32004R0668



Official Journal L 112 , 19/04/2004 P. 0001 - 0087


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 668/2004

ta' l-10 ta' Marzu 2004

li jemenda ċerti l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' prodotti sekondarji mill-annimali

(Test b'relevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jistabbilixxi r-regoli tas-saħħa li jikkonċernaw il-prodotti sekondarji ta' l-annimali li ma humiex intiżi għall-konsum uman [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 [2], u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 28, l-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 32(1),

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprovdi li ċerti prodotti proċessati li jistgħu Jkunu użati bħala materjal ta' l-għalf u ikel għall-annimali domestiċi, magħda tal-klieb u prodotti tekniċi jistgħu ikunu importati fil-Komunità basta li dawn ikunu konformi mal-ħtiġiet relevanti ta' dak ir-Regolament.

(2) B'segwiment ta' l-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Permanenti ta' l-10 u l-11 ta' Mejju 2001 dwar is-sigurtà tal-kollaġen, huwa xieraq li jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi ta' l-iġjene li għandhom ikunu applikati għall-ipproċessar u l-marketing ta' kollaġen li jista' jkun użat bħala materjal fl-għalf. L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jistabbilixxi ħtiġiet speċifiċi ta' l-iġjene għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta' proteini pproċessati mill-annimali u prodotti pproċesati oħrajn li jistgħu jkunu użati bħala materjal ta' l-għalf għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq.

(3) L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi l-ħtiġiet għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ta' l-annimali domestiċi, magħda tal-klieb u prodotti tekniċi. Huwa meħtieġ li jkun emendat dak l-Anness, sabiex ikunu introdotti xi emendi tekniċi, sabiex jinkludi l-ħtiġiet tal-marketing ta' l-Artikolu 28 ta' dak ir-Regolament għal prodotti sekondarji intiżi bħala ikel ta' l-annimali li jinżammu fid-djar u li huma akkwistati minn annimali li jkunu ġew ittrattati b'ċerti sustanzi, u sabiex ikunu kkjarifikati l-ħtiġiet ta' l-importazzjoni applikabbli għad-derivattivi tax-xaħam u ta' ċerti prodotti proċessati assoċjati mal-produzzjoni ta' l-ikel ta' l-annimali mrobbija fid-djar, magħrufa bħala "l-interjuri tat-togħma". L-Anness VIII għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq.

(4) L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ċerti prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti derivati minnhom. Huwa meħtieġ li jkun emendat dak l-Anness, sabiex jinħolqu kampjuni oħrajn taċ-ċertifikati ta' l-importazzjoni u sabiex ikunu reveduti l-kampjuni eżistenti u sabiex ikunu introdotti emendi tekniċi, inklużi l-konsiderazzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali. L-Anness X għandu għalhekk ikunu emendat kif xieraq.

(5) L-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi li minn għandhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali li ma humiex intiżi għall-konsum uman. Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġislazzjoni tal-Komunità, dawk il-listi għandhom fil-ġejjieni qarib ikunu kkonsolidati u miġbura flimkien mal-listi ta' pajjiżi li minn għandhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw prodotti ta' diversi speċi ta' annimali li huma diġa stabbiliti permezz tal-leġislazzjoni tal-Komunità għall-iskopijiet dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa ta' l-annimali. Sa dan it-tant, huwa diġa xieraq li jkunu kkjarifikati u aġġornati r-referenzi magħmula fl-Anness XI għal dawk il-listi u l-Anness XI għandu għalhekk ikun emendet kif xieraq.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma b'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

L-Annessi I, VII, VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom ikunu emendati bi qbil ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u l-applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun japplikaw mill-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, pġ. 1.

[2] ĠU L 117, tat-13.5.2003, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi I, VII, VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati kif ġej:

1. L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:

(a) id-definizzjoni tan-numru 40 hija mibdula b'dan li ġej:

""impjant ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi" tfisser impjant li jipproduċi l-ikel ta' l-annimali domestiċi jew magħda tal-klieb jew interjuri bit-togħma u li fihom ċerti prodotti sekondarji ta' l-annimali huma użati fil-preparazzjoni ta' tali ikel ta' l-annimali domestiċi jew magħda tal-klieb jew interjuri bil-togħma"

(b) id-definizzjoni numru 64 li ġejja hija miżjuda:

""interjuri bit-togħma" tfisser prodott proċessat, likwidu jew imqadded, ta' oriġini ta' l-annimali, użat sabiex iqawwi il-valuri tal-palat ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi"

2. L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(i) Il-punt C(9)(d) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(d) jekk huwa akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu I ta' l-Anness X."

(b) Il-Kapitolu III huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt C(3)(a) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(a) ikun ġej minn pajjiżi terzi li jidhru fil-lista tal-parti V u tal-parti VI ta' l-Anness XI skond kif xieraq."

(ii) il-punt C(3)(d) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(d) jekk huwa akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 4(B) ta' l-Anness X."

(ċ) Il-Kapitolu IV huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt B(2)(e) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(e) jekk huwa akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 10(A) ta' l-Anness X."

(ii) il-punt C(3)(d) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(d) jekk huwa akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 9 ta' l-Anness X."

(d) Il-Kapitolu VI huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt C(4)(d) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(d) jekk huwa akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 12 ta' l-Anness X."

