Official Journal L 163 , 30/04/2004 P. 0100 - 0101
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 924/2004 tad-29 ta'April 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma' l-Iraq IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma' l-Iraq u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2465/96 [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2204/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) ttiegħu, Billi: (1) L-Anness IV li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet assoċjati mar-reġim ta'l-ex President Saddam Hussein koperti bl-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. (2) Fis-7 ta' April 2004, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti iddeċieda li jemenda l-lista li tikkomprendi lil Saddam Hussein u uffiċjali oħra anzjani tar-reġim Iraqi ta' qabel, il-membri fil-qrib tal-familji tagħhom u l-entitajiet proprjetà tagħhom jew kontrollati minnhom jew minn persuni li jaġixxu għan-nom tagħhom jew taħt it-tmexxija tagħhom, li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Għalhekk, l-Anness IV għandu jiġi hekk emendat. (3) Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness IV li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa b'dan emendat skond l-anness li jinsab ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 169, tat-8.7.2003, p. 6. [2] ĠU L 330, tat-18.12.2003, p. 7. -------------------------------------------------- ANNESS L-Anness IV li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif ġej: Għandhom jiżdiedu l-persuni fiżiċi li ġejjin: 1. Sajida Khayrallah Tilfah. Data tat-twelid: 1937. Post tat-twelid: Al-Awja, ħdejn Tikrit, Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Informazzjoni oħra: Il-mara rikonoxxuta uffiċjalment ta' Saddam Hussein u l-omm ta' ħamest itfal tiegħu, inklużi Qusay Saddam Hussein u Uday Saddam Hussein. 2. Raghad Saddam Hussein Al-Tikriti. Data tat-twelid: 1967. Post tat-twelid: Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Amman, Jordan. Informazzjoni oħra: bint Sajida Khayrallah Tilfah u Saddam Hussein. 3. Rana Saddam Hussein Al-Tikriti. Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Amman, Jordan. Informazzjoni oħra: bint Sajida Khayrallah Tilfah u Saddam Hussein. 4. Hala Saddam Hussein Al-Tikriti. Data tat-twelid: 1972. Post tat-twelid: Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Informazzjoni oħra: bint Sajida Khayrallah Tilfah u Saddam Hussein. 5. Samira Shahbandar (alias Chadian) Data tat-twelid: 1946. Post tat-twelid: Baghdad, Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Informazzjoni oħra: it-tieni mara ta' Saddam Hussein u omm it-tielet tifel tiegħu. 6. Ali Saddam Hussein Al-Tikriti (alias Hassan). Data tat-twelid: 1980 jew 1983. Post tat-twelid: Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Informazzjoni oħra: bin Samira Shahbandar u Saddam Hussein. 7. Mohammad Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti, Data tat-twelid: 2 ta' Novembru 1972. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Ġinevra, l-Isvizzera. Informazzjoni oħra: iben Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti. 8. Saja Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti. Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1978. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Ġinevra, l-Isvizzera. bint Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti. 9. Ali Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti. Data tat-twelid: 18 ta' April 1981. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Ġinevra, l-Isvizzera. Informazzjoni oħra: iben Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti. 10. Noor Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti. Data tat-twelid: 2 ta' Novembru 1983. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Ġinevra, l-Isvizzera. Informazzjoni oħra: iben Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti. 11. Khawla Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti. Data tat-twelid: 3 ta' Diċembru 1986. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Ġinevra, l-Isvizzera. Informazzjoni oħra: iben Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti. 12. Thoraya Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti. Data tat-twelid: 19 ta' Diċembru 1980 jew 19 ta' Jannar 1980. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Iraq. Informazzjoni oħra: iben Barzan Ibrahim Hasan Al-Tikriti. 13. Jawhar Majid Al-Duri. Data tat-twelid: madwar l-1942, Al-Dur, Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Iraq. Informazzjoni oħra: mart Izzat Ibrahim Al-Duri. 14. Sundus Abd Al-Ghafur. Data tat-twelid: madwar l-1967, Kirkuk, Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Iraq. Informazzjoni oħra: mart Izzat Ibrahim Al-Duri. 15. Nidal Al-Rabi'i. Data tat-twelid: madwar l-1965. Post tat-twelid: Al-Dur, Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Iraq. Informazzjoni oħra: mart Izzat Ibrahim Al-Duri. 16. Intissar Al-Ubaydi. Data tat-twelid: madwar l-1974. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Iraq. Informazzjoni oħra: mart Izzat Ibrahim Al-Duri. --------------------------------------------------