Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0065 - 0067
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 879/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv diġà awtorizzat f'materjali ta' għalf (Saccharomyces cerevisiae) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar addittivi f'materjali ta' għalf [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 9e(1) tiegħu, Billi: (1) Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li ebda addittiv ma jista' jitqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni jekk l-awtorizzazzjoni tal-Komunità ma tkunx ingħatat. (2) Fil-każ ta' addittivi li tirreferi għalihom il-Parti II ta' l-Anness C mad-Direttiva 70/524, li tinkludi mikro-organiżmi, awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv diġà awtorizzat tista' tingħata jekk il-kondizzjonijiet preskritti f'dik id-Direttiva jkunu ssodisfatti, u jekk ikun raġonevoli li wieħed jassumi, in vista tar-riżultati disponibbli, li meta użat f'nutrizzjoni għall-annimali jkollu wieħed mill-effetti li jirreferi għalihom l-Artikolu 2(a) ta' dik id-Direttiva. Din l-awtorizzazzjoni provviżorja tista' tingħata għal perjodu ta' mhux aktar minn erba' snin fil-każ ta' addittivi li tirreferi għalihom il-Parti II ta' l-Anness C ma' dik id-Direttiva. (3) L-użu tal-preparazzjoni ta' mikro-organiżmu ta' Saccharomyces cerevisiae (MUCL 39885) kien awtorizzat b'mod provviżorju, għall-ewwel darba, għal ħnieżer żgħar u bhejjem għas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1411/1999 [3]. (4) Data ġdida kienet issottomessa li tappoġġa applikazzjoni biex l-awtorizzazzjoni ta' dan l-addittiv tkun estiża għal baqar tal-ħalib. (5) L-istima ta' l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ssottomessa rigward l-użu ġdid ta' dan l-addittiv, turi li l-kondizzjonijiet li tipprovdi għalihom id-Direttiva70/524/KEE għal awtorizzazzjoni provviżorja huma ssodisfatti. (6) L-Awtorità Ewropea dwar Sigurezza fl-Ikel (Panel Xjentifiku dwar Addittivi u Prodotti jew Sustanzi Użati fl-Għalf ta' l-Annimali) tat opinjoni favorevoli fis-27 ta' Jannar 2004 dwar is-sigurezza ta' l-addittiv meta użat fil-kategorija ta' l-annimali baqar tal-ħalib, taħt il-kondizzjonijiet ta' użu miġjubin fl-anness ma' dan ir-Regolament. (7) L-użu ta' dan l-addittiv għal baqar tal-ħalib għandu għalhekk ikun awtorizzat b'mod provviżorju għal perjodu ta' erba' snin. (8) L-istima ta' l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu rekwiżiti biex ikunu protetti ħaddiema mill-esposizzjoni għall-addittiv miġjuba fl-Anness. Din il-protezzjoni għandha tkun assigurata permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex ikun inkoraġġut titjib fis-sigurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol [4]. (9) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 Il-preparazzjoni li tappartieni lill-grupp "Mikro-organiżmi" kif miġjuba fl-Anness hija awtorizzata b'mod provviżorju għal użu bħala addittiv f'nutrizzjoni ta' l-annimali taħt il-kondizzjoni preskritta f'dak l-Anness. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 270, ta' l-14.12.70, pġ. 1. [2] ĠU L 265, tat-03.10.02, pġ. 1. [3] ĠU L 164, tat-30.06.99, pġ. 56. [4] ĠU L 183, tad-29.06.89, pġ. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Nru. (jew Nru tal-KE.) | Addittiv | Formola kimika, deskrizzjoni | speċi jew kategorija ta' annimal | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Other Disposizzjonijiet oħra | Tmiem il-perjodu ta' l-awtorizzazzjoni | CFU/kg t'affarijiet ta'l-ikel kompleti | CFU/kg t'affarijiet ta'l-ikel kompleti | Micro-organisms 14 | Saccharomyces siae MUCL 39885 | Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae li jkun fihom minimu ta': Trab, forom sferiċi u ovali mrammlin: 1 × 109 CFU/g addittiv | Baqar tal-ħalib | — | 1,23 × 109 | 2,33 × 109 | Fid-direzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u pre-taħlita, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbiltà fuq il-pellets. Il-kwantità ta' Saccharomyces cerevisiae fir-razzjon ta' kuljum m'għandux jeċċedi t-8,4 × 109 CFU għal kull 100 kg piż tal-ġisem sa 600 kg. Fuq is-600 kg żid 0,9 × 109 CFU għal kull 100 kg addizzjonali ta' piż tal-ġisem. | tat- 3.5.2007 | --------------------------------------------------