(e) Il-Kapitolu VII huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt B(3)(d) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(d) jekk huwa akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 12 ta' l-Anness X."

(f) Il-Kapitolu VIII huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt A(1)(b) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(b) b'tisjir kontinwu bil-fwar fi 145 °C matul 30 minuta fi pressjoni ta' 4 bars."

(ii) il-punt B(2)(d) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(d) jekk huwa akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 12 ta' l-Anness X."

(g) il-Kapitoli IX u X li ġejjin huma miżjuda:

"KAPITOLU IX Ħtiġiet speċifiċi għall-kollaġen

Il-kondizzjonijiet li ġejjin japplikaw b'żieda mal-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu I.

A. Normi ta' l-ipproċessar

1. Il-kollaġen għandu jkun prodott bi proċess li jassigura li l-materjal mhux proċessat tal-kategorija 3 ikun suġġett għal trattament li jinvolvi il-ħasil, aġġustament tal-pH bl-użu ta' aċidi jew alkali, segwit b'waħda jew aktar tlaħlitiet, filtrazzjoni jew estrussjoni. Wara t-trattament il-kollaġen jistgħa jgħaddi minn proċess tat-tnixxif.

2. L-użu ta' preservattivi, apparti minn dawk permessi permess tal-leġislazzjoni tal-Komunità għandhom ikunu ipprojbiti.

3. Il-kollaġen għandu jkun imgeżwer, ippakkjat, maħżun u trasportat skond kondizjonijiet sodisfaċenti ta' l-iġjene. Partikolarment:

(a) għandha tkun ipprovduta kamra għall-ħażna ta' materjali tat-tgeżwir u l-ippakkjar;

(b) it-tgeżwir u l-ippakkjar għandu jseħħ f'kamra jew fl-post intiż għal dak l-iskop, u

(ċ) it-tgeżwir u l-ippakkjar li jkun fihil-kollaġen għandu jkollu tikketti bil-kliem "kollaġen tajjeb għall-konsum mill-annimali".

B. Importazzjoni

4. L-Istati Membru għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-kollaġen jekk dan:

(a) ikun ġej minn pajjiż terz li jidher fil-lista tal-Komunità elenkata fil-Parti XI ta' l-Anness XI;

(b) ikun ġej minn impjant li jidher fil-lista referuta fl-Artikolu 29(4);

(ċ) ikun ġie prodott b'konformità ma dan ir-Regolament; u

(d) ikun akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 11 ta' l-Anness X."

"KAPITOLU X Ħtiġiet speċifiċi għall-prodotti mill-bajd

Il-kondizzjonijiet li ġejjin japplikaw b'żieda mal-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu I.

A. Normi ta' l-ipproċessar

1. Il-prodotti mill-bajd għandhom ikunu:

(a) li ġew ippreżentati għal xi proċess tal-Metodi 1 sa 5 jew 7; jew

(b) ġew ippreżentati għal metodu li l-parametri tiegħu ikunu jassiguraw li l-prodotti jkunu konformi man-normi mikrobioloġiċi stabbiliti fil-Kapitolu I, il-paragrafu 10; jew

(ċ) ġew ittrattati b'konformità mal-Kapitolu V ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 89/437/KE [1] li tistabbilixxi il-problemi ta' l-iġjene u tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti mill-bajd.

B. Importazzjoni

2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti mill-bajd jekk dawn:

(a) ikunu ġejjin minn pajjiż terz li jidher fil-lista tal-Komunità elenkata fil-Parti XVI ta' l-Anness XI;

(b) ikunu ġejjin minn impjant li jidher fil-lista referuta fl-Artikolu 29(4);

(ċ) ikunu ġew prodotti b'konformità ma dan ir-Regolament; u

(d) ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 15 ta' l-Anness X."

3. L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Kapitolu IV huwa mibdul b'dan li ġej:

"KAPITOLU IV Ħtiġiet għad-demm u l-prodotti mid-demm użati għal skopijiet tekniċi, inklużi il-farmaketikali, fid-dianjosi vitro u f'reaġenti tal-laboratorju, imma eskluż is-serum ta' l-equidae.

A. Importazzjoni

1. L-importazzjoni tad-demm hija suġġetta għall-ħtiġet stabbiliti fil-Kapitolu XI.

2. L-Istati Membru għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti mill-demm jekk dawn:

(a) ikun ġej minn pajjiżi terzi li jidhru fil-lista tal-parti VI ta' l-Anness XI;

(b) ikunu ġejjin minn impjant approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jkun jilħaq il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbilitif'dan ir-Regolament; u

(ċ) ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 4 C ta' l-Anness X; u

3. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti tad-demm jekk dawn ikunu jorġinaw minn pajjiż terz jew minn reġjunu tiegħu meta:

jew:

(a) fil-każ ta' prodotti mid-demm li jkunu derivati minn annimali ruminanti:

(i) l-annimali u l-prodotti jkunu ġejjin minn reġjun li fih l-ebda każ tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, stimatitivesikulari, rinderpest, peste des petits ruminants, id-deni tar-Rift Valley, il-marda Afrikana taż-żwiemel u ta'l-ilsien kaħlani [2] ma tkun ġiet irreġistrata għal 12-ilxahar u li l-vaċċinazzjoni ma tkunx ġiet imwettqa kontra dan il-mard għal mill-anqas 12-il xahar fur l-ispeċi suxxettibbli u li minnu l-importazzjoni ta' l-annimali ruminanti ta' l-ispeċi speċifikati hija awtorizzata permezz tal-leġislazzjoni tal-Komunità. Id-demm li minnu tali prodotti jkunu ġew manifatturati għandu jkun ġie miġbur:

