32004R0753



Official Journal L 118 , 23/04/2004 P. 0023 - 0031


Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 753/2004

tat-22 ta' April 2004

li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1608/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tirrigwarda l-produzzjoni u l-iżvilupp ta' l-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1) Hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri biex jiġu implimentati azzjonijiet ta' statistika individwali kif stabbilit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE; jinħtieġu dawn l-azzjonijiet sabiex jistabbilixxu l-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza, t-teknoloġija u l-innovazzjoni.

(2) Il-programm ta' statistika Komunitarju jikkostitwixxi l-qafas għall-produzzjoni ta' l-istatistika Komunitarja kollha, u d-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-programm ta' statistika Komunitarju għas-snin mill-2003 sa l-2007 [2] stabbiliet b'mod speċifiku il-programm tax-xogħol għall-produzzjoni u t-titjib ta' l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija għall-perjodu taż-żmien mis-sena 2003 sas-sena 1007.

(3) Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza ta' l-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija ma' standards oħra internazzjonali, li tinvolvi li jitqies ix-xogħol imwettaq mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (l-OECD) u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

(4) Fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE, għandu jingħata każ tal-qafas ipprovvdut bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja [3] meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet li jkopru l-aċċess għas-sorsi amministrattivi u l-kunfidenzalità ta' l-istatistika.

(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinoni tal-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-miżuri sabiex tiġi implimentata d-Deċiżjoni Nru 16008/200/KE rigward l-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija għandhom ikunu kif stipulati f'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Dan ir-Regolament għandu jkopri d-dominji li ġejjin:

(a) l-istatistika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp;

(b) l-istatistika dwar l-approprjazzjonijiet ta' l-estimi finanzjarji tal-gvern jew dwar il-ħruġ tal-flus fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (il-GBAORD);

(ċ) l-istatistika dwar ir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija, inklużi statistika dwar is-sessi u l-mobbiltà (HRST), l-istatistika dwar il-privattivi, l-istatistika dwar l-industriji ta' teknoloġija għolja u s-servizzi msejsa fuq il-għerf u statistika oħra dwar ix-xjenza u t-teknoloġija.

Rigward id-dominji memmija fil-punti (a) u (b), il-listi tal-varjanti ta' l-istatistika, l-attivitjiet u s-setturi koperti, t-tqassim wieħed wieħed tar-riżultati, l-frekwenza, ż-żminijiet perentorji għat-trasmissjoni ta' data, l-istudji pilota sabiex jiġu żviluppati, fost ħwejjeġ oħra, varjanti ġodda u l-attivitajiet partikolari li għandhom jitwettqu u l-perjodu transitorju taż-żmien għandhom ikunu kif speċifikati fit-taqsimiet 1 u 2 ta' l-Anness.

Rigward id-dominji msemmija fil-punt (ċ), id-data meħtieġa għandha tinkiseb fil-biċċa l-kbira mis-sorsi ta' statistika eżistenti jew minn sorsi oħra ta' l-informazzoni, skond taqsima 3 ta' l-Anness.

2. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet fir-rapporti preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1608/200/KE, il-listi tal-varjanti ta' l-istatistika, l-attivitajiet u s-setturi koperti, t-tqassim wieħed wieħed tar-riżultati, l-frekwenza, ż-żminijiet perentorji għat-trasmissjoni tad-data, l-lista ta' l-istudji pilota u karatteristiċi oħra stabbiliti fl-Anness ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu rivisti, meta xieraq, f'intervalli regolari taż-żmien skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jiksbu d-data meħtieġa bl-użu ta' kombinazzjoni ta' sorsi differenti bħalma huma stħarriġ tat-teħid tal-kampjuni, s-sorsi ta' data amministrattiva u sorsi oħrajn ta' data. F'termini tal-proċeduri tal-kwalità jew ta' l-estimi ta' l-istatistika, s-sorsi l-oħra ta' data għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għall-istħarriġ tat-teħid tal-kampjuni jew is-sorsi ta' data amministrattiva.

Artikolu 4

Id-dominji ta' l-istatistika elenkati fl-Anness għandhom ikunu msejsa fuq il-kunċetti u d-definizzjonijiet armonizzati, li jinsabu fl-iktar verżjonijiet reċenti tal-Manwal ta' Frascati, il-Manwal ta' Canberra u standards oħra armonizzati.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-kunċetti u definizzjonijiet għall-istatistika li għandha tiġi kumpilata.

