5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1001/2004

tat-18 ta' Mejju 2004

li jaċċetta garanziji offerti in konnessjoni mal-proċedura anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mill-Federazzjoni Russa u mill-Ukraina u li tagħmel l-importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa jew l-Ukraina suġġetta għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat il-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra d-dumped imports minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (2) (“ir-Regolament bażiku”), u partikolarment l-Artikoli 8, 11 (3), 21 u 22 (c) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Wara rapport interim u ta’ skadenza, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 658/2002 (3), impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju (“il-prodott ikkonċernat”) li joriġina mill-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”). Bir-Regolament (KE) Nru 132/2001 (4), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mill-Ukraina. Bir-Regolament (KE) Nru 993/2004 (5) il-Kunsill emenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 u (KE) Nru 132/2001.

(2)

Il-miżuri huma dazju speċifiku ta’ 47,07 EUR/tunellata fil-każ tar-Russja u 33,25 EUR/tunnellata fil-każ ta’ l-Ukraina.

2.   Investigazzjoni

(3)

Fl-20 ta’ Marzu 2004 il-Kummissjoni ħabbret, permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (6) il-bidu ta’ inkjesta interim parzjali tal-miżuri fis-seħħ (“il-miżuri”) sussegwenti għall-Artikoli 11 (3) u 22 (c) tar-Regolament bażiku.

(4)

L-inkjesta tnediet fuq inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex jiġi mistħarreġ, bħala konsegwenza tat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 (“it-Tkabbir”), u b’konsiderazzjoni ta’ l-interess Komunitarju, jekk hemmx il-ħtieġa li l-miżuri jiġu adattati sabiex jiġi evitat effett eċċessivament negattiv u għall-għarrieda fuq il-partijiet interessati kollha, inklużi l-utenti, id-distributuri u l-konsumaturi.

(5)

Il-partijiet interessati kollha, inkluża l-industrija Komunitarja, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi u ta’ l-utenti, l-esportaturi/produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, u l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll il-partijiet interessati fl-għaxar Stati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju (“l-EU10”) ġew mgħarrfa bil-bidu ta’ l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jwasslu l-fehma tagħhom bil-miktub, jissottomettu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ appoġġ sa l-iskadenza speċifikata fl-avviż tal-bidu ta’ l-istħarriġ. Il-partijiet interessati kollha li wrew li kien hemm raġunijiet għala għadhom jinstemgħu u li għamlu talba f’dan ir-rigward ingħataw smigħ.

3.   Ir-riżultat ta’ l-investigazzjoni

(6)

Kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 993/2004, l-investigazzjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Komunità li tadatta l-miżuri eżistenti, ipprovdut li adattament tali ma jxekkilx b’mod sinifikanti l-livell mixtieq ta’ difiża tal-kummerċ.

4.   Garanziji

(7)

Fi qbil mal-konklużjonijiet tar-Regolament (KE) NRU 993/2004, il-Kummissjoni, f’konformità ma’ l-artikolu 8 (2) tar-Regolament bażiku, issuġġeriet garanziji lill-kumpaniji kkonċernati. ħala riżultat, il-garanziji sussegwentement ġew proposti minn (i) produttur-esportatur tal-prodott ikkonċernat fl-Ukraina (OJSC “Azot”) u kumpanija fil-Liechtenstein (Firm “Leamar Anstalt”) (ii) produttur-esportatur fir-Russja (CJSC MCC Eurochem fir-rigward ta’ prodotti li joħorġu mill-faċilitajiet ta’ produzzjoni ta’ JSC Nak Azot, ir-Russja) flimkien mal-kumpanija relatati tagħha (Cumberland Sound Ltd., il-Gżejjer Verġni Brittanniċi) (iii) żewġ produtturi li jesportaw fir-Russja (OAOKirovo – Chepetsky Chimkombinat) u JSC “Azot”, separatament u (iv) żewġ produtturi-esportaturi relatati u flimkien - Joint Stock CompanyAcron”, ir-Russja, uoint Stock CompanyDorogobuzh”, ir-Russja.

