Official Journal L 113 , 20/04/2004 P. 0008 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2004 tad-19 ta’ April 2004 li jadatta r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 li jikkonċerna l-għażla ta’ oqsma li jibagħtu prospetti għall-iskopijiet li jkun iddeterminat id-dħul mill-oqsma agrikoli minħabba ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja fl-Unjoni Ewropea. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 57(2) tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 [1] jiffissa għal kull Stat Membru il-għatba tad-daqs ekonomiku ta’ l-oqsma li jħejju prospetti li jidħlu fl-iskop ta’ l-istħarriġ tal-kontijiet tal-irziezet fid-data network. (2) In-numru ta’ oqsma li jħejju prospetti f′wieħed mill-Istati Membri li għandhom ikunu magħżulha bid-diviżjoni huwa stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82. (3) In-vista ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ceka, l-Estonja, Cipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (minn hawn ’il quddiem referuti bħala "l-Istati Membri ġodda") l-għatba għall-Istati Membri ġodda, kif ukoll in-numru ta’ oqsma li jħejju prospetti bid-diviżjoni għall-Istati Membri ġodda, għandhom ikunu stabbiliti. (4) Il-limitu ta’ żmien għat-twassil ta’ l-ewwel pjan approvat tal-għażla li jikkonċerna lill-Istati Membri ġodda għandu jkun stabbilit. (5) Ir-Reġolament (KEE) Nru 1859/82 għandu għalhekk jiġi emendat kif mistħoqq, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 2 huwa mibdul b’dan li ġej: "L-Artikolu 2 Għas-sena tal-kontijiet 2004 (perjodu ta’ 12 il-xahar konsekuttivi li jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2004 u l-1 ta’ Lulju 2004) u għas-snin tal-kontijiet sussegwenti, l-għatba kif referuta fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 79/65/KEE fi ESU għandha tkun kif ġej: —Il-Belġju: | 16 ESU | —Ir-Repubblika Ċeka: | 4 ESU | —Id-Danimarka: | 8 ESU | —Il-Ġermanja: | 8 ESU | —L-Estonja: | 2 ESU | —Il-Greċja: | 2 ESU | —Spanja: | 2 ESU | —Franza: | 8 ESU | —L-Irlanda: | 2 ESU | —L-Italja: | 4 ESU | —Cipru: | 1 ESU | —Il-Latvja: | 2 ESU | —Il-Litwanja: | 2 ESU | —Il-Lussemburgu: | 8 ESU | —L-Ungerija: | 2 ESU | —Malta: | 8 ESU | —L-Olanda: | 16 ESU | —L-Awstria: | 8 ESU | —Il-Polonja: | 2 ESU | —Il-Portugall: | 2 ESU | —L-Islovenja: | 2 ESU | —L-Islovakkja: | 6 ESU | —Il-Fillandja: | 8 ESU | —L-Isvezja: | 8 ESU | —Ir-Renju Unit (bl-eċċezzjoni ta' l-Irlanda ta' Fuq): | 16 ESU | —Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq biss): | 8 ESU." | 2. Fl-Artikolu 5, dan is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: "Ir-Repubblika Ceka, l-Estonja, Cipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja għandhom jibgħatu lejn il-Kummissjoni l-pjan tagħhom ta’ l-għażla għas-sena tal-kontijiet 2004, qabel it-30 ta’ Novembru 2004." 3. L-Anness I huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja. Għandu jkun japplika mis-sena tas-suq 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ April 2004. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 205, tat-13.7.1982, p.5. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 659/2004 (ĠU L 104, tat-8.4.2004, p. 95). -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS I Numru ta' referenza | L-isem tad-diviżjoni: | In-numru ta' oqsma li jippreżentaw il-prospett | Il-BELĠJU 341 | Flanders | 600 | 342 | Brussell | — | 343 | Ir-Reġjun tal-Vallonja | 400 | Total għall-Belġju | 1000 | 745 | IR-REPUBLIKA CEKA | 1300 | 370 | ID-DANIMARKA | 2000 | IL-ĠERMANJA 010 | Schleswig-Holstein | 500 | 020 | Hamburg | 40 | 030 | Is-Sassonja l-Baxxa | 800 | 040 | Bremen | — | 050 | Rhine-Westphalia tat-Tramuntana | 660 | 060 | Hessen | 370 | 070 | Rheinland-Pfalz | 480 | 080 | Baden-Württemberg | 620 | 090 | Il-Bavarja | 960 | 100 | Saarland | 70 | 110 | Berlin | — | 112 | Brandenburg | 180 | 113 | Mecklenburg-Pomeranja tal-Punent | 130 | 114 | Is-Sassonja | 220 | 115 | Sassonja-Anhalt | 140 | 116 | Turingja | 130 | Total għall-Ġermanja | 5300 | 755 | L-ESTONJA | 500 | IL-GREĊJA 450 | Macedonja-Traci | 2000 | 460 | Il-Gżejjer Epirus-Peloponniżi-Joniani | 1350 | 470 | Thessaly | 700 | 480 | Il-Greċja Kontinentali, l-Gżejjer ta' l-Eġew, Kreta | 1450 | Total għall-Greċja | 5500 | SPANJA 500 | Galizja | 800 | 505 | Asturjas | 350 | 510 | Kantabrija | 230 | 515 | Il-Pajjiż Bask | 310 | 520 | Navarre | 430 | 525 | Rioja | 290 | 530 | Aragon | 640 | 535 | Katalonja | 870 | 540 | Il-Gżejjer Baleariċi | 270 | 545 | Kastil-Leon | 1230 | 550 | Madrid | 270 | 555 | Text missing | 870 | 560 | Valenzja | 700 | 565 | Murcja | 530 | 570 | Estremadura | 590 | 575 | Andalusija | 1470 | 580 | Il-Gżejjer Kanarji | 250 | Total għal-Spanja | 10100 | FRANZA 121 | Île-de-France | 95 | 131 | Champagne-Ardenne | 260 | 132 | Picardy | 230 | 133 | In-Normandija tat-Tramuntana | 145 | 134 | Iċ-Centru | 350 | 135 | In-Normandija ta' nofs-in-nhar | 215 | 136 | Burgundja | 285 | 141 | Nord/Pas-de-Calais | 305 | 151 | Lorraine | 215 | 152 | Alsace | 160 | 153 | Franche-Comté | 200 | 162 | Ir-Reġjun tal-Loire | 440 | 163 | Brittannja | 475 | 164 | Poitou-Charentes | 325 | 182 | Aquitaine | 425 | 183 | Midi-Pyrénées | 430 | 184 | Limousin | 195 | 192 | Rhône-Alpes | 360 | 193 | Auvergne | 320 | 201 | Languedoc-Roussillon | 340 | 203 | Provence-Alpes-Côte d'Azur | 270 | 204 | Korsika | 60 | Total għall-Franza | 6100 | 380 | L-IRLANDA | 1300 | L-ITALJA 221 | Valle d'Aosta | 367 | 222 | Il-Pjemonte | 1110 | 230 | Il-Lombardija | 917 | 241 | Trentino | 404 | 242 | Alto Adige | 404 | 243 | Veneto | 1589 | 244 | Frijuli-Venezja Gjulja | 795 | 250 | Ligurja | 590 | 260 | Emilja-Romanja | 914 | 270 | It-Toskana | 620 | 281 | Marche | 951 | 282 | Umbrija | 668 | 291 | Lazio | 931 | 292 | Abruzzi | 882 | 301 | Molise | 445 | 302 | Kampanja | 748 | 303 | Text missing | 911 | 311 | Apulja | 1013 | 312 | Basilikata | 1138 | 320 | Sqallija | 1350 | 330 | Sardinja | 1253 | Total għall-Italja | 18000 | 740 | IPRU | 500 | 770 | Il-LATVJA | 1000 | 775 | Il-LITWANJA | 1000 | 350 | IL-LUSSEMBURGU | 300 | L-UNGERIJA 760 | Közép-Magyarország | 160 | 761 | Közép-Dunántúl | 190 | 762 | Nyugat-Dunántúl | 230 | 763 | Dél-Dunántúl | 260 | 764 | Észak-Magyarország | 210 | 765 | Észak-Alföld | 380 | 766 | Dél-Alföld | 470 | Total għall-Ungerija | 1900 | 780 | MALTA | 500 | 360 | L-OLANDA | 1500 | 660 | L-AWSTRIJA | 2000 | IL-POLONJA 785 | Pomorze u Mazury | 1640 | 790 | Wielkopolska u Slask | 3980 | 795 | Mazowsze u Podlasie | 5060 | 800 | Malopolska u Pogórze | 1420 | għall-Polonja | 12100 | IL-PORTUGALL 610 | Bejn Douro e Minho u Beira Litoral | 980 | 620 | Trás-os-Montes u Beira Interior | 560 | 630 | Ribatejo u l-Punent | 650 | 640 | Alentejo u Algarve | 460 | 650 | L-Azor u Madeira | 350 | Total għal-Portugall | 3000 | 820 | SLOVENJA | 900 | 810 | SLOVAKKJA | 600 | IL-FINLANDJA 670 | Etelä-Suomi | 581 | 680 | Sisä-Suomi | 272 | 690 | Pohjanmaa | 277 | 700 | Pohjois-Suomi | 170 | Total għall-Fillandja | 1300 | L-ISVEZJA 710 | Il-pjanuri tal-parti ta' nofs-in-nhar u l-parti ċentrali tal-Isvezja | 600 | 720 | Il-foresti u ż-żoni agrikoli mħallta tal-parti ta' nofs-in-nhar u l-parti ċentrali tal-Isvezja | 295 | 730 | Żoni ta' l-Isvezja tat-Tramuntana | 105 | Total għall-Isvezja | 1000 | IR-RENJU UNIT 411 | L-Ingilterra – r-Reġjun tat-Tramuntana | 420 | 412 | L-Ingilterra – r-Reġjun tal-Lvant | 650 | 413 | L-Ingilterra – r-Reġjun tal-Punent | 430 | 421 | Wales | 300 | 431 | L-Iskożja | 380 | 441 | L-Irlanda ta' Fuq: | 320 | Total għar-Renju Unit | 2500 | --------------------------------------------------