32004R0824



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0010 - 0011


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 824/2004

tas-26 ta' April 2004

li jemenda Regolament (KE) Nru 1784/2000 li jimponi taxxa definitiva kontra d-dumping u li tiġbor fiż-żgur it-taxxa proviżorja imposta fuq importazzjonijiet ta' ċertu tubi magħmula minn ħadid malleabbli jew fittings tal-pajp li joriġinaw fil-Brażil, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkunsultaw il-Kumitat ta' Konsulenza,

Billi:

A. PROĊEDURA PREĊEDENTI

(1) Fid-29 ta' Mejju 1999, permezz ta' avviż ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta' proċeduri kontra d-dumping [2] dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu tubi magħmula minn ħadid malleabbli jew fittings tal-pajp li joriġinaw fil-Brażil, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja (il-prodott konċernat).

(2) Din il-proċedura rriżultat f'taxxi proviżorji kontra d-dumping li ġew imposti fi Frar 2000 kontra il-Brażil, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja b'Regolament (KE) Nru 449/2000 [3] biex b'hekk telimina l-effetti ħżiena tad- dumping.

(3) Fl-istess Regolament, il-Kummissjoni aċċettat l-impriża offruta minn produttur għall-esportazzjoni fir-Repubblika Ċeka, Moravske Zelezárny a.s. (Moravske). Suġġetti għall-kondizzjonijiet kif stipulati f'Regolament (KE) Nru 449/2000, importazzjonijiet tal-prodott konċernat fil-Komunità u manifatturat minn din il-kumpanija kienu eżenti mill-imsemmija taxxi proviżorji kontra d-dumping, skond l-Artikolu 2(1) ta' l-istess Regolament.

(4) Taxxi definitivi kienu imposti iktar tard kontra il-Brażil, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja b'Regolament (KE) Nru 1784/2000 [4]. Suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fih, dak ir-Regolament ta ukoll lil Moravske eżenzjoni mit-taxxi definitivi kontra d-dumping minħabba li intrapriża kienet diġa ġiet aċċettata definitivament minn din il-kumpanija fl-istadju proviżorju tal-proċeduri.

B. NUQQAS LI TITĦARES DIN L-IMPRIŻA

(5) L-impriża offruta fil-każ preżenti tobliga lil kumpanija konċernata, inter alia, biex jesportaw il-prodott konċernat lil Komunità b'ċertu prezz ta' importazzjoni ta' livell minimu jew aktar għola (MIPs) speċifikati hemmhekk. Il-kumpanija tintrabat ukoll li ma tqarraqx bl-impriża billi tagħmel arranġamenti li jikkumpensaw ma kwalunkwe' persuna oħra u b'hekk twassal li l-prezz nett li jrid iħallas l-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità ikun inqas mill-MIPs.

(6) Waqt inspezjoni reċenti ta' verifikazzjoni fil-bini ta' Moravske sabiex tiġi verifikata l-eżatezza u l-veraċità ta' l-informazzjoni mogħtija f'dawn l-imsemmija rapporti ta' kull tliet xhur, instab li l-kumpanija kisret il-ftehim tagħha billi stabbilixit skema ta' kumpens li tħalli li ċertu prodotti tagħha li jaqgħu taħt l-impriża ikunu jistgħu jinbiegħu lill-Komunità bi prezzijiet inqas mill-MIPs. Barra dan, il-kumpanija naqset li tirraporta lill-Kummissjoni sbatax-il invoice fuq bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott suġġett ta' l-impriża.

(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2004 [5] jistabilixxi iktar fid-dettal in-natura ta' dan il-ksur ta' ftehim misjub.

(8) Minħabba dan il-ksur, l-aċċettazzjoni ta' l-impriża offruta minn Moravske (UT10, Kodiċi addizzjonali Taric A097) ġiet irtirata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2004 u taxxa definitiva kontra d-dumping għandha tiġi imposta mill-llum 'l quddiem fuq importazzjonijiet ta' prodotti konċernati manifatturati minn Moravske.

(9) Skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, ir-rata tat-taxxa kontra d-dumping għandha tiġi stabbilita fuq bażi ta' fatti stabbiliti fil-kuntest ta' l-investigazzjoni li waslet għall-impriża. Hekk kif l-investigazzjoni in kwestjoni ġiet magħluqa b'determinazzjoni finali fir-rigward ta' dumping u ħsara, b'Regolament (KE) Nru 1784/2000, inħass li jkun xieraq li r-rata definitiva kontra d-dumping issir ta' livell u fil-forma imposta minn dak ir-Regolament, bażikament 26,1 % tan-net, prezz, qabel it-taxxa.

Ċ. EMENDA TA' REGOLAMENT (KE) Nru 784/2000

(10) Minħabba dan ta' hawn fuq, Regolament (KE) Nru 1784/2000 għandu jiġi emendat b'dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2000 huwa b'hekk emendat kif ġej:

1. Fit-tabella fl-Artikolu 1(2) il-kodiċi addizzjonali TARIC "A999" għar-Repubblika Ċeka għandha tiġi mibdula minn "–".

2. It-tabella fl-Artikolu 2(3) għandha tiġi mibdula mat-tabella li ġejja:

"Pajjiż | Kumpanija | Kodiċi addizzjonali Taric |

Ir-Repubblika tal-Korea | Yeong Hwa Metal Co., Ltd 363-6, Namyang-dong, Chinhae Kyongman Korea | A093 |

It-Tajlandja | BIS Pipe Fitting Industry Co., Ltd 107 Moo 4, Petchkasem Road, Omnoi, Kratumban Samutsakorn 74130 It-Tajlandja | A094" |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta'wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu,fis-26 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU L 56, 06.03.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.03.2004, p. 12).

[2] ĠU C 151, 29.05.1999, p. 21.

[3] ĠU L 55, 29.02.2000, p. 3.

[4] ĠU L 208, tat-18.8.2000, p. 8. Ir-Regolament kif emendat b'Regolament (KE) Nru 436/2004 (ĠU L 72, tal-11.3.2004, p. 15.

[5] Ara paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------