(8)

Mis-sottomissjonijiet ta’ OAO “Kirovo – Chepetsky Chimkombinat” u tagħrif disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet, il-Kummissjoni taf li JSC “Azot” u OAO “Kirovo – Chepetsky Chimkombinat” huma marbuta permezz ta’ Agrochemical Corporation “Azot”, li għandha aktar minn 5% kapital f’kull kumpanija.ħalhekk, f’konformità ma Artikolu 2 tar-Regolament bażiku u d-definizzjoni tal-partijiet relatati kif prevista fl-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 2454/93 (7), hekk kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (8) tat-2 ta’ Lulju 1993, il-Kummissjoni tqis lil JSC “Azot” u OAO “Kirovo – Cheptesky Chimkombinat” bħala partijiet relatati. ħandu jiġi nnutat li ż-żjidiet annormali fil-volumi ta’ l-esportazzjoni ta’ wieħed miż-żewġ produtturi-esportaturi, OAOKirovo – Cheptesky Chimkombinat”, lill–UE 10 osservati waqt l-eweewl xhur ta’ l-2004 kienu ogħla mill-volumi ta’ esportazzjoni tradizzjonali magħquda lill-UE 10 ta’ kemm JSC “Azot” u OAO “Kirovo – Cheptesky Chimkombinat”. ħalhekk, l-offerti ta’ garanzija sottomessi minn dawn iż-żewġ produtturi-esportaturi mhumiex aċċettati, għaliex il-kwota tal-garanzija għaż-żewġ produtturi esportaturi flimien, ikkalkulata bħala volumi ta’ esportazzjoni tradizzjonali lill-UE10 fl-2001 u fl-2002 nieqes iż-żjidiet annormali fil-volumi ta’ l-esportazzjoni lill-UE10 osservati fl-ewwel xhur ta’ l-2004, hija negattiva.

(9)

Għandu jiġi nnutat illi, fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 22 (c) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe garanziji aċċettai minn dan ir-Regolament huma kkonsidrati bħala miżuri speċjali minħabba li, fi qbil mal-konklużjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 993/2004, mhumiex direttament ekwivalenti għal dazju anti-dumping.

(10)

Madankollu, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 993/2004, il-garanziji jobbligaw lil kull produttur-esportatur individwali li jimxi mal-prezzijiet minimi ta’ importazzjoni fi ħdan il-qafas tal-limiti ta’ l-importazzjoni u, sabiex il-garanziji jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati, il-produtturi-esportaturi kkonċernati ftiehmu wkoll li jirrispettaw, fil-biċċa l-kbira, il-bixriet ta’ bejgħ tradizzjonali lil klienti individwali fl-UE10. Il-produtturi-esportaturi huma wkoll konxji tal-fatt li jekk jinstab li dawn il-bixriet ta’ bejgħ jinbidlu b’mod sinifikanti, jew jekk il-garanziji jsiru b’xi mod jew ieħor diffiċli jew impossibbli li jiġu mmonitorjati, il-Kummissjoni hija intitolata tirtira l-aċċettazzjoni tal-garanzija tal-kumpanija bir-riżultat li minflok jiġu imposti dazji anti-dumping, aġġustamenti tal-livell tal-limitu, jew tieħu passi oħra.

(11)

Hija wkoll kondizzjoni tal-garanziji li jekk dawn jinkisru b’xi mod, il-Kummissjoni tkun intitolata tirtira l-aċċettazzjoni u, b’konsegwenza, jiġu imposti dazji anti-dumping.

(12)

Il-kumpaniji sejrin ukoll jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u dettaljata dwar l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità, li jfisser li dawn il-garanziji jistgħu jiġu mmonitorjati aħjar mill-Kummissjoni.

(13)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja aħjar l-aderenza tal-kumpaniji mal-garanziji, meta t-talba għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa sussegwenti għal garanzija tiġi ppreżentata lill-awtorità tad-dwana rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju tkun kondizzjonali mal-preżentazzjoni tal-fattura li jkun fiha, bħala minimu, l-informazzjoni mniżżla fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 993/2004. Dan il-livell ta’ informazzjoni huwa meħtieġ ukoll sabiex jgħin lill-awtoritajiet tad-dwana jaċċertaw b’biżżejjed preċiżjoni li l-kunsinna tikkorrispondi mad-dokumenti kummerċjali. Fejn fattura bħal din ma tkunx ġiet ippreżentata, jew meta ma tkunx tikkorispondi mal-prodott ippreżentatat lid-dwana, ikollu jitħallas id-dazju anti-dumping approprjat.

(14)

In vista ta’ dan hawn fuq, l-offerti għall-garanziji jitqiesu aċċettabbli.

