5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
50 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1288/2004
ta' l-14 ta' Lulju 2004
dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-ikel ta’ l-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar addittivi fl-ikel ta’ l-annimali (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 (2) u b’ mod partikolari l-Artikolu 3, u l-Artikoli 9d(1) u 9e(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi sabiex jintużaw fil-Komunità. L-addittivi msemmija fil-Parti II ta’ l-Anness C ta’ dik id-Direttiva jistgħu jiġu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien jekk jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. |
(2) |
L-użu ta’ astaxanthin-rich Phaffia rhodozyma (ATCC 74219) bħala kolorant għas-salamun u trota ġie awtorizzat proviżorjament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/98 (3). |
(3) |
Data ġdida kienet sottomessa sabiex issaħħaħ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dak il-kolorant. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew sodisfatti. |
(4) |
Il-Kumitat Xjentifiku ta’ l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi Użati fl-għalf ta’ l-Annimali ta’ l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) ta opinjoni favorevoli fit-22 ta’ Jannar 2003 dwar l-effikaċità ta’ dak l-addittiv meta użat fil-kategorija ta’ l-annimali tas-salamun u tat-trota. F’ opinjoni oħra adottata fl-1 ta’ April 2004, l-EFSA ikkonkludiet li l-ħmira f’ dak il-prodott mhux organiżmu ħaj u mhux mistenni li jikkawża kwalunkwe konsegwenzi fuq l-ambjent, taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ użu imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(5) |
L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) ġiet awtorizzata proviżorjament għaż-żriegħ, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 (4). |
(6) |
L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Saccharomyces cerevisiae (CBS 493.94) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-għoġġiela, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 u għall-frat għas-smin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/99 (5). |
(7) |
L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Enterococcus faecium (NCIMB 10415) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-frat, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/99. |
(8) |
L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Enterococcus faecium (DSM 7134) u Lactobacillus rhamnosus (DSM 7133) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-għoġġiela, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2690/99 (6). |
(9) |
Ġiet sottomessa data ġdida biex issaħħaħ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dawk il-mikro-organiżmi. L-evalwazzjoni ta’ dawk l-applikazzjonijiet turi li l-kundizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjonijiet ġew sodisfatti. |
(10) |
Għalhekk, l-użu mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dawk l-addittivi għandu jiġi awtorizzat. |
(11) |
Minn barra dan, id-Direttiva 70/524/EEC tipprovdi għall-awtorizzazzjoni fuq bażi proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv li huwa diġà awtorizzat sabiex tiġi konċessa għall-perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ snin, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet. |
(12) |
L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415)) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħannus (piglets) bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1411/99 (7), għal għoġġiela u tiġieġ għas-smin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/99 (8) u għad-dundjani għas-smin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1801/2003 (9). |
(13) |
Ġiet sottomessa data ġdida biex issaħħaħ applikazzjonijiet sabiex tiġi estiża l-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ta’ dak l-addittiv lill-klieb. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew sodisfatti. |
(14) |
L-EFSA tat opinjoni favorevoli fil-15 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà ta’ dak l-addittiv meta użat fil-kategorija ta’ l-annimali tal-klieb, taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-użu li jinsabu fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(15) |
Għalhekk, l-użu ta’ Enterococcus faecium, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jiġi awtorizzat għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ snin. |
(16) |
L-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jkunu meħtieġa sabiex jipproteġu l-ħaddiema milli jkunu esposti għall-addittivi msemmija fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament. Tali protezzjoni għandha tkun assikurata billi tiġi applikata d-Direttiva tal-Kunsilll 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni tal-miżuri li jinkoraġixxu miljoramenti fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (10). |
(17) |
Il-miżuri pprovduti f’ dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
It-taħlit li jaqa’ taħt il-grupp ta’ “Koloranti, inklużi pigmenti” u “Mikro-organiżmi”, kif imsemmi fl-Anness I, huwa awtoriżżat għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħalha addittivi f’ nutrizzjoni ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu f' dak l-Anness.
Artikolu 2
It-taħlita li taqa’ taħt il-grupp tal-“mikro-organiżmi”, kif imsemmija fl-Anness II, hija awtoriżżata proviżorjament għall-użu bħalha addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu f’ dak l-Anness.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul f’ Brussel, nhar il-14 ta' Lulju 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.
