|
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
185 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1415/2004
tad-19 ta' Lulju 2004
li jistabbilixxi l-isforz annwali massimu tas-sajd għal ċertu żoni tas-sajd u sajd
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar l-immaniġġjar ta' l-isforz tas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni tas-sajd u riżorsi tas-sajd tal-Komunità (1), u b'mod speċjali l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-introduzzjoni ta' sistema għall-immaniġġjar ta' l-isforz tas-sajd f'ċerti żoni tas-sajd u riżorsi tas-sajd tal-Komunità. |
|
(2) |
L-Istati Membri issottomettew lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa skond ir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 u b'mod partikolari l-isforz medju annwali tas-sajd għall-perijodu 1998-2002 magħmul minn bastimenti ta' 15-il metru jew aktar fit-tul kollu fiż-żoni definiti f'dak ir-Regolament u l-isforz medju annwali tas-sajd għall-perijodu 1998-2002 magħmul minn bastimenti ta' 10 metri jew aktar fit-tul kollu fiż-żona bijoloġikament sensittiva definita f'dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Fl-istima ta' l-isforz tas-sajd imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 il-qawwa stallata ġiet mifhuma bħala l-qawwa ta' bastiment, kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta' Settembru 1986 li jiddefinixxi karatteristiċi għal bastimenti tas-sajd (2). |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għaddiet lill-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa skond ir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 u, wara konsultazzjoni magħhom, għamlet stima tad-data provduta fir-rigward tal-limitazzjonijiet ta' l-isforz tas-sajd addottati skond il-miżuri preċedenti jew kurrenti tal-Komunità li jinvolvu jew li involvew l-immaniġġjar ta' l-isforz tas-sajd. |
|
(5) |
L-isforz annwali massimu tas-sajd, li għandu jiġi ffissat għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' xi Stat Membru, skond il-grupp ta' speċi, żona u sajd, għandu jkun daqs l-isforz tas-sajd globali magħmul matul il-perijodu ta' 5 snin bejn 1998 u 2002 minn dawk il-bastimenti, diviż b'ħamsa, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-isforz annwali massimu tas-sajd għal kull Stat Membru u għal kull żona u sajd definiti fl-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003.
Artikolu 2
Livelli massimi
1. Il-livelli massimi ta' l-isforz annwali tas-sajd skond il-grupp ta' speċi, żona u sajd, u skond l-Istat Membru, għaż-żoni msemmija fl-Artikolu 3 (1) (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003, huma stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. Il-livelli massimi ta' l-isforz annwali tas-sajd skond il-grupp ta' speċi, żona u sajd, u skond l-Istat Membru, għaż-żona msemmija fl-Artikolu 6 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003, huma stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Transitu minn żona
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-użu ta' l-allokazzonijiet ta' l-isforz tas-sajd skond iż-żona, kif definit fl-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003, ma jirriżultax f'aktar żmien mgħoddi fis-sajd meta mqabbel mal-livelli ta' l-isforz tas-sajd magħmul matul il-perijodu ta' referenza.
2. Sforz tas-sajd stabbilit bħala riżultat ta' bastiment li jkun fi transitu minn żona fejn l-ebda operazzoni ta' sajd ma twettqet matul il-perijodu ta' referenza ma għandux jintuża sabiex jitwettqu operazzjonijiet ta' sajd f'dik iż-żona. Kull Stat Membru għandu jirreġistra sforz tas-sajd bħal dan b'mod separat.
Artikolu 4
Metodoloġija
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-metodu użat biex ikun irreġistrat sforz tas-sajd ikun l-istess bħal dak użat fl-istima tal-livelli ta' sforz tas-sajd taħt l-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003.
Artikolu 5
Osservanza ta' skemi oħra ta' limitazzjoni ta' l-isforz tas-sajd
Il-livelli massimi ta' l-isforz annwali tas-sajd stabbiliti fl-Annessi I u II għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-limitazzjonijiet ta' l-isforz tas-sajd stabbiliti fil-pjanijiet ta' rkupru jew xi miżuri oħra ta' immaniġġjar skond il-liġi tal-Komunità basta li l-miżura bl-inqas ammont ta' sforz tas-sajd tkun osservata.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar id-19 ta' Lulju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
C. VEERMAN
(1) ĠU L 289, tas-7.11.2003, p. 1.
(2) ĠU L 274, tal-25.9.1986, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3259/94 (ĠU L 339, tad-29.12.1994, p. 11).