- f'biċċeriji approvati b'konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità,

- minn annimali ħajjin fil-faċilitajiet approvati b'konformità mal- leġislazzjoni tal-Komunità;jew

- f'biċċeriji approvati u taħt is-superviżjoni ta' l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz. F'dan il-każ,il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhomikunu notifikti bl-indirizz u n-numru ta' l-approvazzjoni ta' tali biċċerija jew iċ-ċertifikatgħandu jindika din l-informazzjoni;

jew

(ii) il-prodotti jkunu għaddew minn wieħed minn dawn it-trattamenti li ġejjin li jiggarantixxu n-nuqqas ta'patoġeni tal-mard tar-ruminanti referut fis-subparagrafu(i):

- trattament bis-sħana f'temperatura ta' 65 °C għal mill-anqas tlett sigħat, segwit b'verifika dwar l-effettività,

- irradjazzjoni fi 2,5 megaradi jew bir-raġġi gamma, segwita b'verifika dwar l-effittività,

- tibdil fil-pH għal pH 5 għal sgħatejn, segwit b'verifika dwar l-effettività,

- trattament bis-sħana ta' mill-anqas 90 °C matul is-sustanza tagħhom, segwit b'verifika dwar l-effettività, jew

- xi trattament ieħor li hemm provvediment dwaru b'konformità mal-proċedura riferuta fl-Artikolu 33(2);

(iii) bħala deroga mill-punt (ii) ta' hawn fuq, Stat Membru jista jippermetti l-importazzjoni minn pajjiżi li fihomannimali bl-ilsien kaħlani sero-pożittiv ikun preżenti,tad-demm u l-prodotti mid-demm intiżi għal skopijiettekniċi inklużi l-farmakewtikali, id-diamjożi vitro u r-reaġenti tal-laboratorju, basta li l-impjant tekniku approvat tad-destinazzjoni finali ikun jinsab fl-istess Stat Membru; il-kunsinna għandha tkum direttament lejn dak l-impjant u l-prekawzjonijiet kollha, inkluż id-disponiment b'sigurtà ta' l-iskart, il-materjal mhux użat jew żejjed, għandhom jittieħdu hekk li jevitaw riskji tat-tixrid tal-mard lejn annimali jew bnedmin;

jew

(b) fil-każ ta' prodotti tad-demm akkwistati minn annimali li jappartjenu għal taxa Proboscidae u Artiodactyla, u l-bgħulatagħhom, apparti milli ruminanti:

(i) l-annimali u l-prodotti jkunu ġejjin minn reġjun li fih l-ebda mard ta' l-ilsien u d-dwiefer, il-mard vesikulati tal-majjali, il-mard Afrikan taż-żwiemel, id-deni klassikutal-majjali, id-deni Afrikan tal-majjali, rinderpest, peste des ruminants, il-marda ta' Newcastle jew l-influwenzaavjana, ma jkunu ġeġ irreġistrati għal 12-il xahar fl-ispeċi suxxettibbli u li fihom il-vaċċinazzjoni ma tkunx twettqet kontra dak il-mard għal mill-anqas 12-il xahar;

jew

(ii) il-prodotti jkunu għaddew minn wieħed minn dawn it-trattamenti li ġejjin li jiggarantixxu n-nuqqas ta'patoġeni tal-mard referut fis-suqparagrafu (i):

- trattament bis-sħana f'temperatura ta' 65 °C għal mill-anqas tliet sigħat, segwit b'verifika dwar l-effettività,

- irradjazzjoni fi 2,5 megaradi jew bir-raġġi gamma, segwita b'verifika dwar l-effettività,

- trattament bis-sħana ta' mill-anqas 90 °C matul is-sustanza tagħhom, segwit b'verifika dwar l-effettività, jew

- xi trattament ieħor li hemm provvediment dwaru b'konformità mal-proċedura riferuta fl-Artikolu 33(2).

4. Il-kondizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw l-importazzjoni ta' prodotti għall-użu f'dianjożi vitro u reaġenti tal-laboratorju jistgħu jkunustabbiliti, meta meħtieġ, permezz tal-proċedura referuta fl-Artikolu 33(2)."

(b) Il-Kapitolu V huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt B(2)(a) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(a) ikunu ġejjin minn equidae imwielda u mrobbija f'pajjiż terz li jidher fil-lista tal-parti XIII ta' l-Anness XI;"

(ii) il-punt B(2)(d) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(d) jekk huwa akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 4(A) ta' l-Anness X."