Ir-rapporti preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1068/2000/KE għandhom jagħmlu riferiment għall-kunċetti u d-definizzjonijiet u kif jiġu applikati.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu l-varjanti elenkati fit-taqsimiet 1 u 2 ta' l-Anness lill-Kummissjoni (l-Eurostat), billi jużaw format standard tat-trasmissjoni li għandu jiġi stabbilit mill-Kummisjoni (l-Eurostat) f'koperazzjoni magħhom.

Artikolu 6

Il-valutazzjoni tal-kwalità għandha titwettaq mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni (l-Eurostat).

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (l-Eurostat), fuq talba tagħha, t-tagħrif meħtieġ għall-valutazzjoni tal-kwalità ta' l-istatistika stabbilita fl-Anness li tinħtieġ sabiex jitwettqu l-ħtiġiet tar-rappurtaġġ stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE.

Artikolu 7

Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tas-16.9.2003, p. 1.

[2] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 1.

[3] ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

STATISTIKA DWAR IX-XJENZA U T-TEKNOLOĠIJA

Taqsima 1 Statistika dwar Riċerka u l-Zvilupp

1. Il-lista ta' l-istatistika (inkluż it-tqassim tagħhom waħda waħda) li għandha tiġi kumpilata hija dikjarata hawn taħt.

Kodiċi | | Is-Setturi kollha | Skond is-Settur tat-twettiq tax-xogħol |

Is-Settur ta' l-intrapriżi kummerċjali | Is-Settur ta' l-Edukazzjoni ogħla | Is-Settur Governattiv | Is-Settur privat ta' mingħajr qligħ | Kummenti |

1.11 | Numri tal-personal tar-R & Ż b'għadd tar-rjus (HC) |

| Mingħajr tqassim wieħed wieħed | 1.11.0.0 | 1.11.0.1 | 1.11.0.2 | 1.11.0.3 | 1.11.0.4 | |

| Skond ix-xogħol u s-sess | 1.11.1.0 | 1.11.1.1 | 1.11.1.2 | 1.11.1.3 | 1.11.1.4 | Alternattivament jista' jiġi mogħti t-tqassim wieħed wieħed skond il-kwalifiki u s-sess |

| Skond ix-xogħol u s-sess | 1.11.2.0 | 1.11.2.1 | 1.11.2.2 | 1.11.2.3 | 1.11.2.4 | Alternattivament jista' jiġi mogħti t-tqassim wieħed wieħed skond il-kwalifiki u s-sess |

| Skond l-attività ekonomika (NACE) | | 1.11.3.1 | | | | |

| Skond il-kamp maġġuri tax-xjenza u s-sess | | | 1.11.4.2 | 1.11.4.3 | | Erba' kull sena |

| Skond ir-reġjun (NUTS 2), | 1.11.5.0 | 1.11.5.1 | 1.11.5.2 | 1.11.5.3 | 1.11.5.4 | |

| Skond ir-reġjun (NUTS 2), u s-sess | 1.11.6.0 | 1.11.6.1 | 1.11.6.2 | 1.11.6.3 | 1.11.6.4 | (mhux obbligatorju) |

| Skond l-attività ekonomika (NACE) u s-sess | | 1.11.7.1 | | | | Erba' kull sena |

1.12 | Numru tar-riċerkaturi b'għadd tar-rjus (HC) |

| Mingħajr tqassim wieħed wieħed | 1.12.0.0 | 1.12.0.1 | 1.12.0.2 | 1.12.0.3 | 1.12.0.4 | |

| Skond is-sess | 1.12.1.0 | 1.12.1.1 | 1.12.1.2 | 1.12.1.3 | 1.12.1.4 | |

| Skond ix-xogħol u s-sess | 1.12.2.0 | 1.12.2.1 | 1.12.2.2 | 1.12.2.3 | 1.12.2.4 | (mhux obbligatorju) |

| Skond l-attività ekonomika (NACE) u s-sess | | 1.12.3.1 | | | | Erba' kull sena |

| Skond il-kamp maġġuri tax-xjenza u s-sess | | | 1.12.4.2 | 1.12.4.3 | | Erba' kull sena |

| Skond- reġjun (NUTS 2), | 1.12.5.0 | 1.12.5.1 | 1.12.5.2 | 1.12.5.3 | 1.12.5.4 | |

| Skond- reġjun (NUTS 2), u s-sess | 1.12.6.0 | 1.12.6.1 | 1.12.6.2 | 1.12.6.3 | 1.12.6.4 | (mhux obbligatorju) |

| Skond il-gruppi ta' l-età u s-sess | | | 1.12.7.2 | 1.12.7.3 | | (mhux obbligatorju) |

| Skond iċ-ċittadinanza u s-sess | | | 1.12.8.2 | 1.12.8.3 | | (mhux obbligatorju) |

