1.5.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 941/2004

tat-30 ta’ April 2004

li jistipula r-rifużjoni massima fuq l-esportazzjoni tar-ross mitħun, tond, medjan u tawwali A, għad-destinazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi skond is-sejħa għall-offerti maħruġa bir-Regolament (KE) Nru 1897/2002

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 li jwassal għal organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tar-ross (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2002 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1897/2002 (3), infetħet sejħa għall-offerti għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tar-ross.

(2)

Skond l-Artikolu 5 tal-Kummissjoni (KEE) Nru 584/75 (4), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1948/2002 (5), fuq il-bażi ta’ l-offerti mressqa, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 tistipula r-rifużjoni massima fuq l-esportazzjoni. Għal dan l-istipular, wieħed għandu jikkunsidra b’mod partikolari l-kriterji pprovduti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95. Is-sejħa għall-offerti tintrebaħ minn kull offerent li l-offerta tiegħu tkun tinsab fil-livell ta’ rifużjoni massima jew f’livell inferjuri.

(3)

L-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn qabel għas-sitwazzjoni attwali tas-suq tar-ross involut twassal sabiex tiġi stipulata rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-ammont imsemmi fl-Artikolu 1.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjoni massima fuq l-esportazzjoni tar-ross mitħun, medjan u tawwali A għad-destinazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi hi stipulata fuq il-bażi ta’ l-offerti mressqa bejn id-26 u t-29 ta’ April 2004 għal 64,00 EUR/tskond is-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1897/2002.

Artikolu 2

ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 329 tat-30.12.1995, p. 18.

(2)   ĠU L 62 tal-5.3.2002, p. 27.

(3)   ĠU L 287 tal-25.10.2002, p. 8.

(4)   ĠU L 61 tas-7.3.1975, p. 25

(5)   ĠU L 299 ta’ l-1.11.2002, p. 18