Official Journal L 122 , 26/04/2004 P. 0010 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2004 tat-22 ta' April 2004 li jadatta ċerti regolamenti li jikkonċernaw il-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu dwarhom fuq il-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel minħabba l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, tal-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja fl-Unjoni Ewropea. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat it-Trattat of Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Poland, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Poland, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 57(2) tiegħu, Billi: (1) Ċerti emendi tekniċi huma meħtieġa għal diversi Regolamenti tal-Kummissjoni regolamenti li jikkonċernaw il-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu dwarhom fuq il-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli sabiex jitwettqu l-adattazzjonijiet meħtieġa minħabba l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, tal-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (minn hawn il-quddiem referuti bħala l-Istati Membri ġodda) fl-Unjoni Ewropea. (2) L-Anness V, il-Parti B, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjoni li jirreferu dwarhom fuq il-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel [1] jistabbilixxi il-mudelli tal-logo tal-Komunità kif ukoll l-indikazzjonijiet li għandhom ikunu miżjuda ma dak il-logo. L-Anness V, il-Parti B.2 u B.3, għandhom ikunu kompluti sabiex jinkludu il-verżjonijiet tal-lingwi tal-Istati Membri ġodda. (3) L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 94/92 ta' l-14 ta' Jannar 1992 li jistabbixxi regoli dettaljati li jimplimentaw l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet referuti għalihom dwar il-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel [2] jistabbilixxi il-lista tal-pajjiżi terzi referuti fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Ir-referenzi f'dak l-Anness għar-Repubblika Ċeka u l-Ungerija għandhom ikunu mħassra. (4) Skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1788/2001 tas-7 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċertifikat għall-ispezzjoni dwar l-importazzjoni minn pajjiżi terzi permezz ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet [3], l-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta' April 2002, jinformaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bil-miżuri li huma jkunu ħadu għall-iskop ta' l-implementazzjoni tas-sistema ta' ċertifikati, partikolarment f'dak li jikkonċerna lill-awtoritajiet kompetenti. Dik id-data għandha tkun adottata fir-rigward tal-Istati Membri ġodda, billi tkun meqjusa l-ħtieġa sabiex tkun assigurata li l-informazzjoni li tikkonċerna lill-korpi kompetenti fl-Istati Membri ġodda tkun disponibbli matul il-Komunità kollha fid-data ta' l-adeżjoni. (5) Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2002 tal-15 ta' Marzu 2002 li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu dwarhom fuq il-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel, u jistabbilixxi regoli dettaljati rigward it-trasmissjoni ta' l-informazzjoni dwar l-użu tat-taħlitiet tar-ramm [4], l-Istati Membri li japplikaw id-deroga li hemm provvediment dwarha għal-livelli massimi tat-taħlitiet tar-ramm għandhom, qabel it-30 ta' Ġunju 2002, jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-miżuri meħuda għall-implementazzjoni tad-deroga u għandhom, qabel il-31 ta' Diċembru 2004, jipprovdu rapport dwar l-implementazzjoni tar-riżultati ta' dawn il-miżuri. Huwa meħtieġ li jkunu adotatti dawn id-dati fir-rigward tal-Istati Membri ġodda, sabiex ikollhom żmien suffiċċjenti li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa. (6) L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 223/2003 tal-5 ta' Frar 2003 dwar il-ħtiġiet tal-ittikkettjar relatati mal-metodi tal-produzzjoni organika għall-għalf, komponenti ta' l-għalf u materjali tal-ġwież u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 [5] li jistabbilixxi il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom trade marks li juru l-indikazzjoni li tirreferi għall-metodu tal-produzzjoni organika jistgħu jibqgħu jintużaw matul perijodu transitorju fl-ittikkettjar u r-reklamar tal-prodotti tal-ġwież li ma jkunux konformi ma dak ir-Regolament. B'konformità ma dawn il-kondizzjonijiet, ir-reġistrazzjoni ta' trade mark għandha li tkun tkun saret applikazzjoni dwarha qabel l-24 ta' Awissu 1999. Huwa meħtieġ li tkun adotatta dik id-data fir-rigward tal-Istati Membri ġodda. (7) Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2092/91, (KEE) Nru 94/92, (KE) Nru 1788/2001, (KE) Nru 473/2002 u (KE) Nru 223/2003 għandhom għalhekk ikunu emendati kif xieraq, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-Parti B hija emendata kif ġej: 1. Il-Parti B.2 hija mibdula b'dan li ġej: B.2 Mudelli/Kampjuni +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ 2. ES "B.3.1 AGRICULTURA ECOLÓGICA CS : EKOLOGICKÉ ZEMĚDĚLSTVÍ DA : ØKOLOGISK JORDBRUG DE : BIOLOGISCHE LANDWIRTSCHAFT OR ÖKOLOGISCHER LANDBAU ET : MAHEPÕLLUMAJANDUS VÕI ÖKOLOOGILINE PÕLLUMAJANDUS EL : ΒΙΟΛΟΓΙΚΗ ΓΕΩΡΓΙΑ EN : ORGANIC FARMING FR : AGRICULTURE BIOLOGIQUE HU : ÖKOLÓGIAI GAZDÁLKODÁS IT : AGRICOLTURA BIOLOGICA LT : EKOLOGINIS ŽEMĖS ŪKIS LV : BIOLOĢISKĀ LAUKSAIMNIECĪBA MT : AGRIKULTURA ORGANIKA NL : BIOLOGISCHE LANDBOUW PL : ROLNICTWO EKOLOGICZNE PT : AGRICULTURA BIOLÓGICA SK : EKOLOGICKÉ POĽNOHOSPODÁRSTVO SL : EKOLOŠKO KMETIJSTVO FI : LUONNONMUKAINEN MAATALOUSTUOTANTO SV : EKOLOGISKT JORDBRUK Il-Parti B.3.1 hija mibdula b’dan li ġej : Single indications:" Artikolu 2 Fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 94/1992, ir-referenzi għar-Repubblika ¬eka u l-Ungerija huma mħassra. Artikolu 3 Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2001, il-paragrafu li ġej huwa miżjud: "Għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Liwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, fid-data ta' l-informazzjoni referuta fit-tieni paragrafu għandha tkun l-1 ta' Mejju 2004." Artikolu 4 Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 473/2002, il-paragrafu li ġej huwa miżjud wara l-ewwel paragrafu: "Għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Liwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, id-data referuta fl-ewwel inċiż ta' l-ewwel paragrafu għandha tkun l-1 ta' Awissu 2004 u d-data referuta fit-tieni inċiż ta' l-ewwel paragrafu għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2005." Artikolu 5 Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 223/2003, il-paragrafu li ġej huwa miżjud: "Għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Liwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, id-data ta' l-applikazzjoni referuta fil-punt (a) ta' l-ewwel paragrafu għandha tkun l-1 ta' Mejju 2004 l-aktar tard." Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, tal-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' April 2004. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2277/2003 (ĠU L 336, tat-23.12.2003, p. 68). [2] ĠU L 11, tas-17.1.1992, p. 14. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2144/2003 (ĠU L 322, tad-9.12.2003, p. 3). [3] ĠU L 243, tat-13.9.2001, p. 3. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1918/2002 (ĠU L 289, tas-26.10.2002, p. 15). [4] ĠU L 75, tas-16.3.2002, p. 21. [5] ĠU L 31, tas-6.2.2003, p. 3. --------------------------------------------------