(2) ĠU L 265, tat-3.10.2002, p.1.
(3) ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 4.
(4) ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 15.
(5) ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 21.
(6) ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 33.
(7) ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 56.
(8) ĠU L 194, 27.7.1999, P. 17.
(9) ĠU L 264, tal-15.10.2003, p. 16.
(10) ĠU L 183, 29.6.1989, p.1. (Direttiva emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1).
ANNESS I
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
mg/kg ta’ l-ikel kollu ta’ l-annimali |
||||||||
Koloranti, inklużi pigments |
||||||||
1. Carotenoids u xanthophylls |
||||||||
E 161(z) |
Astaxantin-rich Phaffia Rhodozyma (ATCC 74219) |
Biomass ikkonċentrat tal-ħmira Phaffia rhodozyma (ATCC 74219), maqtula, li jkollha għall-anqas 4,0 g astaxanthin kull kilogramm ta’ addittiv u b’kontenut massimu ta’ ethoxyquin ta’ 2 000 mg/kg |
Salamun |
— |
— |
100 |
Il-kontenut massimu huwa espress bħalha astaxanthin. Użu permess biss mill-età ta’ sitt xhur ’il quddiem. It-taħlita ta’ l-addittiv mal- canthaxanthin hija permessa basta li l-konċentrazzjoni totali ta' astaxanthin u canthaxanthin ma taqbiżx 100 mg/kg fl-ikel kollu ta’ l-annimali. Kontenut Ethoxyquin għandu jkun iddikjarat. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
Trota |
— |
— |
100 |
Il-kontenut massimu huwa espress bħalha astaxanthin. Użu permess biss mill-età ta’ sitt xhur ’il quddiem. It-taħlita ta’ l-addittiv mal- canthaxanthin hija permessa basta li l-konċentrazzjoni totali ta' astaxanthin u canthaxanthin ma taqbiżx 100 mg/kg fl-ikel kollu ta’l-annimali. Kontenut Ethoxyquin għandu jkun iddikjarat. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
Nru KE |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
||||
CFU/kg ta’ l-ikel kollu ta’ l-annimali |
||||||||||||
Mikro-organiżmi |
||||||||||||
E 1702 |
Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 |
Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae li fih minimu ta’ 5 x 109 CFU/g addittiv |
Żriegħ |
— |
5 x 109 |
1 x 1010 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u is-sustanza ta’qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||
E 1704 |
Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 |
Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae li fih minimu ta’ 1x 108 CFU/g addittiv |
Għoġġiela |
6 xhur |
2 x 108 |
2 x 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||
Frat għas-smin |
— |
1,7 x 108 |
1,7 x 108 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting. Il-kwanità ta’ Saccharomyces cerevisiae fid-doża ta’ kuljum ma tridx taqbeż 7,5 x 108 CFU for 100 kg piż tal-ġisem. Żid 1 x 108 CFU għal kull 100 kg piż tal-ġisem addizzjonali. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|||||||
E 1705 |
Enterococcus faecium NCIMB 10415 |
Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fih minimu
|
Għoġġiela |
6 xhur |
1 x 109 |
6,6 x 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting. Forma mrammla li għandha tiġi użata esklussivament minn sostitut għall-ħalib. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||
E 1706 |
Enterococcus faecium DSM 7134 |
Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 |
Taħlita ta’: |
Enterococcus faecium li fih minimu ta’: 7 x 109 CFU/g |
u ta’ |
Lactobacillus rhamnosus li fih minimu ta’: 3 x 109 CFU/g |
Għoġġiela |
4 xhur |
||||
1 x 109 5 x 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting. Mingħajr limitu ta’ żmien |
ANNESS II
Nru |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ l-ikel kollu ta’ l-annimali |
||||||||||||||
Mikro-organiżmi |
||||||||||||||
13 |
Enterococcus faecium DSM10663/NCIMB 10415 |
Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fih minimu ta’:
|
klieb |
— |
1 x 109 |
1 x 1010 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting. |
[à compléter par le service publiant l’acte au J.O: 4 ans à partir de l’entrée en vigueur du ce règlement] |