(ċ) Il-Kapitolu VI huwa emendat kif ġej:

(i) Il-punt C(5)(b) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(b) ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew, fil-każ tar-regjonalizzazzjoni bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità, minn parti ta' pajjiż terz, li jidher fil-lista stabbilita fil-parti XIV(A) ta' l-Anness XI u li:

(i) għallanqas 12-il xahar qabel il-konsenja, kien ħieles minn dawn il-mard li ġejjin:

- id-deni klassiku tal-majjali,

- id-deni Afrikan tal-majjali, u

- ir-rinderpest, u

(ii) kien ħieles għal mill-anqas 12-il xahar qabel il-konsenja mill-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u li, għal 12-il xahar qabel il-kunsinna, l-ebda vaċċinazzjoni ma kienet twettqet kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer;"

(ii) il-punt C(6)(ċ) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(ċ) huma ġejjin minn, jew:

(i) minn pajjiż terz jew, fil-każ tar-regjonalizzazzjoni bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità, minn parti ta' pajjiż terz, li jidher fil-lista stabbilita fil-parti XIV(B) ta' l-Anness XI u li jkunu ġew ittratati b'konformità mal-paragrafu 2; jew

(ii) minn annimali li joriġinaw minn reġjuni oħrajn ta' pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi oħrajn u li jkunu ġew ittratati b'konformità mal-paragrafu 2(c) jew (d); jew

(iii) minn annimali ruminanti li jkunu ġew ittrattati b'konformità mal-paragrafu 2 u li jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew, fil-każ tar-reġjonalizzazzjoni bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità, minn parti ta' pajjiż terz, li jidher fil-lista stabbilita fil-parti XIV (C) ta' l-Anness XI. F'dan il-każ, iċ-ċertifikat referut fis-subparagrafu (b) huwa mibdul b'dikjarazzjoni li tkun konformi mal-kampjun elenkat fil-Kapitolu 5(C) ta' l-Anness X, bl-effett li jew li jagħti prova ta', li dawk il-ħtiġiet kienu ġew imwettqa;"

(d) Il-Kapitolu VII huwa emendat kif ġej:

(i) Il-punt B(5)(ċ) li ġej huwa miżjud:

"(ċ) ikunu ġejjin minn pajjiż terz li jidher fil-lista elenkata fil-Parti XV (A) ta' l-Anness XI."

(ii) il-punt B(6)(a) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(a) li jidher fil-lista elenkati fil-parti XV(B) u (C) ta' l-Anness XI kif xieraq; u"

(e) Il-Kapitolu VIII huwa emendat kif ġej:

(i) Il-punt B(3)(ċ) li ġej huwa miżjud:

"(ċ) ikun ġej minn pajjiż terz li jidher fil-lista tal-parti VIII ta' l-Anness XI skond kif xieraq."

(f) Il-Kapitolu IX huwa mibdul b'dan li ġej:

"KAPITOLU IX Ħtiġiet għal prodotti ta' l-apikultura

A. Materja prima

1. Il-prodotti ta' l-apikultura intiżi għall użu esklussivament fl-apikultura għandhom:

(a) ma jkunux ġejjin minn żona li hija suġġetta għal ordni tal- projbizzjoni assoċjata ma l-okkorrenza ta':

(i) Il-foulbrood Amerikana (Paenibacillus larvae larvae), apparti minn meta l-awtorità kompetenti tkun ikkalkolat ir-riskju bħala negliġibbli, ħarġet l-awtorizzazzjoni speċifika għall-użu biss f'dak l-Istat Membru, u tkun ħadet il-miżuri l-oħrajn kollha meħtieġa sabiex tassigura li ma jkunx hemm tixrid ta' dak il-mard;

(ii) acariosis (Acarapis woodi (Rennie), apparti meta ż-żona tad-destinazzjoni tkun akkwistat garanziji addizzjonali b'konformità ma l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 92/65/KEE [3];

(iii) il-ħanfusa ż-żgħira tad-doqqajs (Aethina tumida); jew

(iv) Tropilaelaps spp. (Tropilaelaps spp); u

(b) iridu jilħqu l-ħtiġiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 8(a) tad-Direttiva 92/65/KEE.

B. Importazzjoni

2. Minħabba li l-ħanfusa ż-żgħira tad-doqqajs u Tropilaelaps spp. ma humiex preżenti fil-Komunità, il-salvagwardji addizzjonali li ġejjin li jikkonċernaw l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-apikultura jkunu ġew stabbiliti.

3. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-apikultura għall-użu fl-apikultura jekk dawn:

(a) ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi li jidhru fil-lista tal-parti XII ta' l-Anness XI;

(b) (i) huma ġodda u ma kinux użati qabel u jekk dawn ma jkunux ġew f'kuntatt ma naħal jew li huma prodotti użati ta' l-apikultura; jew

(ii) ikunu ġew suġġetti għal temperatura ta' - 12 °C jew anqas għal mill-inqas 24 siegħa; jew

(iii) fil-każ tax-xama', il-materjal ikun ġie raffinat jew laċerat qabel l-esportazzjoni;

(ċ) ikunu akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 13 ta' l-Anness X."

(g) Il-Kapitolu X huwa emendat kif ġej:

(i) Il-punt 1(d) li ġej huwa miżjud:

"(d) ikunu ġejjin minn pajjiż terz li jidher fil-lista elenkata fil-Parti XVII ta' l-Anness XI."

(ii) ir-raba' inċiż tal-punt 2(a)(iv), huwa mibdul b'dan li ġej:

"— magħmula rmied għal siegħa fi mill-anqas 800 °C sal-qalba qabel it-tnixxif, jew"

(iii) il-Punt 2(b) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(b) dikjarazzjoni ta' l-importatur li tkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 16 ta' l-Anness X u għandu jkun mill-nqas f'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li fih il-konsenja tidħol għall-ewwel darba fil-Komunità u fi mill-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni."