1.13 | Numri tal-personal tar-R & Ż fl-ekwivalenti ta' xogħol full-time (FTE) |

| Mingħajr tqassim wieħed wieħed | 1.13.0.0 | 1.13.0.1 | 1.13.0.2 | 1.13.0.3 | 1.13.0.4 | Kull sena |

| Skond ix-xogħol | 1.13.1.0 | 1.13.1.1 | 1.13.1.2 | 1.13.1.3 | 1.13.1.4 | Alternattivament jista' jiġi mogħti t-tqassim wieħed wieħed skond il-kwalifiki |

| Skond il-kwalifiki | 1.13.2.0 | 1.13.2.1 | 1.13.2.2 | 1.13.2.3 | 1.13.2.4 | Alternattivament jista' jiġi mogħti t-tqassim wieħed wieħed skond ix-xogħol |

| Skond l-attività ekonomika (NACE) | | 1.13.3.1 | | | | |

| Skond il-kamp maġġuri tax-xjenza u s-sess | | | 1.13.4.2 | 1.13.4.3 | | Mhux obbligatorji |

| Skond ir-reġjun (NUTS 2), | 1.13.5.0 | 1.13.5.1 | 1.13.5.2 | 1.13.5.3 | 1.13.5.4 | |

| Skond id-daqs tal-klassi | | 1.13.6.1 | | | | Bil-għażla għall-klassijiet tad-daqs 0 u minn wieħed sa disa' impjegati |

1.14 | Numri tar-riċerkaturi fl-ekwivalenti ta' xogħol full-time (FTE) |

| Mingħajr tqassim wieħed wieħed | 1.14.0.0 | 1.14.0.1 | 1.14.0.2 | 1.14.0.3 | 1.14.0.4 | Kull sena |

| Skond is-sess | 1.14.1.0 | 1.14.1.1 | 1.14.1.2 | 1.14.1.3 | 1.14.1.4 | Mhux obbligatorji |

| Skond il-kwalifiki | 1.14.2.0 | 1.14.2.1 | 1.14.2.2 | 1.14.2.3 | 1.14.2.4 | Mhux obbligatorji |

| Skond l-attività ekonomika (NACE) | | 1.14.3.1 | | | | |

| Skond il-kamp maġġuri tax-xjenza u s-sess | | | 1.14.4.2 | 1.14.4.3 | | Mhux obbligatorji |

| Skond- reġjun (NUTS 2), | 1.14.5.0 | 1.14.5.1 | 1.14.5.2 | 1.14.5.3 | 1.14.5.4 | |

| Skond- reġjun (NUTS 2), u s-sess | 1.14.6.0 | 1.14.6.1 | 1.14.6.2 | 1.14.6.3 | 1.14.6.4 | Mhux obbligatorji |

| Skond id-daqs tal-klassi | | 1.14.7.1 | | | | Bil-għażla għall-klassijiet tad-daqs 0 u minn wieħed sa disa' impjegati |

1.20 | Nefqa tar-R & Ż intramurali |

| Mingħajr tqassim wieħed wieħed | 1.20.0.0 | 1.20.0.1 | 1.20.0.2 | 1.20.0.3 | 1.20.0.4 | Kull sena |

| Skond is-sors tal-fondi | 1.20.1.0 | 1.20.1.1 | 1.20.1.2 | 1.20.1.3 | 1.20.1.4 | |

| Miċ-ċivil/il-militar | 1.20.2.0 | | | | | Mhux obbligatorji |

| Skond it-tip ta' R & Ż | 1.20.3.0 | 1.20.3.1 | 1.20.3.2 | 1.20.3.3 | 1.20.3.4 | Mhux obbligatorji |

| Skond it-tip ta' l-ispejjeż | 1.20.4.0 | 1.20.4.1 | 1.20.4.2 | 1.20.4.3 | 1.20.4.4 | |

| Skond l-attività ekonomika (NACE) | | 1.20.5.1 | | | | |

| Skond id-daqs tal-klassi | | 1.20.6.1 | | | | Bil-għażla għall-klassijiet tad-daqs 0 u minn wieħed sa disa' impjegati |

