32004R0915



Official Journal L 163 , 30/04/2004 P. 0079 - 0080


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 915/2004

tad-29 ta' April 2004

li jħassar ċerti Regolamenti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2931/79 tal-20 ta' Diċembru 1979 dwar il-konċessjoni ta' assistenza fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli li jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali fuq l-importazzjoni f'pajjiż terz [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [2] u b'mod partikolari l-Artikoli 26(3) u 31(14) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2729/81 ta' l-14 ta' Settembu 1981 li jistabbilixxi regoli speċjali sabiex jimplimentaw is-sistema tal-liċenzi ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u l-fissar bil-quddiem tar-rifużjonijiet rigward il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [3] jipprovdi illi għall-għanijiet ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzi bil-fissar bil-quddiem tar-rifużjonijiet issottomessi skond proċedura ta' l-offerti miftuħa f'pajjiż mhux membru, l-uniku stedin għall-offerti li jista' jiġi kkunsidrat huwa dak maħruġ mill-aġenziji pubbliċi jew mill-korpi rregolati bil-liġjiet pubbliċi li jidhru fil-lista mehmuża mar-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 2379/81 ta' l-14 ta' Settembru 1981 li jistabbilixxi lista ta' l-aġenziji fil-pajjiżi importaturi mhux membri intitolati li joħorġu stedin għall-offerti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [4]. Din id-disposizzjoni kienet riprodotta fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1466/95 tas-27 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli ddettaljati speċjali għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [5], li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2739/81. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta' Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati speċjali sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 rigward il-liċenzi ta' l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [6], li jieħu l-post tar-Regolament (KE) Nru 1466/95, ma jagħmel l-ebda riferiment iktar għar-Regolament (KEE) Nru 2730/81 u jipprovdi fl-Artikolu 8 illi l-prova li l-aġenzija hija pubblika jew bla ħsara għal-liġijiet pubbliċi trid minn issa 'l quddiem tiġi fornita min-negozjant. Ir-Regolament (KEE) Nru 2730/81 għalhekk tilef il-għan u jista' jitħassar.

(2) L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2391/79 jipprovdi illi meta jiġu esportati l-prodotti agrikoli li, skond il-ftehimijiet konklużi mill-Komunità, jistgħu jikkwalifikaw għal trattament speċjali ma' l-importazzjoni f'pajjiż terz jekk jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu, fuq talba u wara li jsiru l-kontrolli approprjati, joħorġu dokument li jiċċertifika illi l-kondizzjonijiet ġew sodisfatti. Skond dan ir-Regolament, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3305/82 tad-9 ta' Diċembru 1982 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-provvediment ta' assistenza amministrattiva f'konnessjoni ma' l-esportazzjoni ta' l-iġbna eliġibbli għal trattament speċjali ma' l-importazzjoni fin-Norveġja [7] jeħtieġ li l-esportaturi jippreżentaw ċertifikat li jattesta l-oriġini Komunitarju ta' l-iġbna esportati. Il-paragrafu 4(1) ta' l-Anness IV mal-Ftehim fil-għamla ta' skambju ta' l-ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norvġja li jirrigwarda ċerti arranġamenti fil-biedja [8] jipprovdi illi l-prodotti jridu jibbenefikaw mill-Ftehim mas-sottomissjoni jew ta' ċertrifikat EUR1. tal-moviment jew fattura. Ir-Regolament (KEE) Nru 3305/82 jista' għalhekk jitħassar ġaladarba ma jeħtieġx iktar il-preżentazzjoni taċ-ċertifikat riferit fl-Artikolu 1.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3439/83 tal-5 ta' Diċembru 1983 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni ta' ċerti iġbna lejn l-Awstralja [9] jipprovdi li jiġi ppreżentat ċertifikat speċjali lill-awtoritajiet ta' dan il-pajjiż li jattestja illi l-iġbna Komunitarji importati bbenefikaw minn rifużjoni iktar baxxa minn dawk iffissati għal destinazzjonijiet oħra. Bl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1776/96 tat-12 ta' Settembru 1996 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [10], ir-rifużjonijiet fuq l-iġbna esportati lejn l-Awstralja ma għadhomx iffissati iktar u b'konsegwenza ta' dan ir-Regolament (KEE) Nru 3439/83 tilef kull għan u jista' jitħassar.

(4) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2730/81, (KEE) Nru 3305/82 u (KE) Nru 3439/83 huma hawnhekk imħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 334, 28.12.1979, p.8.

[2] ĠU L 160, 26.6.1999, p.48, Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p.6).

[3] ĠU L 272, 26.9.1981, p.19. Regolament mħassar bir-Regolament (KE) Nru 1466/95.

[4] ĠU L 272, 26.9.1981, p.25. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 763/94 (ĠU L 90, 7.4.1994, p.13).

[5] ĠU L 144, 28.6.1995, p.22. Regolament mħassar bir-Regolament (KE) Nru 174/1999.

[6] ĠU L 20, 27.1.1999, p.8. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1948/2003 (ĠU L 287, 5.11.2003 p.13)

[7] ĠU L 350, 10.12.1982, p.11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 222/88, (ĠU L 28, 1.2.1988, p.1).

[8] ĠU L 109, 1.5.1993, p.47.

[9] ĠU L 340; 6.12.1983, p.7. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 222/88.

[10] ĠU L 232, 13.9.1996, p.19.

--------------------------------------------------