32004R1293



Official Journal L 243 , 15/07/2004 P. 0026 - 0027


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1293/2004

tat-30 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 li jiddetermina l-emolumenti tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 247(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 160b(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-abbozz tar-Regolament ippreżentat mill-Kummissjoni fit-2 ta' April 2004,

Billi:

(1) Il-Kunsill għandu jiddetermina l-emolumenti tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri.

(2) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 [1], emenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [2] li jistabilixxi r-Regolamenti tal-Personal ta' uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' ċivili oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

(3) Ladarba r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 [3] jagħmel applikabbli għall-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri b'analoġija numru ta' dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Personal imsemmija hawn fuq, ir-Regolament imsemmi għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. it-tieni subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 1:

"Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, soċjetajiet mhux bejn il-konjuġi għandhom jiġu trattati bħala żwieġ sakemm il-kondizzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 1(2)(ċ) ta' l-Anness VII mar-Regolamenti tal-Personal ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jiġu sodisfatti. Is-sieħeb/sieħba mhux miżżewġin ta' membru jew membru preċedenti għandhom jiġu kkunsidrati bħala konjuġi taħt l-iskema ta' assigurazzjoni ta' mard meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-paragrafu (2)(ċ) ta' dak l-Artikolu huma sodisfatti."

2. fl-Artikolu 2:

- il-kliem "l-aħħar punt tal-grad A 1" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "it-tielet punt tal-grad 16",

- is-subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiżdied:

"Madankollu, mill-1 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' April 2006, il-kliem "it-tielet punt tal-grad 16" fl-ewwel subparagrafu għandu jinqara "it-tielet punt ta' grad A*16"."

3. għandu jiġi inserit l-Artikolu li ġej:

"L-Artikolu 5a

L-Artikolu 17 ta' l-Anness VII mar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija għall-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri."

4. fl-Artikolu 7(ċ), il-kliem "għal uffiċjal tal-grad A 1" għandhom jitħassru;

5. L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

- fl-ewwel subparagrafu, "4,5 %" għandu jiġi sostitwit b'"4,275 %",

- għandu jiżdied l-aħħar subparagrafu li ġej:

"B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għal Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri f'kariga qabel Mejju 2004, u sa l-aħħar tal-funzjonijiet tagħhom fil-Qorti ta' l-Awdituri, l-ammont tal-pensjoni għandu jkun 4,5 % tas-salarju bażiku l-aħħar riċevut għal kull sena sħiħa fil-kariga."

6. L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) it-tielet paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Madankollu, Membri preċedenti tal-Qorti ta' l-Awdituri għandhom ikunu koperti mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Personal ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bil-kondizzjoni li mhumiex fi mpieg b'salarju u li ma jistgħux ikunu koperti minn skema ta' assigurazzjoni nazzjonali għall-mard."

(b) fir-raba' u l-ħames paragrafi, "60" huwa sostitwit b' "63";

(ċ) fil-ħames paragrafu, il-kliem "li jippermettulu jkun kopert minn skema pubblika oħra ta' assigurazzjoni kontra mard" għandhom jitħassru;

7. L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1:

- fl-ewwel subparagrafu, il-kliem "l-armel/armla u t-tfal dipendenti ta' membru" għandhom jiġu sostitwiti minn "il-konjuġi superstiti u t-tfal dipendenti fil-ħin tal-mewt tal-membru",

- fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu, il-kelma "armel/armla" għandha tiġi sostitwita minn "konjuġi superstiti",

- fit-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu, il-kliem "meta l-omm għadha ħajja" għandu jiġi sostitwit minn "meta l-omm jew il-missier huma mejta",

- fl-ewwel inċiż tat-tielet subparagrafu, il-kelma "armel/armla" għandha tiġi sostitwita minn "konjuġi superstiti";

(b) fil-paragrafu 5, il-kliem "għandha drittijiet ta' pensjoni li jakkumulawla taħt dan ir-Regolament, il-mara" għandu jiġi sostitwit minn "akkumula drittijiet ta' pensjoni taħt dan ir-Regolament, il-konjuġi";

(ċ) fil-paragrafu, il-kelma "armel/armla" għandha tiġi sostitwita minn "konjuġi superstiti", il-kelma "Hi" għandha tiġi sostitwita b'"Il-Konjuġi superstiti" u l-kelma "hi" għandha tiġi sostitwita b' "il-";

(d) fil-paragrafu 7, il-kelma "armel/armla" għandha tiġi sostitwita b' "konjuġi supersti", u l-kliem "meta jitlaq/titlaq" għandhom jitħassru;

(e) fil-paragrafu 8, il-kelma "armel/armla" għandha tiġi sostitwita b' "konjuġi superstiti";

8. L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, "il-valuta tal-pajjiż fejn il-Qorti ta' l-Awdituri tinstab provviżorjament" għandu jiġi sostitwit b'"euro";

(b) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Ebda piżijiet ma għandhom jiġu applikati għas-somom dovuti taħt l-Artikoli 8,9,11 u 16.

Dawn is-somom għandhom jitħallsu lil benefiċjarji li jirrisjedu fl-Unjoni Ewropea f'euro, f'bank fil-pajjiż ta' residenza.

Għal benefiċjarji li jirrisjedu barra l-Unjoni Ewropea, il-pensjonijiet għandhom jitħallsu f'euro, f'bank fil-pajjiż ta' residenza. Il-Pensjoni tista' b'eċċezzjoni titħallas f'euro f'bank fil-pajjiż fejn l-istituzzjoni għandha l-kwartieri prinċipali tagħha, jew f'valuta barranija fil-pajjiż ta' residenza tal-pensjonant, maqluba skond ir-rati tal-kambju l-iktar aġġornati wżati għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej."

9. l-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

"L-Artikolu 21a

1. L-Artikoli 14, 15, 16, 17 u 19 ta' l-Anness XIII mar-Regolamenti tal-Personal ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw b'analoġija għall-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri.

2. L-Artikoli 20, 24 u 25 ta' l-Anness XIII mar-Regolamenti tal-Personal ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw b'analoġija għall-benefiċjarji tas-somom dovuti taħt l-Artikoli 8, 9, 11 u 16."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2004.

Għall-Kunsill,

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU L 124, tas-27.4.2004, p. 1.

[2] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004.

[3] ĠU L 268, ta' l-20.10.1977, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE, Euratom, KEFA) Nru 840/95 (ĠU L 85, tad-19.4.1995, p. 10).

--------------------------------------------------