32004R0863



Official Journal L 161 , 30/04/2004 P. 0044 - 0047


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 863/2004

tad-29 ta' April 2004

li jaddatta r-Regolament (KE) Nru 2327/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fil-kamp tat-trasport, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija. il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea 1, (minn issa 'l quddiem imsejjaħ it-"Trattat ta' l-Adeżjoni"), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea [1] (minn issa 'l quddiem imsejjaħ l-"Att ta' l-Adeżjoni") u b'mod partikulari l-Artikolu 57(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Rigward ċerti atti li jissoktaw validi lil hemm mill-1 ta' Mejju 2004 u li jeħtieġu l-addattament minħabba l-adeżjoni, l-addattamenti meħtieġa ma ġewx ipprovvduti fl-Att ta' l-Adeżjoni, imma huma meħtieġa aktar addattamenti. Dawn l-addattamenti kollha jeħtieġu li jiġu addottati qabel l-adeżjoni sabiex jidħlu fis-seħħ ma' l-adeżjoni.

(2) Skond l-Artikolu 57 [2] ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, dawn l-addattamenti jridu jiġu addottati mill-Kunsill fil-każijiet kollha meta l-Kunsill ikun addotta l-att oriġinali waħdu jew b'mod konġunt mal-Parlament Ewropew.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2327/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema ta' punti transitorji li tapplika għall-vetturi tqal tal-merkanzija li jivvjaġġaw minn ġo l-Awstrija għas-sena 2004 ġewwa l-qafas ta' politika ta' trasport sostenibbli [3] għandu għalhekk jiġi emendat,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 2327/2003, għandu jiżdied l-Anness li ġej:

"

L-Anness III

In-Numru tal-punti li jridu jiġu allokati lill-Istati Membri l-ġodda

In-Numru tal-punti li jridu jiġu allokati lill-Istati Membri l-ġodda |

L-Istat Membru | L-Allokazzjoni bażika għal 12-il xahar fis-sena 2004 | Pro rata għas-sena 2004 | 200 | 2006 |

Il-Repubblika Ċeka | 486874 | 324599 | 462531 | 439404 |

Ċipru | 3040 | 2027 | 2888 | 2744 |

L-Estonja | 16805 | 11204 | 15965 | 15167 |

Il-Lituwanja | 42037 | 28026 | 39935 | 37939 |

Il-Latvija | 21669 | 14447 | 20586 | 19556 |

L-Ungerija | 730208 | 486830 | 693698 | 659013 |

Malta | 14592 | 9728 | 13862 | 13169 |

Il-Polonja | 332479 | 221664 | 315855 | 300062 |

Is-Slovakja | 144248 | 96170 | 137036 | 130184 |

Is-Slovenja | 356448 | 237644 | 338626 | 321694 |

TOTAL EUR 10 | 2 148 400 | 1 432 338 | 2 040 980 | 1 938 931 |

"

[1] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 17.

[2] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 33.

[3] ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 30.

--------------------------------------------------