32004R0921



Official Journal L 163 , 30/04/2004 P. 0094 - 0095


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 921/2004

tad-29 ta'April 2004

li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2191/81, (KEE) Nru 429/90 u (KE) Nru 2571/97 biex jingħata kont tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE li tippreskrivi r-regoli ta' saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ħalib mhux maħdum, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti bażati fuq il-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti mill-ħalib [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 10 u 15 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81 tal-31 ta' Lulju 1981 dwar l-għoti ta' għajnuna għax-xiri ta' butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt [2] jindika l-butir eliġibbli taħt dak ir-Regolament.

(2) L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/90 tal-20 ta' Frar 1990 dwar l-għoti permess ta' stedina għall-offerti għal għajnuna għal butir konċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità [3] jiddefinixxi l-butir konċentrat eliġibbli taħt dak ir-Regolament.

(3) L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar il-bejgħ ta' butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-għoti ta' għajnuna għal krema, butir u butir konċentrat għal użu fil-manifattura ta' prodotti ta' l-għaġina, ġelat u oġġetti oħra tal-ikel [4] jiddefinixxi l-butir, il-butir konċentrat u l-krema li jistgħu jiġu sussidjati meta jintużaw biex jiġu inkorporati fi prodotti finali eliġibbli għall-miżuri li hemm provvediment dwarhomtaħt dak ir-Regolament.

(4) Sabiex jiġi żgurat li sussidju jingħata biss għall-prodotti li joffru standard għoli għall-protezzjoni tas-saħħa, il-butir, butir konċentrat u l-krema msemmija fir-Regolamenti (KEE) Nru 2191/81, (KEE) Nru 429/90 u (KE) Nru 2571/97 għandhom ikunu jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE [5], notevolment il-preparazzjoni fi stabbiliment approvat u l-konformità mal-ħtiġiet ta'l-immarkar tas-saħħa speċifikati f'A fil-Kapitolu IV ta' l-Anness Ċ li jinsab ma' dik id-Direttiva.

(5) Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2191/81, (KEE) Nru 429/90 u (KE) Nru 2571/97 għandhom għalhrkk ikunu hekk emendati.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Amministrazzjoni għall-Ħalib u Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"— butir li:

(i) jirrispetta l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 [6] u jkun jikkonforma mal-klassi nazzjonali ta' kwalità imsemmija fl-Anness V li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2771/1999 [**] ĠU L 333, ta’ l-24.12.1999, p. 11. fl-Istat Membru ta' manifattura u li l-ippakkeġġar tiegħu jkun hemm immarkat,

(ii) ikun jikkonforma mal-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE [***] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1., notevolment fir-rigward tal-preparazzjoni fi stabbiliment approvat u l-konformità mal-ħtiġiet ta' l-immarkar tas-saħħa speċifikati f'A fil-Kapitolu IV ta' l-Anness Ċ li jinsab ma' dik id-Direttiva;"

Artikolu 2

"Dan għandu jikkonforma mal-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE [*] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1.,), notevolment fir-rigward tal-preparazzjoni fi stabbiliment approvat u l-konformità mal-ħtiġiet ta' l-immarkar tas-saħħa speċifikati f'A fil-Kapitolu IV ta' l-Anness Ċ li jinsab ma' dik id-Direttiva."

Artikolu 3

"Il-butir, il-butir konċentrat u l-krema msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE [*] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1., notevolment fir-rigward tal-preparazzjoni fi stabbiliment approvat u l-konformità mal-ħtiġiet ta' l-immarkar tas-saħħa speċifikati f'A fil-Kapitolu IV ta' l-Anness Ċ li jinsab ma' dik id-Direttiva."

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, tat-3.2.2004, p. 6)

[2] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 20. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1565/2001 (ĠU L 208, ta’ l-1.8.2001, p. 15).

[3] ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 124/1999 (ĠU L 16, tal-21.1.1999, p. 19).

[4] ĠU L 350, ta’ l-20.12.1997, p. 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 186/2004.

[5] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[6] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

--------------------------------------------------