattat bit-termini xierqa li ntużaw mill-Istati Membri ġodda fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Minħabba raġunijiet ta’ kontroll u biex isir provvediment għall-applikazzjoni tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 753/2002 sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, dan ir-Regolament għandu japplika sa mill-1 ta’ Mejju 2004. |
(8) |
Biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mis-sistema ta’ ttikkettjar tal-inbid li kienet teżisti fl-Istati Membri l-ġodda qabel l-adeżjoni, għar-regoli Komunitarji dwar l-ittikkettjar tal-inbid, jeħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jitħallew jużaw tikketti u materjal ta’ qabel l-ippakkjar stampati b’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali preċedenti. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Inbid, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 24, qed jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Terminu tradizzjonali jitqies tradizzjonali fl-ilsien uffiċjali ta' Stat Membru jekk ikun intuża f'dak l-ilsien uffiċjali u f’reġjun speċifikat tal-fruntiera tal-Istat(i) Membru/i ġar/ġirien għall-inbejjed elaborati skont l-istess kundizzjonijiet, sakemm tali terminu jissodisfa l-kriterji fil-punti (a) sa (d) f’wieħed minn dawn l-Istati Membri u jekk iż-żewġ Stati Membri jaqblu li jiddefinixxu, jużaw u jipproteġu tali terminu.” |
(2) |
Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 28 l-inċiżi li ġejjin qed jiżdiedu wara t-tmien inċiż:
|
(3) |
L-Artikolu 29 hu emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 30, qed jiżdied il-punt (f) li ġej:
|
(5) |
L-Anness II qed jinbidel bl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
(6) |
L-Anness III hu emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Fil-każ tas-Slovenja, il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, li d-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni bis-Sloven tagħhom ikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli fis-Slovenja qabel l-adeżjoni mal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004, u li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-adeżjoni iżda ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament, jistgħu jinżammu għall-bejgħ u jiġu esportati sakemm jispiċċa l-istokk, jew madankollu, mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2006 u fil-każ tas-sena tal-vendemmja 2003, fit-30 ta’ April 2007.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 9 ta' Awwissu 2004
Għall-Kummissjoni
Franz FISCHLER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bil-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.
(2) ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 908/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 56).
ANNESS I
ANNESS II
Lista tal-varjetajiet tal-inbejjed u s-sinonimi tagħhom li tinkludi indikazzjoni ġeografika (1) u tista’ tidher fuq it-tikketti tal-inbejjed skont l-Artikolu 19(2) (*)
|
Isem il-varjetà jew is-sinonimi tagħha |
Pajjiżi li jistgħu jużaw isem il-varjetàjew wieħed mis-sinonimi tagħha (2) |
1 |
Agiorgitiko |
Il-Greċja o |
2 |
Aglianico |
L-Italja o, il-Greċja o, Malta o |
3 |
Aglianicone |