(iv) Il-punt 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

"4. Wara l-verifika fil-fruntiera li hemm provvediment dwarha fid-Direttiva 97/78/KE, u skond il-kondizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(4) ta' dik id-Direttiva, il-materjal għandu jkun trasportat direttament lejn l-impjant tekniku."

(h) Il-Kapitolu XI huwa mibdul b'dan li ġej:

"KAPITOLU XI Prodotti sekondarji mill-annimali għall-manifattura ta' għalf, inkluż l-ikel għall-annimali domestiċi, u għall-farmaċewtikali u prodotti tekniċi oħrajn

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti sekondarji mill-annimali intiżi għall-manifattura ta' għalf, inkluż l-ikel għall-annimali domestiċi, u għall-farmaċewtikali u prodotti tekniċi oħrajn jekk dawn:

1. ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi li jidhru fil-listi elenkati fil-parti VI u VII(A) u (B) ta' l-Anness XI kif xieraq;

2. jikkonsistu biss minn prodotti sekondarji ta' l-annimali kif referuti fl-Artikolu 6(1)(a) sa (j) u/jew, meta intiżi li jkunu użati bħala ikel għall-annimali domestiċi, materjal derivat minn annimali ittrattati kif referut fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 28;

B'dana kollu, prodotti sekondarji għall-użu fil-għalf għall-annimali bil-pil artab imrobbija fl-irziezet għandhom jikkonsistu minn prodotti sekondarji referuti fl-Artikolu 6(1)(a) u (b) u l-prodotti sekondarji ta' l-annimli għall-użu f'ikel nej għall-annimali domestiċi għandu jikkonsisti minn prodotti sekondarji referuti fl-Artikolu 6(1)(a) biss;

3. ikun ġie iffriżat b'kesħa qawwija fl-impjant ta' l-oriġini jew ikun ġie ippreservat skond il-leġislazzjoni tal-Komunità b'tali mod hekk li jipprevjeni t-tħassir bejn il-kunsinja u l-wasla fl-impjant tad-destinazzjoni;

4. ikun għadda mill-prekwazjonijiet kollha sabiex jevita l-kontaminazzjoni b'aġenti patoġeniċi;

5. kienu ppakjati f'ippakkjar ġdid li ma jippermettix it-tqattir;

6. huwa akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 8(A), il-Kapitolu 8(B) jew il-Kapitolu 3(D) ta' l-Anness X;

7. wara l-verifika fil-fruntiera li hemm provvediment dwarha fid-Direttiva 97/78/KE, u skond il-kondizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(4) ta' dik id-Direttiva, ikunu trasportati direttament jew:

(a) l-impjant ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi jew impjant tekniku, li jkun ta il-garanzija li l-prodotti sekondarji ta' l-annimali għandhom ikunu użati biss għall-iskop tal-produzzjoni ta' l-kel ta' l-annimali domestiċi jew ta' prodotti tekniċi skond kif xieraq, kif speċifikat mill-awtorità kompeneti jekk dan ikun meħtieġ, u m'għandux iħalli l-impjant mingħajt trattament apparti milli għal disponiment dirett; jew

(b) lejn impjant intermedju; jew

(ċ) lejn utenti jew ċentru ta' ġbir awtorizzati u rreġistrati, li għandhom jagħtu il-garanzija li l-prodotti sekondarji mill-annimali jkunu użati biss għall-iskopijiet permissibbli, kif speċifikat mill-Awtorità Kompeneti, jekk hekk meħtieġ;

u

8.1. fil-każ ta' materja prima għall-produzzjoni ta' ikel ta' l-annimali domestiċi akkwistat minn annimali li jkun ġie ittrattat b'ċerti sustanzi ipprojbiti skond id-Direttiva 96/22/KE, kif referut fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolment, għandu:

(a) ikun immarkat fil-pajjiż terz qabel ma jidħol fit-territorju tal-Komunità b'salib jew faħam likwifikat jew karbonju attivat, fuq kull naħa ta' barra ta' kull blokka ffriżata, b'tali mod li il-marki ikopri mill-anqas 70 % tat-tul diagonali tal-ġenb tal-blokka ffriżata u li jkunu minn anqas 10 ċm fil-wisa';

(b) fil-każ ta' materjal li mhux iffriżat, ikun immarkat fil-pajjiż terz qabel ma jidħol fit-territorju tal-Komunità billi jkun sprejjat b'faħam likwifikat jew bl-applikazzjoni ta' trab tal-faħam b'tali mod li l-faħam ikun kjarament jidher fuq il-materjal.

(ċ) ikun trasportat direttament lejn:

(i) l-impjant tad-destinazzjoni tal-manifattura ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi bi qbil mal-punt 7(a) ta' hawn fuq;

jew

(ii) lejn pjant intermedju bi qbil mal-punt 7(b) ta' hawn fuq u minn hemm direttament lejn l-impjant tal-manifattura ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi referut fi (i), basta li dak l-impjant intermdju:

- jittratta biss il-materjal kopert b'dan il-punt 8.1, jew

- jittratta biss materjal destinat lejn impjant tal-manifattura ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi skond (i);

u

(d) ikun manipulat sabiex jitneħħew il-marki li hemm provvediment dwarhom fi (a) u (b) biss fl-impjant tad-destinazzjoni tal-manifattura ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi u biss immedjatament qabel l-użu tal-materjal għall-manifatturi ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi;

8.2. meta konsenja tkun magħmula minn materja prima, li tkun ġiet ittrattata kif referut fi 8.1 ta'hawn fuq u materja prima oħra li ma tkun trattata, il-materjali primi kollha fil-konsenja għandhom ikunu immarkati kif stabbilit fil-punt 8.1 (a) u (b) ta' hawn fuq.

