32004R0919



Official Journal L 163 , 30/04/2004 P. 0090 - 0091


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 919/2004

tad-29 ta' April 2004

li jemenda l-obbligi tal-forniment għal zokkor tal-kannamieli li għandu jkun importat permezz tal-Protokoll ACP u l-Ftehim Indjan għall-perijodu tal-forniment 2003/04

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], u partikolarment l-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 39(6) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2004 [2] emenda l-obbligi tal-forniment għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jkun importat permezz tal-Protokoll ACP u l-Ftehim ma l-Indja għall-perijodu ta' forniment 2003/04 kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 443/2004 [3].

(2) L-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1159/2003 tat-30 ta' Ġunju 2003 jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni għas-snin tas-suq 2003/04, 2004/05 u 2005/06 dwar l-importazzjoni taz-zokkor tal-kannamieli permezz ta' ċerti kwoti ta' tariffa u ftehim preferenzjali u jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1464/95 u (KE) Nru 779/96 [4], jistipula li mat-talba ta' Stat Membru jew ta' pajjiż ta' l-esportazzjoni u jikkonkludu każi spċipiċi iġġustifikati kif meħtieġ, il-Kummissjoni tista' temenda l-obbligi tal-forniment permezz ta' l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1159/2003.

(3) Ir-Repubblika tal-Mawrizju kienet tablet għat-trasferiment ta' uħud mill-obbligi tagħha tal-forniment ta' bejn il-perijodi tal-forniment 2003/04 u 2004/05 fuq il-bażi li l-liċenza ta' l-importazzjoni maħruġha fil-5 ta' Marzu 2004, għal 25376 tunnellati ta' zokkor preferenzjali kienet intifet mid-detentur tagħha u li liċenza oħra kienet inħarġet lill-istess detentur sabiex tieħu post dik il-mitlufa. Din is-sitwazzjoni irriżultat fis-sospenzjoni ta' l-importazzjoni taz-xokkor mill-Mawritzju bħala segwiment ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 647/2004 tas-6 ta' April 2004 dwar l-għoti ta' liċenzi ta' l-importazzjoni għaz-zokkor tal-kannamieli għall-iskopijiet ta' ċerti kwoti ta' tariffi u ftehim preferenzjali [5], minħabba li l-applikazzjonijiet għal-liċenzi jeċċedu l-obbigi tal-forniment ikkonċernat għall-perijodu tal-forniment 2003/04.

(4) Sabiex l-obbligi li hemm provvediment dwarhom fil-Protokoll Nru 3 dwar iz-zokkor ACP [6] jista' jkun hemm konformità magħhom għall-perijodu tal-forniment, l-obbiligi tal-forniment stabbiliti għall-Mawritzju għall-perijodu tal-forniment 2003/2004 għandhom ikunu emendati.

(5) It-trasferiment ta' 25376 tunnellata ta' zokkor preferenzjali mill-obbligi tal-forniment tal-Mawritzju tal-perijodu 2004/06 lejn l-obbligi tal-forniment tiegħu għall-perijodu 2003/04 ma jfixklux l-arranġament tal-forniment referut fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, u l-kwanità trasferita tkun irreġistrata għall-perijodu tal-forniment 2004/05, bil-provediment ta' verifika li l-liċenza l-mitlufa fil-fatt qatt ma kienet ġiet użata.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaz-Zokkor.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-obbigi tal-forniment għall-importazzjoni ta' prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1701 espressi bħala ekwivalenti ta' zokkor abjad li joriġinaw fil-pajjiżi li huma partijiet tal-Protokoll ACP u l-Ftehim Indjan, għall-perijodu tal-forniment 2003/04 u għal kull wieħed mill-pajjiżi ta' l-esportazzjoni kif huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 737/2004 huma b'dan emendati kis stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, ta' l-10.1.2004, p. 2).

[2] ĠU L 116, tat-22.4.2004, p. 3.

[3] ĠU L 72, tal-11.3.2004, p. 3.

[4] ĠU L 162, ta' l-1.7.2003, p. 52.

[5] ĠU L 102, tas-7.4.2004, p. 45.

[6] ĠU L 317, tal-15.12.2000, p. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS

Obbligi tal-formiment għall-importazzjoni ta' zokkor preferenzjali, espress bħala ekwivalenti ta' zokkor abjad, li joriġina f'pajjiżi li huma partijiet tal-Protokoll ACP u l-Ftehim Injan għall-perijodu ta' forniment 2003/04.

Protokoll ACP/Ftehim Indjan, Pajjiżi finmatarji | Obbligi tal-formiment 2003/04 |

Barbados | 50641,21 |

Beliż | 38977,79 |

Kongo | 10186,10 |

Côte d'Ivoire | 10186,10 |

Fiġi | 161123,25 |

Gujana | 153799,11 |

Indja | 10000,00 |

Ġamajka | 118695,13 |

Kenja | 0,00 |

Madagaskar | 18815,50 |

Malawi | 20564,84 |

Mawritzju | 509654,72 |

Uganda | 0,00 |

Saint Kitts u Nevis | 8804,51 |

Suriname | 0,00 |

Swazilandja | 111298,16 |

Tanzanija | 10189,35 |

Trinidad u Tobago | 42054,47 |

Żambja | 0,00 |

Żimbabwe | 36658,00 |

Total | 1311648,24 |

--------------------------------------------------