L-Italja o |
4 |
Alicante Bouschet |
Il-Greċja o, l-Italja o, il-Portugall o, l-Alġerija o, it-Tuniżija o, l-Istati Uniti o, Ċipru o N.B.: L-isem ‘Alicante’ ma jistax jintuża waħdu biex jindika nbid (għajr għall-Italja) |
5 |
Alicante Branco |
Il-Portugall o |
6 |
Alicante Henri Bouschet |
Franza o, is-Serbja u l-Montenegro (8) |
7 |
Alicante |
L-Italja o |
8 |
Alikant Buse |
Is-Serbja u l-Montenegro (6) |
9 |
Auxerrois |
L-Afrika t’Isfel o, l-Awstralja o, il-Kanada o, l-Iżvizzera o, il-Belġju o, il-Ġermanja o, Franza o, il-Lussemburgu o, l-Olanda o, ir-Renju Unit o |
11 |
Barbera Bianca |
L-Italja o |
12 |
Barbera |
L-Afrika t’Isfel o, l-Arġentina o, l-Awstralja o, il-Kroazja o, il-Messiku o, is-Slovenja o, l-Urugwaj o, l-Istati Uniti o, il-Greċja o, l-Italja o, Malta o |
13 |
Barbera Sarda |
L-Italja o |
14 |
Blauburgunder |
l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (18-28-97), l-Awstrija (15-18), il-Kanada (18-97), iċ-Ċilì (18-97), l-Italja |
15 |
Blauer Burgunder |
L-Awstrija (14-18), is-Serbja u l-Montenegro (25-97), l-Iżvizzera |
16 |
Blauer Frühburgunder |
Il-Ġermanja (51) |
18 |
Blauer Spätburgunder |
Il-Ġermanja (97), l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (14-28-97), l-Awstrija (14-15), il-Bulgarija (96), il-Kanada (14-97), iċ-Ċilì (14-97), ir-Rumanija (97), l-Italja (14-97) |
19 |
Blaufränkisch |
Ir-Repubblika Ċeka (50), l-Awstrijao, il-Ġermanja, is-Slovenja (Modra frankinja, Frankinja) |
20 |
Borba |
Spanja o |
21 |
Bosco |
L-Italja o |
22 |
Bragão |
Il-Portugall o |
22a |
Budai |
L-Ungerija o |
23 |
Burgundac beli |
Is-Serbja u l-Montenegro (121) |
24 |
Burgundac Crni |
Il-Kroazjao |
25 |
Burgundac crni |
Is-Serbja u l-Montenegro (15-99) |
26 |
Burgundac sivi |
Il-Kroazjao, is-Serbja u l-Montenegro o |
27 |
Burgundec bel |
l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja o |
28 |
Burgundec crn |
l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (14-18-97) |
29 |
Burgundec siv |
l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja o |
29a |
Cabernet Moravia |
Ir-Repubblika Ċeka o |
30 |
Calabrese |
L-Italja (75) |
31 |
Campanário |
Il-Portugall o |
32 |
Canari |
L-Arġentina o |
33 |
Carignan Blanc |
Franza o |
34 |
Carignan |
L-Afrika t’Isfel o, l-Arġentina o, l-Awstralja (36), iċ-Ċilì (36), il-Kroazja o, l-Iżrael o, il-Marokk o, in-New Zealand o, it-Tuneżija o, il-Greċja o, Franza o, il-Portugall o, Malta o |
35 |
Carignan Noir |
Ċipru o |
36 |
Carignane |
L-Awstralja (34), iċ-Ċilì (34), il-Messiku, it-Turkija, l-Istati Uniti |
37 |
Carignano |
L-Italja o |
38 |
Chardonnay |
L-Afrika t’Isfel o, l-Arġentina (79), l-Awstralja (79), il-Bulgarija o, il-Kanada (79), l-Iżvizzera o, iċ-Ċilì (79), ir-Repubblika Ċeka o, il-Kroazja o, l-Ungerija (39), l-Indja, l-Iżrael o, il-Moldavja o, il-Messiku (79), in-New Zealand (79), ir-Rumanija o, ir-Russja o, San Marino o, is-Slovakkja o, is-Slovenja o, it-Tuneżija o, l-Istati Uniti (79), l-Urugwaj o, is-Serbja u l-Montenegro (Sardone), iż-Żimbabwe o, il-Ġermanja o, Franza, il-Greċja (79), l-Italja (79), il-Lussemburgu o (79), l-Olanda (79), ir-Renju Unit, Spanja, il-Portugall, l-Awstrija o, il-Belġju (79), Ċipru o, Malta o |
39 |