8.3. L-immarkar li hemm provvediment dwaru fil-punt 8.1(a) u (b) u 8.2 għandu jibqa viżibbli minn żmien il-konsenja u sakemm ikun imwassal fid-destinazzjoni tal-impjant tal-manifattura ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi."

(i) Il-Kapitolu XII huwa mibdul b'dan li ġej:

"KAPITOLU XII Xaħmijiet laċerati mill-materjali tal-kategorija 2 għal skopijiet oleokemikali

A. Normi ta' l-ipproċessar

1. Xaħmijiet laċerati akkwistati mill-materjali tal-kategorija 2 għal skopijiet eleokemikali għandhom ikunu prodotti bl-użu tal-medodi 1 sa 5 kif referuti fl-Anness V, il-Kapitolu III.

2. Xaħmijiet laċerti akkwistati minn annimali ruminanti għandhom ikunu purifikati b'tali mod hekk li l-livell massimu ta' l-impuritajiet totali li ma jinħallux li jkun baqa' ma jkunux jeċċedu 0,15 % fil-piż;

B. Importazzjoni ta' xaħmijiet laċerati

3. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' xaħmijiet laċerati akkwistati mill-materjali tal-kategorija 2, intiżi għal proċessar bl-użu ta' metodu li mill-anqas ikun jilħaq in-normi ta' wieħed mill-proċessi deskritti fl-Anness VI, il-Kapitolu III, jekk dawn:

(a) ikunu ġejjin minn pajjiż terz li jidher fil-lista tal-Komunità elenkata fil-Parti IV ta' l-Anness XI;

(b) ikunu ġew prodotti b'konformità ma dan ir-Regolament; u

(ċ) ikunu akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 10(B) ta' l-Anness X.

4. Ix-xaħmijiet laċerati għandhom jinġarru bl-art u/jew bil-baħar mill-pajjiż ta' l-oroġini direttament lejn il-post ta' l-ispezzjoni tal-fruntira fil-Komunità.

5. Wara l-verifiki li hemm provvediment dwarhom fid-Direttiva 97/78/KE, u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta' dik id-Direttiva, ix-xaħmijiet laċerati għandhom ikunu trasportati lejn l-impjant oleokemikali tal-kategorija 2 fejn għandhom ikunu proċessati f'derivattivi tax-xaħam.

6. Iċ-ċertifikat tas-saħħa referut fil-paragrafu 3 għandu jistqarr li:

(i) ix-xaħmijiet laċerati ma jkunux imdawwra lejn xi użu apparti milli għal aktar proċessar b'metodu li mill-anqas jilħaq in-normi ta' wieħed mill-proċessi referuti fil-Kapitolu III ta' l-Anness VI; u

(ii) id-derivattivi riżultanti tax-xaħam għandhom ikunu użati biss f'fertilizzant organiku jew tat-titjieb tal-ħamrija jew xi użu tekniku ieħor, apparti milli fil-kosmetiċi, il-farmaċewtikali u apparati mediċi.

7. Iċ-ċertifikat tas-saħħa li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 3 għandu jkun ippreżentat lejn l-awtorità kompetenti fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera fl-ewwel post tad-dħul ta' l-oġġetti ġewwa il-Komunità, u minn hemm il-quddiem, kopja għandha takkompanja il-konsenja sakemm din tasal fl-impjant tad-destinazzjoni.

8. Wara l-verifika li hemm provvediment dwarha fid-Direttiva 97/78/KE, u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta' dik id-Direttiva, ix-xaħmijiet laċerati għandhom ikunu trasportati direttament lejn l-impjant tad-destinazzjoni."

(j) Il-Kapitoli XIII u XIV li ġejjin huma miżjuda:

"KAPITOLU XIII Derivattivi tax-xaħmijiet

A. Normi ta' l-ipproċessar

1. Jekk ix-xaħmijiet laċerati prodotti mill-materjal tal-kategorija 2 ma jkunux użati fil-produzzjoni ta' derivattivi tax-xaħmijiet, metodu li mill-anqas jilħaq in-normi ta' wieħed mill-proċessi referuti fil-Kapitolu III ta' l-Anness VI għandu jkun użat.

B. Importazzjoni

2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tad-derivattivi tax-xaħam biss jekk ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabilit fil-Kapitoli 14(A) jew 14(B) ta' l-Anness X jakkompanja kull konsenja.

