32004R0856



Official Journal L 161 , 30/04/2004 P. 0006 - 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM), Nru 856/2994

tad-29 ta' April 2004

li jiffissa mill-1 ta' Mejju 2004 il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li japplikaw għall-ħlas ta' l-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fl-Istati Membri l-ġodda

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti dwar il-Personal ta' l-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, kif stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65, 65a ut ar-Regolamenti dwar il-Personal u l-Anness XI ta' miegħu u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 20 u l-Artikolu 64 tal-Kondizzjonijiet tax-xogħol,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) L-applikazzjoni ta' l-Artkolu 20 ta' l-Anness XIII mar-Regolamenti dwar il-Personal teħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni għall-pensjonijiet imħallsa fl-Istati Membri.

(2) Dawn il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni jridu japplikaw b'mod immedjat għat-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 17 ta' l-Anness VII mar-Regolamenti rigward il-Personal.

(3) L-applikazzjoni ta' l-Artikolu 20 ta' l-Anness XIII mar-Regolamenti dwar il-Pesonal teħtieġ medja ppeżata komposta minn 20 % b'dawn il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni u minn 80 % bil-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li japplikaw għall-ħlas imħallas lill-uffiċjali fil-bliet kapitali ta' l-Istati Membri,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. B'effett mill-1 ta' Mejju 2004, skond l-Artikolu 17(3) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti dwar il-Personal, il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li japplikaw għat-trasferimenti mill-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra f'wieħed mill-Istati li ġejjin għandhom ikunu kif ġej:

id-Danimarka | 130,1 |

il-Ġermanja | 102,1 |

il-Greċja | 89,5 |

Spanja | 94,5 |

Franza | 106,3 |

l-Irlanda | 112,1 |

l-Italja | 103,5 |

l-Olanda | 103,8 |

l-Awstrija | 107,1 |

il-Portugall | 89,8 |

il-Finlandja | 115,0 |

l-Isvezja | 109,0 |

Ir-Renju Unit | 112,6 |

Ċipru | 94,8 |

Ir-Repubblika Ċeka | 69,3 |

L-Estonja | 65,9 |

L-Ungerija | 60,2 |

Il-Latvija | 59,3 |

Il-Lituwanja | 64,0 |

Malta | 82,1 |

Il-Polonja | 59,6 |

Is-Slovenja | 80,1 |

Is-Slovakkja | 66,4 |

2. B'effett mill-1 ta' Mejju 2004, il-koeffiċjentital-korrezzjoni li japplikaw skond l-Artikolu 20(2) ta' l-Anness XIII għar-Regolamentri dwar il-Personal għandhom ikunu kif ġej:

Id-Danimarka | 134,6 |

Il-Ġermanja | 101,8 |

Il-Greċja | 100,0 |

Spanja | 100,0 |

Franza | 116,5 |

L-Irlanda | 121,1 |

L-Italja | 106,2 |

L-Olanda | 112,8 |

L-Awstrija | 107,0 |

Il-Portugall | 100,0 |

Il-Finlandja | 119,5 |

L-Isvezja | 115,2 |

Ir-Renju Unit | 134,2 |

Ċipru | 100,0 |

Ir-Repubblika Ċeka | 100,0 |

L-Estonja | 100,0 |

L-Ungerija | 100,0 |

Il-Latvija | 100,0 |

Il-Lituwanja | 100,0 |

Malta | 100,0 |

Il-Polonja | 100,0 |

Is-Slovenja | 100,0 |

Is-Slovakja | 100,0. |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1.

[2] ĠU L 124, tas-27.4.2004, p. 1.

--------------------------------------------------