| Skond is-sors tal-fondi u d-daqs tal-klassi | | 1.20.7.1 | | | | |

| Skond il-kamp maġġuri tax-xjenza | | | 1.20.8.2 | 1.20.8.3 | | Mhux obbligatorji |

| Skond il-għan soċjo-ekonomiku (SEO) | | | | 1.20.9.3 | | Mhux obbligatorji |

| Skond ir-reġjun (NUTS 2) | 1.20.10.0 | 1.20.10.1 | 1.20.10.2 | 1.20.10.3 | 1.20.10.4 | |

2. Il-varjanti għandhom jiġu rrapputati kull tieni sena, għajr dawk meta tiġi dikjarata frekwenza differenti (kull sena jew erbgħa kull sena) fit-tabelli tal-paragrafu 1.

3. L-ewwel sena ta' referenza li għaliha għandha tiġi kumpilata l-istatistika elenkata fil-paragrafu 1 hija s-sena kalendarja 2003.

Safejn u sakemm is-sistemi ta' statistika nazzjonali jeħtieġu addattament maġġuri, l-Kummisjoni tista' tikkonċedi deroga lill-Istati Membri rigward l-istatistika kumpilata għall-ewwel sena ta' referenza. F'każijiet eċċezzjonali ħafna, il-perjodu taż-żmien ta' din id-deroga jista' jiġi mtawwal għat-tqassim wieħed wieħed reġjonali tal-varjanti 1.11, 1.12, 1.13, 1.14 u 1.20.

4. Ir-riżultati għandhom jiġu trasmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu taż-żmien ta' referenza. B'żieda ma' dan, ir-riżultati preliminarji għall-varjanti bi frekwenza annwali għandhom jiġu trasmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu taż-żmien ta' referenza.

5. Il-produzzjoni tar-riżultati

5.1. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond ix-xogħol i għandhom jitqassmu wieħed wieħed fi "riċerkaturi", "personal tekniku/ekwivalenti" u "personal ieħor ta' sostenn".

5.2. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond il-kwalifiki għandhom jitqassmu wieħed wieħed fi "pussessuri tal-PhD (ISCED 6)", "gradi Universitarji oħra u diplomi terzjarji oħra (ISCED 5 u 5B)", u "kwalifiki oħra".

5.3. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond il-kamp maġġuri tax-xjenza għandhom jitqassmu wieħed wieħed fi "ix-xjenxi naturali", "l-inġinerija u t-teknoloġija", "x-xjenzi mediċi", "x-xjenzi agrikoli", "x-xjenzi soċjali" u "l-umanitajiet".

5.4. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond il-klassi tad-daqs i għandhom jitqassmu wieħed wieħed fil-klassijiet tad-daqsijiet li ġejjin: "0 impjegati", "minn wieħed sa disa' impjegati", "minn 10 sa 49 impjegat", "minn 50 sa 249 impjegat", "minn 250 sa 499 impjegat", "500 impjegat u fuqhom".

5.5. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond is-sors tal-fondi għandhom jitqassmu wieħed wieħed "fis-settur ta' l-intrapriżi kummerċjali", "s-settur privat ta' mingħajr qligħ", "is-settur ta' l-edukazzjoni ogħla" u "barra mill-pajjiż".

5.6. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond it-tip ta' R & Ż għandhom jitqassmu wieħed wieħed "fir-riċerka bażika", "r-riċerka applikata" u "l-iżvilupp sperimentali".

5.7. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond it-tip ta' l-ispejjeż għandhom jitqassmu wieħed ieħed "fl-ispejjeż korrenti (spejjeż tax-xogħol u spejjeż oħra)" u "n-nefqa kapitali".

5.8. Ir-riżultati ta' l-istatitiċi skond il-għan soċjo-ekonomiku (SEO) għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond in-nomenklatura għall-analiżi u l-paragun tal-programmi xjentifiċi u l-estimi finanzjarji (in-NABS) fil-livell tal-kapitolu.

5.9. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond il-gruppi ta' l-età għandhom jitqassmu waħda waħda fil-klassijiet ta' l-etajiet li ġejjin: "sa 25 sena", "minn 25 sa 34 sena", "minn 35 sa 44 sena", "minn 45 sa 54 sena", "minn 55 sa 64 sena", "65 sena u fuqhom".