3. Iċ-ċertifikat tas-saħħa referut fil-paragrafu 2 għandu jistqarr li:

(a) jekk jew le id-derivattivi tax-xaħam ikunux minn materjali tal-kategorija 2 jew 3;

(b) fil-każ ta' derivattivi tax-xaħam prodotti minn materjali tal-kategorija 2, li il-prodotti:

(i) ikunu ġew prodotti bl-użu ta' metodu li mill-anqas jilħaq in-normi ta' wieħed mill-proċessi referuti fil-Kapitolu III ta' l-Anness VI; u

(ii) għandhom ikunu użati biss f'fertilizzant organiku jew tat-titjieb tal-ħamrija jew xi użu tekniku ieħor, apparti milli fil-kosmetiċi, il-farmaċewtikali u apparati mediċi.

4. Iċ-ċertifikat tas-saħħa li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 2 għandu jkun ippreżentat lejn l-awtorità kompetenti fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera fl-ewwel post tad-dħul ta' l-oġġetti ġewwa il-Komunità, u minn hemm il-quddiem, kopja għandha takkompanja il-konsenja sakemm din tasal fl-impjant tad-destinazzjoni.

5. Wara l-verifika li hemm provvediment dwarha fid-Direttiva 97/78/KE, u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta' dik id-Direttiva, id-derivattivi tax-xaħmijiet għandhom ikunu trasportati direttament lejn l-impjant tad-destinazzjoni.

KAPITOLU XIV Ħtiġiet speċifiċi għall-interjuri tat-togħma għall-manifattura ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi

Il-kondizzjonijiet li ġejjin japplikaw b'żieda mal-ħtiġiet għall-approvazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu I.

A. Materja Prima

1. Il-prodotti sekondarji mill-annimali biss li huma referuti fl-Artikolu 6(1)(a) sa (j) jistgħu ikunu użati għall-produzzjoni ta' prodotti pproċessati likwidi/deidrati ta' oriġini mill-annimali użati sabiex iwaqqu il-valuri tal-palat ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi.

B. Normi ta' l-ipproċessar

2. L-interjuri tat-togħma għandhom ikunu mgħoddija minn metodu u parametri ta' trattament. Li jassigura li l-prodott ikun konformi man-normi mikro-bioloġiċi stabbiliti fl-Anness VIII, il-paragrafu 6 tal-Kapitolu II. Wara t-trattament, kull prekwazzoni għandha tittieħed sabiex tassigura li l-prodott ma jkunx espost għal kontaminazzjoni.

3. Il-prodott finali għandu:

(a) ikun ippakkjat f'pakketti ġodda jew sterilizzati; jew

(b) ikun ittrasportat fil-massa f'kontenituri jew Mezzi oħrajn tat-trasport li kienu mnaddfa u ddiżinfettati bl-akbar reqqa b'disinfettant approvat mill-awtorità kompetenti qabel ma jsir użu minnu.

C. Importazzjoni

4. L-Istati Membru għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-interjuri tat-togħma jekk dawn:

(a) ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi li jidhru fil-lista stabbilita tal-parti VII(C) ta' l-Anness XI;

(b) ikunu ġejjin minn impjant tal-produzzjoni ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jkun jilħaq il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 18;

(ċ) ikunu ġew prodotti b'konformità ma dan ir-Regolament; u

(d) ikunu akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-kampjun stabbilit fil-Kapitolu 3(E) ta' l-Anness X."

4. l-Anness X is mibdul b'dan li ġej:

"

ANNESS X

KAMPJUN TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI TA' ĊERTI PRODOTTI SEKONDARJI MILL-ANNIMALI U TA' PRODOTTI DERIVATI MINNHOM

Noti:

(a) Iċ-ċertifikati veterinarji għandhom ikunu prodotti mill-pajjiż ta' l-esportazzjoni, bażati fuq il-kampjuni li jidhru f'dan l-Anness X, skond it-taqsim tal-kampjun li jikkorrespondi mal-prodotti sekondarji ta' l-annimal konċernat. Dawn għandhom jinkludu, fl-ordni numerika li tidher fil-kampjun, l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal xi pajjiż terz u, skond ma jkun il-każ, dawk il-garanziji supplimentari li huma meħtieġa għall-pajjiż terz ta' l-esportazzjoni jew xi parti minn dak il-pajjiż terz.

(b) L-oriġinal ta' kull ċertifikat għandu jkun magħmul minn paġna waħda, iż-żewġ naħat, jew, meta aktar test ikun meħtieġ, għandu jkunu f'tali għamla li l-paġni kollha meħtieġa jkunu parti integrali minn ħaġa waħda u mhux divisibbli.

(ċ) Għandu jkun imħejji f'mill-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta' l-UE li fih l-ispezzjoni fil-post fuq il-fruntiera għandha tkun imwettqa u tal-Istat Membru ta' l-UE tad-destinazzjoni. B'dana kollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwi oħrajn, jekk meħtieġ, akkompanjati bi traduzzjoni uffiċjali.

(d) Jekk għal raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-oġġetti tal-konsenja, paġni addizzjonali ikunu mehmuża maċ-ċertifikat, dawn il-paġni għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala li jifformaw parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbu tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika, fuq kull waħda mill-paġni.

(e) Meta ċ-ċertifikat, inklużi skedi addizzjonali referuti fi (d), jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun numerata - (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni) - fil-parti ta' isfel tagħha u għandha jkollha numru ta' kodiċi taċ-ċertifikat li jkun ġie mogħti mill-awtorità kompetenti fil-parti ta' fuq tiegħu.