(15)

L-aċċettazzjoni tal-garanziji hija limitata għal perjodu inizzjali ta’ sitt xhur bla ħsara għat-tul normali tal-miżuri. Madankollu, sitt xhur wara l-aċċettazzjoni tal-garanziji, it-tkomplija ta’ l-aċċettazzjoni tkun suġġetta għal verifika mill-Kummissjoni li tara jekk ikunux għadhom jeżistu il-kundizzjonijiet negattivi u eċċezzjonali għall-utenti finali fl-UE10 li kienu wasslu għall-aċċettazzjoni tal-garanziji. Minħabba medda ta' żmien qasira li tikkaretterizza dawn il-garanziji u ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li taħthom jiġu aċċettati, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, jadattaw xi uħud mill-kundizzjonijiet tal-garanziji, jekk wara perjodu raġonevoli ta’ żmien jiġi stabbilit li l-garanziji mhumiex qed jiksbu r-riżultati mixtieqa fi kuntest tal-possibbiltà li l-bixriet tradizzjonali tal-kummerċ lejn l-UE10 jkunu jistgħu jkomplu. adankollu, il-kundizzjonijiet adattati tal-garanziji għandhom ikomplu jiżguraw kontribut sinifikanti lit-tneħħija tal-preġudizzju.

B.   REGISTRAZZJONI TAL-PRODOTTI IMPORTATI

(16)

In vista taċ-ċirkostanzi mhux tas-soltu ta’ dan il-każ u r-riskju inerenti ta’ ksur ta’ garanziji kkawżat minn differenzi fil-prezzijiet bejn l-UE10 u l-UE15 u l-karattru short-term tagħhom, huwa meqjus li jeżistu biżżejjed raġunijiet sabiex ċerta importazzjoni tal-prodott ikkonċernat tkun suġġetta għal reġistrazzjoni għal perjodu massimu ta’ disa’ xhur f’konformità ma’ Artikolu 14 (5) tar-Regolament bażiku.

(17)

L-awtoritajiet tad-dwana huma għalhekk mogħtija istruzzjonijiet sabiex jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjoni fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Ukraina u mir-Russja u li huwa esportat mill-kumpaniji li offrew garanziji aċċettabbli u li għalihom tintalab l-esenzjoni mid-dazji anti-dumping.

(18)

Fl-eventwalità li jinstab ksur ta’ garanzija, jistgħu jiġu imposti dazji retroattivi fuq prodotti li jkunu daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità mid-data tal-ksur tal-garanzija.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-garanziji offruti mill-produtturi-esportaturi msemmija isfel, f’konnessjoni mal-proċedura anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mill-Ukraina u l-Federazzjoni Russa huma għalhekk aċċettati.

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi Addizzjonali Taric

Ukraina

Prodott u esportat minn OJSC “Azot”, Cherkassy, l-Ukraina u mibjugħ minn FirmLeamar Anstalt, Ruggel, il-Liechtenstein lill-ewwel klient indipendenti tagħha fil-Komunità li jkun qed jaġixxi bħala importatur

A521

Federazzjoni Russa

Prodott minn OJSC MCC Eurochem, Moska, ir-Russja fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagħha ta’ JSC Nak Azot, Novomoskovsk, ir-Russja u mibjugħa minn Cumberland Sound Ltd., Tortola, Ġżejjer Verġni Brittanniċi lill-ewwel klient indipendenti fil-Komunità li jkun qed jaġixxi bħala importatur

A522

Federazzjoni Russa

Prodott u esportat Joint Stock Company “Acron”, Veliky Novgorod, ir-Russja jew Joint Stock Company “Dorogobuzh” Verkhnedneprovsky, Reġjun ta’ Smolensk, ir-Russja lill-ewwel klient indipendenti fil-Komunità li jkun qed jaġixxi bħala importatur

A532

Artikolu 2

L-Awtoritajiet tad-Dwana huma għalhekk mogħtija istruzzjonijiet, sussegwenti għall-Artikolu 14 (5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 sabiex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjoni fil-Komunità tan-nitrat ta’l-ammonju li joriġina mill-Ukraina u mill-Federazzjoni Russa u li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 prodott u mibjugħ jew prodott u esportat mill-kumpaniji mniżżla f’ Artikolu 1 li għalihom tintalab esenzjoni mid-dazji anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 993/2004.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u se jibqa’ fis-seħħ għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar it-18 ta' Mejju 2004.

Għall-Kummissjoni

Pascal LAMY

embru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p.1.

(2)   ĠU L 77, 13.3.2004, p.12.

(3)   ĠU L 102, 18.4.2002, p.1.

(4)   ĠU L 23, 25.1.2001, p.1.

(5)   ĠU L 182, 19.5.2004 p.28.

(6)   ĠU C 70, 20.3.2004, p.15.

(7)   ĠU L 253, 11.10.1993, p.1.

(8)   ĠU L 343, 31.12.2003, p.1.