32004R1292



Official Journal L 243 , 15/07/2004 P. 0023 - 0025


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1292/2004

tat-30 ta' April 2004

li jemenda r-Regolamenti Nru 422/67/KEE u Nru 5/67/Euratom li jistabbilixxi s-salarji tal-President u tal-Membri tal-Kummissjoni u tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, il-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 210 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 123 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-abbozz tar-Regolament preżentat mill-Kummissjoni fit-2 ta' April 2004,

Billi:

(1) Huwa l-Kunsill li jistabbilixxi s-salarji tal-President u tal-Membri tal-Kummissjoni u tal-President, l-Imħallfin l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, il-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

(2) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 [1], emenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [2] li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

(3) Billi r-Regolamenti Nru 422/67/KEE u Nru 5/67/Euratom [3] jagħmlu applikabbli għall-Membri tal-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim'Istanza permezz ta' analoġija numru ta' dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal msemmija hawn fuq, l-imsemmi Regolament għandu għalhekk jiġi hekk emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti Nru 422/67/KEE u Nru 5/67/Euratom għandhom ikunu emendati kif ġej:

1. it-tieni subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

"Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, sħubija mhux taż-żwieġ għandha tkun meqjusa bħala żwieġ kemm-il-darba jkunu mħarsa l-kondizzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 1(2)(c) ta' l-Anness VII li jinsab mar-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Is-sieħeb/sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa ta' membru jew ex membru għandu/għandha t/jitqies bħala r-raġel/il-mara taħt l-iskema ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard fejn il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-paragrafu (2)(ċ) ta' dak l-Artikolu jkunu mħarsa.";

2. (a) fl-Artikoli 2 u 21a, l-espressjoni "l-aħħar tarġa tal-grad A 1" għandha tkun sostitwita bl-espressjoni "it-tielet tarġa tal-grad 16";

(b) fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. Iżda, mill-1 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' April 2006, l-espressjoni "it-tielet tarġa tal-grad 16"; fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinqara "it-tielet tarġa tal-grad A*16";.";

3. għandu jidħol l-Artikolu li ġej:

"L-Artikolu 4b

L-Artikolu 17 ta' L-anness VII li jinsab mar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija għall-President u l-Membri tal-Kummissjoni u l-President, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, il-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza.";

4. fl-Artikolu 6(ċ), l-espressjoni "għal uffiċjal fil-grad A 1" għandha titħassar;

5. L-Artikolu 9 għandu jkun emendat kif ġej:

- fl-ewwel subparagrafu, l-espressjoni "4,5 %" għandha tiġi sostitwita b' "4,275 %",

- l-aħħar subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

"B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-Membri tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienu jokkupaw din il-pożizzjoni qabel l-1 ta' Mejju 2004, u sa tmiem il-funzjonijiet tagħhom, rispettivament, fil-Kummissjoni u fil-Qorti tal-Ġustizzja, l-ammont tal-pensjoni għandu jkun 4,5 % tas-salarju bażiku riċevut l-aħħar għal kull sena sħiħa fil-kariga.";

6. L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Iżda, l-ex Membri tal-Kummissjoni u tal-Qorti għandhom ikunu koperti bid-dispożizzjonijiet ta'l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal għal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bil-kondizzjoni li ma jkunux qed jagħmlu xogħol bi qliegħ u li ma jkunux jistgħu jkunu koperti bi skema nazzjonali ta' assigurazzjoni kontra l-mard.";

(b) fir-raba' u l-ħames subparagrafi "60" għandu jiġi sostitwit bi "63";

(ċ) fil-ħames subparagrafu, l-espressjoni "li tippermettilu li jkun kopert bi skema pubblika oħra ta' assigurazzjoni kontra l-mard" għandha titħassar.

7. L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1:

- fl-ewwel subparagrafu, l-espressjoni "l-armla u t-tfal dipendenti ta' membru" għandha tiġi sostitwita bi "il-parti li tibqa' ħajja u t-tfal dipendenti fiż-żmien tal-mewt tal-membru",

- fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu, l-espressjoni "l-armla" għandha tiġi sostitwita bi "il-parti li tibqa' ħajja",

- fit-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu, l-espressjoni "meta l-omm tkun għada ħajja" għandha tiġi sostitwita bi "meta jew l-omm jew il-missier ikun mejjet",

- fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu, l-espressjoni "l-arma" għandha tiġi sostitwita bi "il-parti li tibqa' ħajja",

(b) fil-paragrafu 5, l-espressjoni "ikollu drittijiet ta'pensjoni dovuti lilu taħt dan ir-Regolament, il-mara" għandha tiġi sostitwita bi "ikollu drittijiet ta'pensjoni dovuti lilu taħt dan ir-Regolament, il-parti l-oħra";

(ċ) fil-paragrafu 6, l-espressjoni "l-armla" għandha tiġi sostitwita bi "il-parti li tibqa ħajja", l-espressjoni "Hija" għandha tiġi sostitwita bi "Il-parti li tibqa' ħajja" u l-espressjoni "tagħha" għandha tiġi sostitwita bi "il-";

(d) fil-paragrafu 7, l-espressjoni "armla" għandha tiġi sostitwita bi "il-parti li tibqa' ħajja", u l-espressjoni "fejn huwa jitlaq" għandha titħassar;

(e) fil-paragrafu 8, l-espressjoni "armla" għandha tiġi sostitwita bi "l-parti li tibqa' ħajja";

8. L-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, l-espressjoni "il-munita tal-pajjiż fejn l-istituzzjoni jkollha s-sede provviżorja tagħha" għandha tiġi sostitwiti bi "euro";

(b) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Ma għandu jiġi applikat ebda peżar għas-somom dovuti taħt l-Artikoli 7, 8, 10 u 15.

Dawn is-somom għandhom jitħallsu f'euro lil benefiċjarji li jkunu jgħijxu fl-Unjoni Ewropea f'bank fil-pajjiż ta' residenza.

Għall-benefiċjarji li jkunu jgħixu barra l-Unjoni Ewropea, il-pensjonijiet għandhom jitħallsu, f'euro, f'bank fil-pajjiż tar-residenza. B'eċċezzjoni, il-pensjoni tista' titħallas f'euro f'bank fil-pajjiż fejn l-istituzzjoni jkollha l-kwartieri tagħha, jew f'munita barranija fil-pajjiż tar-residenza tal-pensjonant, maqluba bir-rati tal-kambju l-aktar aġġornati wżati għall-implimentazzjoni ta' l-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.";

9. għandu jidħol dan l-Artikolu li ġej:

"L-Artikolu 21b

1. L-Artikoli 14, 15, 16, 17 u 19 ta' l-Anness XIII li jinsab mar-Regolamenti tal-Persunal għal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw b'analoġija għall-President u l-Membri tal-Kummissjoni, l-President, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-President, il-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim' Istanza.

2. L-Artikoli 20, 24 u 25 ta' l-Anness XIII li jinsab mar-Regolamenti tal-Persunal għal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw b'analoġija għall-benefiċjarji ta' somom dovuti taħt l-Artikoli 7, 8, 10 u 15."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' April 2004.

Għall-Kunsill,

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU L 124, tas-27.4.2004, p. 1.

[2] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004.

[3] ĠU C 187, tat-8.8.1967, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2778/98 (ĠU L 347, tat-23.12.1998, p. 1).

--------------------------------------------------