32004R0775



Official Journal L 123 , 27/04/2004 P. 0027 - 0030


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 775/2004

tas-26 t'April 2004

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' kimiċi perikolużi

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-esportazzjoni u importazzjoni ta' kimiċi perikolużi, u partikolarment l-Artikolu 22 [1] tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel (proċedura KIQ) għal Ċertu Kimiċi Perikolużi u pestiċidi fil-Kummerċ Internazzjonali, iffirmata fil-11 ta' Settembru 1998 u approvata mill-Komunità permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE [2].

(2) L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 304/2003 jikkonsisti fi tliet partijiet, li fihom, il-lista ta' kimiċi soġġetti għal proċedura ta' notifikazzjoni t'esportazzjoni, il-lista ta' kimiċi li jikkwalifikaw għal notifikazzjoni KIQ u l-lista ta' kimiċi soġġetti għal proċedura KIQ skond il-Konvenzjoni ta' Rotterdam rispettivament.

(3) Fid-dawl tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/141/KE [3], 2004/248/KE [4], 2004/140/KE [5] and 2004/247/KE [6], meħuda skond il-parametri tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE: tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti fis-suq [7], li tipprojbixxi jew tirrestrinġi severament il-kimiċi amitraz, atrazine, fenthion u simazine rispettivament, dawn il-kimiċi għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta' kimiċI li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 ta' L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003.

(4) Il-kimiċi nonylphenol u nonylphenol ethoxylate huma ristretti severament għal użu industrijali bid-Direttiva 2003/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [8]. Barra dan, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2076/2002 ta' l-20 ta' Novembru 2002 li jestendi l-perjodu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE: u li huwa dwar l-esklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I ta' dik id-Direttiva u dwar l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-suistanzi [9], nonylphenol ethoxylate ġie eskluż mill-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE: u awtorizzazzjonijiet għal prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li fihom minnu kellhom jiġu irtirati sal-25 tal Lulju 2003. Għaldaqstant, iż-żewġ kimiċI għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta' kimiċi li tinsab fil-Partijiet 1 u 2 ta' l-Anness tar-Regolament.

(5) Fl-10 sessjoni tagħha -17 sal-21 ta' Novembru 2003, Il-Kumitat Negozjattiv Intergovernamentali (KNI) għall-Konvenzjoni iddeċidea li l-kimiċi DMOC u l-fibri ta' l-asbestos Għaldaqstant, dawn is-sustanzi għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta' kimiċi li tinsab f'Parti 3 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003 u l-lista eżistenti fil-Partijiet 1 u 2 għandha tiġi emendate.

(6) Fl-istess sessjoni, Il-KNI iddeċidea li formulazzjonijiet ta' trab li jitfarfar li fihom taħlit ta' benomyl ta' 7 fil-mija jew aktar, ta' 10 fil-mija jew aktar u thiram ta' 15 fil-mija jew aktar għandhom ukoll isiru soġġetti għal proċedura temporanja KIQ. Għaldaqstant, dawn il-formulazzjonijiet għandhom jiġu wkoll miżjuda mal-lista ta' kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 3 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003.

(7) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003 għaldaqstant għandu jiġi emendat.

(8) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE: [10].

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 304/2003 huwa emendat skond l-Anness ta'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-26 t'April 2004.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 63, tas-6.3.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1213/2003 (ĠU L 169, tat-8.7.2003, p. 27).

[2] ĠU L 63, 06.03.03, p. 27.

[3] ĠU L 46, 17.02.04, p. 35.

[4] ĠU L 78, 16.03.04, p. 53.

[5] ĠU L 46, 17.02.04, p. 32.

[6] ĠU L 78, 16.03.04, p. 50.

[7] ĠU L 230, 19.08.91, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KEE (ĠU L 77, 13.03.04, p. 50).

[8] ĠU L 178, 17.07.03, p. 24.

[9] ĠU L 319, 23.11.02, p. 3.