5.10. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond iċ-ċittadinanza għandhom jitqassmu waħda waħda fil-kategoriji li ġejjin: "ċittadinanza nazzjonali", "ċittadinanza ta' l-Istati Membri l-oħra ta' l-UE", "ċittadinanza ta' pajjiżi oħra Ewropej", "ċittadinanza ta' l-Amerika ta' Fuq", "ċittadinanza ta' l-Amerika Ċentrali u tan-Nofsinhar"; "ċittadinanza ta' l-Asja", "ċittadinanza ta' l-Afrika", "ċittadinanza oħra".

5.11. Ir-riżultati ta' l-istatistika skond l-attività ekonomika (in-NACE Rev. 1.1) għandhom jitqassmu wieħed wieħed fid-diviżjonijiet, il-gruppi il-klassijiet, l-aggregati tan-NACE Rev. 1,1 li ġejjin (kif elenkati fil-manwal ta' Frascati):

"17", "18", "19", "20 + 21 + 22", "20", "21", "22", "23 + 24 + 25", "23", "23 mingħajr it-23.2", "23.2", "24", "24 mingħajr l-24.4", "24.4", "25", "26", "27", "minn 27.1 sa 27.3 + 27.51 + 27.52", "27.4 + 27.53 + 27.54", "minn 28 sa 35", "28", "29", "29.11", "29.3 + 29.4 + 29.5 + 29.6", "29.4", "29.6", "30", "31", "31.1", "31.2", "31.3", "31.4", "31.5", "31.6", "32", "32.1", "32.2", "32.3", "33", "33,1", "33.2", "33.3", "33.4", "33.5", "34", "35", "35.1", "35.2", "35.3", "35.4 + 35.5", "36", "36.1", "minn 36.2 sa 36.5", "37", "40, 41", "45", "minn 50 sa 99", "50, 51, 52", "55", "60, 61, 62, 63, 64", "64.2", "minn 60 sa 64 mingħajr il-64.2", "65, 66, 67", "70, 71, 72, 73, 74", "72", "72.2", "73", "74", "74.2 + 74.3", "minn 75 a 99", "minn 01 sa 99".

6. Il-kunċetti u d-definizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-istatistika definiti f'din it-taqsima huma stabbiliti fil-manwal ta' Frascati.

7. Fuq bażi volontarja, għandhom jitwettqu studji pilota mill-Kummissjoni u/jew mill-Istati Membri, b'mod partikolari fit-temi li ġejjin:

(a) iktar tqassim wieħed wieħed tar-riċerkaturi f'għadd tar-rjus fis-settur ta' l-intrapriżi kummerċjali;

(b) in-numru ta' benfiċċji li jsiru minn proċess ikbar jew l-indikaturi simili tar-riżultati ġenerati mir-riċerkaturi fis-settur ta' l-edukazzjoni ogħla;

(ċ) iktar tqasim wieħed wieħed tal-kategorija "sors ta' fondi barra mill-pajjiż" (elenkati taħt il-paragrafu 5.5) fi "intrapriża barranija tal-kummerċ", "gvernijiet nazzjonali oħra", "organizzazzjonijiet privati ta' mingħajr qligħ", "l-edukazzjoni ogħla", "l-Kummisjoni Ewropea", "l-organizzazzjonijiet internazzjonali", oħrajn;

(d) l-indikaturi dwar il-globalizzazzjoni tar-R & Ż.

Taqsima 2 Statistika dwar l-approprjazzjonijiet ta' l-estimi finanzjarji tal-gvern jew dwar il-ħruġ tal-flus fir-rigward ta' riċerka u żvilupp (il-GBAORD)

1. Għandha tiġi kumpilata l-istatistika li ġejja:

Kodiċi | Titolu |

21.0 | L-approprjazzjonijiet tal-gvern għar-R & Ż fl-estimi finanzjarji proviżorji (kif approvati mill-Parlament fil-bidu tas-sena ta' l-estimi finanzjarji) |

21.1 | L-approprjazzjonijiet tal-gvern għar-R & Ż fl-estimi finanzjarji finali (l-estimi finanzjarji riveduti approvati matul is-sena ta' l-estimi finanzjarji) |

2. Il-varjanti kollha għandhom jiġu rappurtati kull sena.

3. L-ewwel sena ta' referenza li għaliha għandha tiġi kumpilata l-istatistika hija s-sena kalendarja 2004. Safejn u sakemm is-sistemi ta' statistika nazzjonali jeħtieġu addattamenti maġġuri, l-Kummisjoni tista' tikkonċedi derogi lill-Istati Membri rigward l-istatistika kumpilata għall-ewwel sena ta' referenza.

