Official Journal L 161 , 30/04/2004 P. 0029 - 0034
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2004 tad-29 ta' April 2004 li jaddatta r-Regolament (KE) Nru 685/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fil-kamp tat-trasport, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat l-jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea (minn issa' l quddiem imsejja it-"Trattat ta' l-Adeżjoni" [1], u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija. ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubbika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea (minn issa' l quddiem imsejjaħ l-"Att ta' l-Adeżjoni" [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 57(1) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummisssjoni, Billi: (1) Rigward ċerti atti li jibqgħu validi lil hemm mill-1 ta' Mejju 2004 u jeħtieġu l-addattament minħabba l-Adeżjoni, l-adattamenti meħtieġa ma kenux ipprovvduti fl-Att ta' l-Adeżjoni, jew kienu pprovvduti, imma jeħtieġu aktar addattamenti Dawn l-addattamenti kollha jeħtieġu li jiġu addottati qabel l-adeżjoni għalbiex jidħlu fis-seħħ mill-adeżjoni. (2) Skond l-Artikolu 57(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, dawn l-addattamenti jridu jiġu addottati mill-Kunsill fil-każjiet kollha meta l-Kunsill ikun addotta l-att oriġinali biss jew b'mod konġunt mal-Parlament Ewropew. (3) Ir-Regolament (KE) Nru 685/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 li jirrigiwarda t-tqassim ta' l-awtorizazzjonjiet fost l-Istati Membri rċevuti permezz tal-Ftehimijiet li jistabbilixxu ċerti kondizzjonijiet rigward it-trasport tal-merkanzija bit-triq u l-promozzjoni tat-trasport magħqud bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta' l-Ungerija [3] għandu għalhekk jiġi emendat, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 685/2001 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1) it-titlu għandu jiġi mibdul bi: "Ir-Regolament (KE) Nru 685/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 li jirrigwarda t-tqassim ta' l-awtorizzazzjonijiet fost l-Istati Membri rċevuti permezz tal-Ftehimijiet li jistabbilixxu ċerti kondizzjonijiet għat-trasport tal-merkanzija bit-triq u l-promozzjoni tat-trasport magħqud bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija" ; 2) l-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għat-tqassim fost l-Istati Membri ta' l-awtorizzazzjonijiet disponibbli fil-Komunità skond l-Artikolu 6 tal-Ftehimijiet bejn il-Komnità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tar-Rumanija li jistabbilixxu ċerti kondizzjonijiet għat-trasport tal-merkanzija bit-triq u l-promozzjoni tat-trasport magħqud (minn issa' l quddiem imsejħa "il-Ftehimijiet";)."; 3) l-Anness għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: L-ANNESS L-Istat Membru | L-Awtorizzazzjonijiet għalbiex jintużaw fi: | Il-Bulgarija | Ir-Rumanija | Il-Belġju | 53 | 54 | Ir-Repubblika Ċeka | 50 | 50 | Id-Danimarka | 60 | 61 | Il-Ġermanja | 84 | 87 | L-Estonja | 63 | 66 | Il-Greċja | 10 468 | 11 457 | Spanja | 50 | 50 | Franza | 52 | 52 | L-Irlanda | 50 | 50 | L-Italja | 52 | 52 | Ċipru | 63 | 64 | Il-Latvija | 53 | 54 | Il-Lituwanja | 211 | 227 | Il-Lussemburgu | 50 | 50 | L-Ungerija | 324 | 359 | Malta | 57 | 55 | L-Olanda | 100 | 104 | L-Awstrija | 69 | 70 | Il-Polonja | 386 | 296 | Il-Portugall | 50 | 50 | Is-Slovenja | 64 | 87 | Ir-Repubblika Slovakka | 429 | 442 | Il-Finlandja | 52 | 52 | L-Isvezja | 57 | 57 | Ir-Renju Unit | 53 | 54 | It-Total | 13 000 | 14 000 | L-ANNESS" Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kunsill Il-President M. McDowell [1] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 17. [2] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 33. [3] ĠU L 108, tat-18.4.2001, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 893/2002 (ĠU L 142, tal-31.5.2002, p. 1). --------------------------------------------------