[10] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1. id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 304/2003 huwa emendat kif ġej:

1. L-ewwel parti hija emendata kif ġej:

(a) Dawn il-kimiċi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

"Kimiċi | Nru SAK | Nru Einecs | Kodiċi NM | Subkategorija (*) | Limitazzjoni ta' l-użu (**) | Pajjiżi li ma jeħtiġux notifikazzjoni |

Amitraz + | 33089-61-1 | 251-375-4 | 29252000 | p(1) | sr | |

Atrazine + | 1912-24-9 | 217-617-8 | 29336910 | p(1) | sr | |

Fenthion + | 55-38-9 | 200-231-9 | 29309070 | p(1) | sr | |

Simazine + | 122-34-9 | 204-535-2 | 29336910 | p(1) | sr | |

Nonylphenol + C6H4(OH)C9H19 | 25154-52-3 | 246-672-0 | 29071300 | i(1) | sr | |

Nonylphenol ethoxylate + (C2H4O)nC15H24O | | | | i(1) p(1) | sr b | |

Formulazzjonijiet ta’ trab li jitfarfar li jkun fihom taħlit ta’: | | | | | | Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkolari tal-KIQ f'www.pic.int/ |

benomyl ta’ 7 % jew aktar | 17804-35-2 | 241-775-7 | 29339080 | | |

carbofuran ta’ 10 % jew aktar | 1563-66-2 | 216-353-0 | 29329090 | | |

u thiram ta’15 % jew aktar # | 137-26-8 | 205-286-2 | 29303000" | | |

(b) id-daħla dwar il-fibri ta’ l-asbestos huwa sostitwit b’dawn li ġejjin:

"Fibri ta’ l-asbestos: | | 310-127-6 | | | | Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkolari tal-KIQ f’ www.pic.int/ |

Crocidolite # | 12001-28-4 | 252400 | i | b |

Amosite # | 12172-73-5 | 252400 | i | b |

Antophyllite # | 77536-67-5 | 252400 | i | b |

Actinolite # | 77536-66-4 | 252400 | i | b |

Tremolite # | 77536-68-6 | 252400 | i | b |

Chrysotile + | 12001-29-5 or 132207-32-0 | 252400 | i | b" |

(c) dak li kien hemm dawr DNOC huwa sostitwit b’dawn li ġejjin:

"DNOC # | 534-52-1 | 208-601-1 | 29089000 | p(1) | b | Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkolari tal-KIQ f’ www.pic.int/" |

2. Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a) dawn il-kimiċi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

"kimiċi | SAK No | Einecs No | Kodiċi NM | Category (*) | Use limitation (*) |

Amitraz | 33089-61-1 | 251-375-4 | 29252000 | p | sr |

Atrazine | 1912-24-9 | 217-617-8 | 29336910 | p | sr |

Fenthion | 55-38-9 | 200-231-9 | 29309070 | p | sr |

Simazine | 122-34-9 | 204-535-2 | 29336910 | p | sr |

Nonylphenol C6H4(OH)C9H19 | 25154-52-3 | 246-672-0 | 29071300 | i | sr |

Nonylphenol ethoxylate (C2H4O)nC15H24O | | | | i p | sr b" |

(b) dan li ġej għandu jiġi mħassar:

"Kimiċi | SAK No | Einecs No | Kodiċi NM | Kategorija (*) | Limitazzjoni ta’ l-użu (**) |

DNOC | 534-52-1 | 208-601-1 | 29089000 | p | b" |

(c) id-daħla dwar il-fibri ta' l-asbestos huwa sostitwit b'dawn li ġejjin:

"Fibri ta' l-asbestos:

Chrysotile | 12001-29-5 or132207-32-0 | | 252400 | i | b" |

3. Parti 3 hija emendata kif ġej:

(a) dawn il-daħliet li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

"Kimiċi | Numri SAK rilevanti | Kategorija |

Fibri ta’ l-asbestos:

Actinolite | 77536-66-4 | Industrijali |

Anthophyllite | 77536-67-5 | Industrijali |

Amosite | 12172-73-5 | Industrijali |

Crocidolite | 12001-28-4 | Industrijali |

Tremolite | 77536-68-6 | Industrijali |

DNOC u l-imluħa tiegħu (bħal melħ ta’ l-ammonju, melħ tal-potassju u melħ tas-sodju) | 534-52-1, 2980-64-5, 5787-96-2, 2312-76-7 | Pestiċida |

Formulazzjonijiet ta’ trab li jitfarfar li jkunu jinsabu f’taħlit ta’: | | Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluż ħafna |

benomyl ta’ 7 % jew aktar, | 17804-35-2 |

carbofuran ta’10 % jew aktar | 1563-66-2 |

and thiramt ta’ 15 % jew aktar | 137-26-8" |

(b) Dan li ġej għandu jiġi mħassar:

"Crocidolite | 12001-28-4 | Industrijali" |

--------------------------------------------------