4. Ir-riżultati għandhom jiġu trasmessi fi żmien sitt xhur mill-aħħar tas-sena kalendarja tal-perjodu taż-żmien ta' referenza għall-varjanti 21.0 (inkluż it-tqassim kollu wieħed wieħed) u fi żmien 12-il xahar għall-varjanti 21.1 (inkluż it-tqassim kollu wieħed wieħed). It-trasmissjoni tar-riżultati għall-varjanti 21.1 skond in-nomenklatura għall-analiżi u l-paragun tal-programmi u l-estimi finanzjarji xjentifiċi (in-NABS) fil-livell tas-sub-kapitolu, mhix obbligatorja.

5. Produzzjoni tar-riżultati

5.1. Ir-riżultati ta' l-istatistika kumpilati għall-varjanti 21.0 u 21.1 għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond in-nomenklatura għall-analiżi u l-paragun tal-programmi xjentifiċi u l-estimi finanzjarji (in-NABS) fil-livell tal-kapitolu.

5.2. Ir-riżultati ta' l-istastitiċi kumpilati għall-varjanti 21.0 u 21.1 għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond in-nomenklatura għall-analiżi u l-paragun tal-programmi xjentifiċi u l-estimi finanzjarji (in-NABS) fil-livell tal-sub-kapitolu.

6. Il-kunċetti u d-definizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-istatistika definiti f'din it-taqsima huma stabbiliti fil-manwal ta' Frascati.

Taqsima 3 Statistika oħra dwar ix-xjenza u t-teknoloġija

Ix-xogħol li għandu x'jaqsam maż-żoni l-oħra ta' l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija għandhom jirreferu b'mod partikolari għad-dominji li ġejjin:

(a) l-istatistika dwar ir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija (inklużi l-istatistika dwar is-sessi u l-mobbiltà) (HRST): l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-qafas komprensiv ta' l-istatistika dwar il-HIRST b'mod prinċipali bl-isfruttament aħjar tas-sorsi ta' data nazzjonali u internazzjonali eżistenti (ġewwa s-sistema ta' statistika Ewropea wkoll). Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-aspetti tas-sessi;

(b) l-istatistika dwar il-privattivi: l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' qafas komprensiv għall-istatistika dwar il-privattivi billi jiġu prodotti b'mod regolari statistika u indikaturi nazzjonali u internazzjonali dwar il-privattivi imsejsa fuq it-tagħrif disponibbli fl-ufiċċji nazzjonali u internazzjonali tal-privattivi;

(ċ) l-istatistika dwar l-industriji ta' teknoloġija għolja u dwar is-servizzi msejsa fuq il-għerf: L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-qafas komprensiv ta' l-istatistiċi dwar l-industriji tat-teknoloġija għolja u dwar is-servizzi msejsa fuq il-għerf, prinċipalment bl-isfruttament aħjar tas-sorsi ta' data nazzjonali u internazzjonali eżistenti (ġewwa s-sistema ta' statistika Ewropea wkoll). Dan ix-xogħol jikkomprendi wkoll l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' l-attivitajiet u tal-prodotti, l-kejl tat-twettiq tax-xogħol ekonomiku ta' dawn l-attivitajiet u l-kontribut tagħhom għat-twettiq tax-xogħol ta' l-ekonomiji kollha;

(d) statistika oħra dwar ix-xjenza u t-teknoloġija: Ix-xogħol addizzjonali ta' l-iżvilupp u l-implimentazzjoni huwa relatat, fost ħwejjeġ oħra, ma l-Istatistika dwar il-bijoteknoloġija, n-nanoteknoloġija, l-bilanċ teknoloġiku tal-pagamenti, iktar tqassim wieħed wieħed ta' l-istatistika eżistenti rigward il-klassijiet tad-daqs u żoni oħra.

Rigward id-dominji elenkati f'din it-taqsima, id-data meħtieġa għandha tinkiseb fil-biċċa l-kbira permezz tas-sorsi ta' statistilka eżistenti jew sorsi oħra ta' data (p.e., fiż-żona ta' l-istatistika soċjali jew ekonomiċi).

--------------------------------------------------