1.5.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 939/2004

tal-30 ta’ April 2004

dwar l-offerti mressqa għall-kunsinni ta’ ross tawwali B imfesdaq għad-destinazzjoni tal-Gżira ta’ Réunion skond is-sejħa għall-offerti li tissemma fir-Regolament (KE) Nru 1895/2002

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 li jwassal għal organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tar-ross (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2692/89 tas-6 ta’ Settembru 1989 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-kunsinni ta’ ross għad-destinazzjoni tal-Gżira ta’ Réunion (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1895/2002 (3), infetħet sejħa għall-offerti għas-sussidju fuq il-kunsinni ta’ ross għad-destinazzjoni tal-Gżira ta’ Réunion.

(2)

Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2692/89, fuq il-bażi ta’ l-offerti mressqa, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, tiddeċiedi li ma titkompliex is-sejħa għall-offerti.

(3)

Skond il-kriterji pprovduti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2692/89, mhux indikat li ssir stipulazzjoni ta’ sussidju massimu.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mhux se tittieħed azzjoni fuq l-offerti mressqa bejn is-26 u l-29 ta’ April 2004 skond is-sejħa għall-offerti għas-sussidju fuq il-kunsinni ta’ ross tawwali B imfesdaq li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1006 20 98 għad-destinazzjoni tal-Gżira ta’ Réunion, imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1895/2002.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-30 ta’ April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18. Emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2002 (ĠU L 62, tal-5.3.2002, p. 27).

(2)  ĠU L 261, tas-7.9.1989, p. 8. Emendat bir-Regolament (KE) Nru 1453/1999 (ĠU L 167, tat-2.7.1999, p. 19).

(3)  ĠU L 275 ta’ l-25.10.2003, p. 23.