ANNESS I
Livelli massimi ta’ l-isforz annwali tas-sajd kif stabbiliti abbażi ta’ l-Artikolu 3(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003
|
Żona tas-sajd (ħlief, fejn xieraq, għaż-żona definita fl-Art. 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003) |
Medja annwali ta' l-isforz tas-sajd, f'kW(x)jiem (1), għall-bastimenti ta' 15-il metru jew aktar fit-tul kollu |
||||||||
|
Belgju |
Danimarka |
Ġermanja |
Spanja |
Franza |
Irlanda |
Olanda |
Portugall |
Renju Unit |
|
|
Tabella A |
|||||||||
|
Speċi tal-qiegħ ħlief dawk koperti mir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 |
|||||||||
|
Total |
8 197 827 |
215 234 |
424 882 |
88 117 785 |
77 270 095 |
10 229 052 |
759 606 |
35 728 844 |
50 021 901 |
|
ICES V, VI |
58 452 |
215 234 |
186 370 |
2 460 000 |
11 649 154 |
2 324 932 |
6 000 |
0 |
24 017 229 |
|
ICES VII |
7 396 910 |
0 |
233 560 |
17 957 785 |
40 657 844 |
7 904 120 |
350 279 |
0 |
25 786 266 |
|
ICES VIII |
742 465 |
0 |
4 952 |
33 100 000 |
24 963 097 |
0 |
403 327 |
2 552 222 |
218 406 |
|
ICES IX |
0 |
0 |
0 |
15 300 000 |
0 |
0 |
0 |
29 936 606 |
0 |
|
ICES X |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
2 360 033 |
0 |
|
CECAF 34.1.1 |
0 |
0 |
0 |
14 500 000 |
0 |
0 |
0 |
94 659 |
0 |
|
CECAF 34.1.2 |
0 |
0 |
0 |
4 800 000 |
0 |
0 |
0 |
378 452 |
0 |
|
CECAF 34.2.0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
406 872 |
0 |
|
Tabella B |
|||||||||
|
Molluski |
|||||||||
|
Total |
354 066 |
0 |
0 |
380 000 |
8 349 182 |
530 778 |
155 157 |
0 |
5 290 044 |
|
ICES V, VI |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
5 766 |
0 |
0 |
1 974 425 |
|
ICES VII |
354 066 |
0 |
0 |
0 |
7 447 932 |
525 012 |
155 157 |
0 |
3 315 619 |
|
ICES VIII |
0 |
0 |
0 |
170 000 |
901 250 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
ICES IX |
0 |
0 |
0 |
210 000 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
ICES X |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
CECAF 34.1.1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
CECAF 34.1.2 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
CECAF 34.2.0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Tabella Ċ |
|||||||||
|
Granċi u Għaġus li jittieklu |
|||||||||
|
Total |
0 |
0 |
0 |
2 920 000 |
2 465 482 |
505 960 |
0 |
0 |
1 245 658 |
|
ICES V, VI |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
465 000 |
0 |
0 |
702 292 |
|
ICES VII |
0 |
0 |
0 |
0 |
1 946 719 |
40 960 |
0 |
0 |
543 366 |
|
ICES VIII |
0 |
0 |
0 |
500 000 |
518 763 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
ICES IX |
0 |
0 |
0 |
750 000 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
ICES X |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
CECAF 34.1.1 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
CECAF 34.1.2 |
0 |
0 |
0 |
1 670 000 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
CECAF 34.2.0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
(1) Biex ikun kalkolat l-isforz għas-sajd magħmul minn bastiment f'żona partikolari, l-attivita tiġi ddefinita, għall-bastiment barra mill-port, bħala n-numru ta' ġranet li l-bastiment jkun 'l baħar fiż-żona, miżjud jew imnaqqas sa l-eqreb numru sħiħ.
ANNESS II
Livelli ta' sforz annwali massimu tas-sajd kif stabbiliti fiż-żona bijoloġikament sensittiva msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003
|
Speċi mmirati fiż-żona bijoloġikament sensittiva definita fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003 |
Medja annwali ta' l-isforz tas-sajd, f'kW(x)jiem (1), għall-bastimenti ta' 10-metri jew aktar fit-tul kollu |
||||||||
|
Belġju |
Danimarka |
Ġermanja |
Spanja |
Franza |
Irlanda |
Olanda |
Portugall |
Renju Unit |
|
|
Speċi tal-qiegħ ħlief dawk koperti mir-Regolament (KE)Nru. 2347/2002 |
135 432 |
0 |
8 326 |
5 642 215 |
9 559 653 |
7 154 490 |
0 |
0 |
3 061 485 |
|
Molluski |
0 |
0 |
0 |
0 |
31 039 |
109 395 |
0 |
0 |
1 223 |
|
Granċi u Għaġus li jittieklu |
0 |
0 |
0 |
0 |
84 690 |
63 198 |
0 |
0 |
393 |
|
Total |
135 432 |
0 |
8 326 |
5 642 215 |
9 675 382 |
7 327 083 |
0 |
0 |
3 063 101 |
(1) Biex ikun kalkolat l-isforz għas-sajd magħmul minn bastiment f'żona partikolari, l-attivita tiġi ddefinita, għall-bastiment barra mill-port, bħala n-numru ta' ġranet li l-bastiment jkun 'l baħar fiż-żona, miżjud jew imnaqqas sa l-eqreb numru sħiħ.