32004R0857



Official Journal L 161 , 30/04/2004 P. 0011 - 0013


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM), Nru 857/2994

tad-29 ta' April 2004

li jiffissa mill-1 ta' Mejju 2004 il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li japplikaw għall-ħlas ta' l-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fl-Istati Membri l-ġodda

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti dwar il-Personal ta' l-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, kif stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65, 65a u tar-Regolamenti dwar il-Personal u l-Anness XI ta' miegħu u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 20 u l-Artikolu 64 tal-Kondizzjonijiet tax-xogħol,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

L-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda fl-1 ta' Mejju 2004 tfisser illi l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li japplikaw għall-ħlas ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jiġu kkalkolati għal dawn l-Istati Membri skond l-Anness XI tar-Regolamenti dwar il-Personal,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Mejju 2004 il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li japplikaw għall-ħlas ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra li jservu f'wieħed mill-Istati jew fil-postijiet tax-xogħol elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Ċipru | 88,0 |

Ir-Repubblika Ċeka | 88,8 |

L-Estonja | 77,5 |

L-Ungerija | 81,9 |

Il-Latvija | 76,1 |

Il-Lituwanja | 77,6 |

Malta | 88,0 |

Il-Polonja | 72,4 |

Is-Slovenja | 84,9 |

Is-Slovakkja | 83,8 |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1.

[2] ĠU L 124, tas-27.4.2004, p. 1.

--------------------------------------------------