Chardonnay Blanc |
l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (Sardone), l-Ungerija (38) |
40 |
Chardonnay Musqué |
Il-Kanada o |
41 |
Chelva |
Spanjao |
42 |
Corinto Nero |
L-Italja o |
43 |
Cserszegi fűszeres |
L-Ungerija o |
44 |
Děvín |
Ir-Repubblika Ċeka o |
45 |
Devín |
Is-Slovakkja |
45a |
Duna gyöngye |
L-Ungerija o |
45b |
Dunaj |
Is-Slovakkja |
46 |
Durasa |
L-Italja o |
47 |
Early Burgundy |
L-Istati Uniti o |
48 |
Fehér Burgundi |
L-Ungerija (118) |
49 |
Findling |
Il-Ġermanja o, ir-Renju Unito |
50 |
Frankovka |
Ir-Repubblika Ċeka (19), is-Slovakkja (50a) |
50a |
Frankovka modrá |
Is-Slovakkja (50) |
51 |
Frühburgunder |
Il-Ġermanja (16) l-Olanda o |
51a |
Girgenti |
Malta (51c) |
51b |
Ghirgentina |
Malta (51c) |
51c |
Girgentina |
Malta (51a, b) |
52 |
Graciosa |
Il-Portugall o |
53 |
Grauburgunder |
Il-Ġermanja, il-Bulgarija, l-Ungerijao, ir-Rumanija (54) |
54 |
Grauer Burgunder |
Il-Kanada, ir-Rumanija (53), il-Ġermanja, l-Awstrija |
55 |
Grossburgunder |
Ir-Rumanija (17) (63) (Kekfrankos) |
56 |
Iona |
L-Istati Uniti o |
57 |
Kanzler |
Ir-Renju Unit o, il-Ġermanjao |
58 |
Kardinal |
Il-Ġermanja o, il-Bulgarija o |
59 |
Kékfrankos |
L-Ungerija (74) |
60 |
Kisburgundi kék |
L-Ungerija (97) |
61 |
Korinthiaki |
Il-Greċja o |
62 |
Leira |
Il-Portugall o |
64 |
Limnio |
Il-Greċja o |
65 |
Maceratino |
L-Italja o |
65a |
Malvasía Riojana |
Spanja (99) |
65b |
Maratheftiko (Μαραθεύτικο) |
Ċipru |
65c |
Mátrai muskotály |
L-Ungerija o |
65d |
Medina |
L-Ungerija o |
66 |
Monemvasia |
Il-Greċja (Monovasia) |
67 |
Montepulciano |
L-Italja o |
67a |
Moravia |
Spanja o |
68 |
Moslavac |
l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (70), is-Serbja u l-Montenegro o |
70 |
Mozler |
l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (68) (Sipon) |
71 |
Mouratón |
Spanja o |
72 |
Müller-Thurgau |
L-Afrika t’Isfel o, l-Awstrija o, il-Ġermanja, il-Kanada, il-Kroazjao, l-Ungerija o, is-Serbja u l-Montenegroo, ir-Repubblika Ċeka o, is-Slovakkja o, is-Slovenjao, l-Iżvizzera o, il-Lussemburgu, l-Olanda o, l-Italja o, il-Belġju o, Franzao, ir-Renju Unit, l-Awstralja o, il-Bulgarija o, l-Istati Uniti o, in-New Zealand o, il-Portugall |
73 |
Muškát moravský |
Ir-Repubblika Ċeka o, is-Slovakkja |
74 |
Nagyburgundi |
L-Ungerija (59) |
75 |
Nero d’Avola |
L-Italja (30) |
76 |
Olivella nera |
L-Italja o |
77 |
Orange Muscat |
L-Awstralja o, l-Istati Uniti o |
77a |
Pálava |
Ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja |
78 |
Pau Ferro |
Il-Portugall o |
79 |
Pinot Chardonnay |
L-Arġentina (38), l-Awstralja (38), il-Kanada (38), iċ-Ċilì (38), il-Messiku (38), in-New Zealand (38), l-Istati Uniti (38), it-Turkija o, il-Belġju (38), il-Greċja (38), l-Olanda, l-Italja (38) |
79a |
Pölöskei muskotály |
L-Ungerija o |
80 |
Portoghese |
L-Italja o |
81 |
Pozsonyi |
L-Ungerija (82) |
82 |
Pozsonyi Fehér |
L-Ungerija (81) |
82a |
Radgonska ranina |
Is-Slovenja o |
83 |
Rajnai rizling |
L-Ungerija (86) |
84 |
Rajnski rizling |
Is-Serbja u l-Montenegro (85-88-91) |
85 |
Renski rizling |
Is-Serbja u l-Montenegro (84-89-92), is-Slovenja (86) |
86 |
Rheinriesling |
Il-Bulgarijao, l-Awstrija, il-Ġermanja (88), l-Ungerija (83), ir-Repubblika Ċeka (94), l-Italja (88), il-Greċja, il-Portugall, is-Slovenja (85) |
87 |
Rhine Riesling |
L-Afrika t’Isfelo, l-Awstraljao, iċ-Ċilì (89), il-Moldavjao, in-New Zealando, Ċipru |
88 |
Riesling renano |
Il-Ġermanja (86), is-Serbja u l-Montenegro (84-86-91), l-Italja (86) |
89 |
Riesling Renano |
Iċ-Ċilì (87), Malta o |
90 |
Riminèse |
Franza o |
91 |
Rizling rajnski |
Is-Serbja u l-Montenegro (84-85-88) |
92 |
Rizling Rajnski |
l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja o, il-Kroazja o |
93 |
Rizling rýnsky |
Is-Slovakkja o |
94 |
Ryzlink rýnský |
Ir-Repubblika Ċeka (86) |
95 |
Santareno |
Il-Portugall o |
96 |
Sciaccarello |
Franza o |
97 |
Spätburgunder |
l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (14-18-28), is-Serbja u l-Montenegro (16-25), il-Bulgarija (19), il-Kanada (14-18), iċ-Ċilì, l-Ungerija (60), il-Moldavjao, ir-Rumanija (18), l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja (18) |
98 |
Štajerska Belina |
Il-Kroazjao, is-Slovenjao |
99 |
Subirat |
Spanja (65a) |
100 |
Terrantez do Pico |
Il-Portugallo |
101 |
Tintilla de Rota |
Spanjao |
102 |
Tinto de Pegões |
Il-Portugallo |
103 |
Tocai friulano |
L-Italja (104) N.B.: L-isem ‘Tocai friulano’ jista’ jintuża esklużivament għal inbejjed ta’ kwalità psr li joriġinaw fir-reġjuni tal-Veneto u l-Friuli matul perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Marzu 2007. |
104 |
Tocai Italico |
L-Italja (103) N.B.: Is-sinonimu ‘Tocai italico’ jista’ jintuża esklużivament għal inbejjed ta’ kwalità psr li joriġinaw fir-reġjuni tal-Veneto u l-Friuli matul perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Marzu 2007. |
105 |
Tokay Pinot gris |
Franza N.B.: Is-sinonimu ‘Tokay Pinot gris’ jista’ jintuża esklużivament għal inbejjed ta’ kwalità psr li joriġinaw fid-dipartimenti ta’ Bas-Rhin u Haut-Thin matul perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Marzu 2007. |
106 |
Torrontés riojano |
L-Arġentina o |
107 |
Trebbiano |
L-Afrika t’Isfelo, l-Arġentinao, l-Awstralja o, il-Kanada o, Ċipruo, il-Kroazja o, l-Urugwaj o, l-Istati Uniti, l-Iżrael, l-Italja, Malta |
108 |
Trebbiano Giallo |
L-Italja o |
109 |
Trigueira |
Il-Portugall |
110 |
Verdea |
L-Italja o |
111 |
Verdeca |
L-Italja |
112 |
Verdelho |
L-Afrika t’Isfel o, l-Arġentina, Awstralja, in-New Zealand, l-Istati Uniti, il-Portugall. |
113 |
Verdelho Roxo |
Il-Portugall o |
114 |
Verdelho Tinto |
Il-Portugall o |
115 |
Verdello |
L-Italja o |
116 |
Verdese |
L-Italja o |
117 |
Verdejo |
Spanja |
118 |
Weißburgunder |
L-Afrika t’Isfel (120)o, il-Kanada, iċ-Ċilì (119), l-Ungerija (48), il-Ġermanja (119, 120), l-Awstrija (119), ir-Renju Unito, l-Italja |
119 |
Weißer Burgunder |
Il-Ġermanja (118, 120), l-Awstrija (118), iċ-Ċilì (118), l-Iżvizzera, l-Italja |
120 |
Weissburgunder |
L-Afrika t’Isfel (118), il-Ġermanja (118, 119), ir-Renju Unit, l-Italja |
121 |
Weisser Burgunder |
Is-Serbja u l-Montenegro (23) |
122 |
Zalagyöngye |
L-Ungerija o |
(1) L-ismijiet tal-varjetajiet u s-sinonimi tagħhom jikkorrespondu, b’mod sħiħ jew parzjali, jew fit-traduzzjoni jew fil-forma ta’ aġġettiv, għall-indikazzjonijiet ġeografiċi użati biex jiddeskrivu l-inbid.
(*) Tifsira:
— |
termini jew ċifri fil-parentesi: |
|
referenza għas-sinonimu għall-varjetà |
||
— |
‘o’: |
l-ebda sinonimu |
— |
termini jew ċifri b'tipa grassa: |
|
il-kolonna 2: l-isem tal-varjetà tad-dielja il-kolonna 3: il-pajjiż fejn l-isem jikkorrispondi għal varjetà u referenza għall-varjetà. |
||
— |
termini jew ċifri mhux b’tipa grassa: |
|
il-kolonna 2: l-isem tas-sinonimu ta’ varjetà tad-dielja il-kolonna 3: l-isem tal-pajjiż li juża s-sinonimu ta’ varjetà tad-dielja. |
(2) Għall-Istati kkonċernati, id-derogi stipulati f’dan l-Anness huma awtorizzati biss fil-każ ta’ nbejjed li juru l-indikazzjoni ġeografika u li huma prodotti fl-unitajiet amministrattivi fejn il-produzzjoni tal-varjetajiet ikkonċernati hija awtorizzata fiż-żmien meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati kkonċernati għall-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ dawk l-inbejjed.
ANNESS II
Fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 753/2002, qed jiżdied it-test li ġej:
“Terminu tradizzjonali |
Inbejjed ikkonċernati |
Kategoriji ta’ prodotti |
Ilsien |
Id-data miżjuda mal-Anness III |
Pajjiż terz ikkonċernat |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
|||||
Termini speċifiċi tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 29 |
|||||
pozdní sběr |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ċek |
|
|
Termini tradizzjonali addizzjonali |
|||||
archivní víno |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ċek |
|
|
panenské víno |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ċek |
|
|
ĊIPRU |
|||||
Termini speċifiċi tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 29 |
|||||
Οίνος Ελεγχόμενης Ονομασίας Προέλευσης |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Grieg |
|
|
Termini msemmija fl-Artikolu 28 |
|||||
Τοπικός Οίνος |
Kollha |
Inbid tal-mejda b’GI |
Grieg |
|
|
Termini tradizzjonali addizzjonali |
|||||
Μοναστήρι (Monastiri) |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr u inbid tal-mejda b’GI |
Grieg |
|
|
Κτήμα (Ktima) |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr u inbid tal-mejda b’GI |
Grieg |
|
|
L-UNGERIJA |
|||||
Termini speċifiċi tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 29 |
|||||
minőségi bor |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
különleges minőségű bor |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
fordítás |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
máslás |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
szamorodni |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
aszú … puttonyos, ikkompletat bin-numri 3-6 |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
aszúeszencia |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
eszencia |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
Termini msemmija fl-Artikolu 28 |
|||||
tájbor |
Kollha |
Inbid tal-mejda b’GI |
Ungeriż |
|
|
Termini tradizzjonali addizzjonali |
|||||
bikavér |
Eger, Szekszárd |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
késői szüretelésű bor |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
válogatott szüretelésű bor |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
muzeális bor |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
siller |
Kollha |
L-inbid tal-mejda b’GI, u l-inbid ta’ kwalità psr |
Ungeriż |
|
|
IS-SLOVAKKJA |
|||||
Termini speċifiċi tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 29 |
|||||
forditáš |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Slovakk |
|
|
mášláš |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Slovakk |
|
|
samorodné |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Slovakk |
|
|
výber … putňový, ikkompletat bin-numri 3-6 |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Slovakk |
|
|
výberová esencia |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Slovakk |
|
|
esencia |
Tokaj |
Inbid ta’ kwalità psr |
Slovakk |
|
|
IS-SLOVENJA |
|||||
Termini speċifiċi tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 29 |
|||||
Penina |
Kollha |
Inbid frizzanti ta’ kwalità psr |
Sloven |
|
|
Termini tradizzjonali addizzjonali |
|||||
pozna trgatev |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Sloven |
|
|
izbor |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Sloven |
|
|
jagodni izbor |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Sloven |
|
|
suhi jagodni izbor |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Sloven |
|
|
ledeno vino |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Sloven |
|
|
arhivsko vino |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Sloven |
|
|
mlado vino |
Kollha |
Inbid ta’ kwalità psr |
Sloven |
|
|
Cviček |
Dolenjska |
Inbid ta’ kwalità psr |
Sloven |
|
|
Teran |
Kras |
Inbid ta’ kwalità psr |
Sloven” |
|
|