(f) L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jkun mimli u ffirmat minn veterinarju uffiċjali. Meta jsir dan, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' l-esportazzjoni għandhom jassiguraw li l-prinċipji ta' ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE huma segwiti (ĠU L 13, tas-16.1.1997, pġ. 28).

(g) Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak ta' l-istampar. L-istess regola tapplika gġat-timbri apparti minn dawk imqabbża jew bil-marka ta' l-ilma.

(h) L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jakkompanja l-konsenja fil-post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera ta' l-UE.

KAPITOLU 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 2 (A)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 2 (B)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 2 (C)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 3 (A)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 3 (B)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 3 (C)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 3 (D)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 3 (E)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 4 (A)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 4 (B)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 4 (C)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 5 (A)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 5 (B)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 5 (C)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 6 (A)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 6 (B)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 7 (A)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 7 (B)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Il-KAPITOLU 8 (A)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 8 (B)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 9

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 10 (A)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 10 (B)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 11

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 12

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 13

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 14 (A)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 14 (B)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 15

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

KAPITOLU 16

+++++ TIFF +++++

"

5. l-Anness XI is mibdul b'dan li ġej:

"

ANNESS XI

Il-listi ta' pajjiżi terzi li minn għandhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali li ma humiex intiżi għall-konsum uman.

L-inklużjoni ta' pajjiż f'waħda mil-listi li ġejjin hija kondizzjoni meħtieġa, imma mhux suffiċjenti, għall-importazzjoni tal-prodotti relevanti minn dak il-pajjiż. L-importazzjoni għandha wkoll tissodisfa l-ħtiġiet relevanti tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika.

PARTI I Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ħalib u prodotti bażati fuq il-ħalib (ċertifikati tas-saħħa Kapitoli 2(A), 2(B) u 2(C))

Pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna B jew il-kolonna C ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/340/KE [1].

PARTI II Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Memrbi jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' proteini pproċessati mill-annimali (eskluża t-tagħsida mill-ħut) (ċertifikat tas-saħħa Kapitolu 1)

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 79/542/KEE [2].

PARTI III Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Memrbi jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' tagħsida tal-ħut u żejt tal-ħut (ċertifikat tas-saħħa Kapitoli 1 u 9)

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE [3].

PARTI IV Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Memrbi jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' xaħmijiet laċerati (eskluż iż-żejt tal-ħut) (ċertifikat tas-saħħa Kapitoli 10(A) u 10(B))

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 79/542/KEE.

PARTI V Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Memrbi jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti tad-demm għall-materjal fil-għalf (ċertifikat tas-saħħa Kapitolu 4(B))

A. Prodotti tad-demm minn ungulati

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi li huma elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, li minnhom l-importazzjoni tal-kategorija kollha ta' laħam frisk ta' l-ispeċi rispettivi hija awtorizzata.

B. Prodotti tad-demm minn speċi oħrajn

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 79/542/KEE.

PARTI VI Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' materja prima, inklużi l-prodotti tad-demm (bl-eċċezzjoni ta' equidae) intiżi għal skopijiet tekniċi, inklużi il-prodotti farmaċewtikali (ċertifikat tas-saħħa Kapitoli 4(C) u 8(B))

A. Prodotti tad-demm

1. Prodotti tad-demm minn ungulati:

pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi li huma elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, li minnhom l-importazzjoni tal-kategorija kollha ta' laħam frisk ta' l-ispeċi rispettivi hija awtorizzata.

2. Prodotti tad-demm minn speċi oħrajn

pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 79/542/KEE.

B. Materja prima (apparti minn prodotti tad-demm) għall-użu farmaċewtikali

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KEE [4] jew fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE [5] u dawn il-pajjiżi li ġejjin:

- (JP) Il-Ġappun,

- (PH) Il-Filippini, u

- (TW) It-Tajwan.

C. Materja prima għal skopijiet tekniċi apparti milli l-użu farmaċewtiku

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-DEċiżjoni 79/542.KEE li minnhom l-importazzjoni ta' dik il-kategorija ta' laħam frisk ta' l-ispeċi rispettivi hija awtorizzata, fl-Anness tad-Deċiżjoni 94/85/KEE, jew fl-Anness tad-Deċiżjoni 200/585/KE.

PARTI VII(A) Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Memrbi jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti sekondarji għall-manifattura ta' ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi (ċertifikat tas-saħħa Kapitoli 3(B) u 8(A))

A. Prodotti sekondarji mill-annimali bovini, ovini, laprini, porċini u ekwini, inklużi l-annimali ta' l-irziezet u dawk ferjali pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi li huma elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, li minnhom l-importazzjoni ta' dik il-kategorija ta' laħam frisk ta' l-ispeċi rispettivi hija awtorizzata l-pajjiżi li ġejjin għall-prodotti sekondarji kif speċifikati:

- prodotti sekondarji ta' l-annimali mill-Bulgarija (BG), mil-Latvja (LV), mir-Rumanija (RO), (mis-Slovenja (SI)), li jikkonċernaw materjali mill-majjali;

- il-pajjiżi ta' l-Amerika ta' isfel u ta' l-Afrika ta' isfel u partijiet minnhom meta laħam maturat u mingħajr għadam ta' l-ispeċi korrespondenti huwa awtorizzat, li jikkonċerna laħam maturat u mingħajr għadam (inkluża d-dijaframma) u/jew raċanċ maturat insoffi ta' l-annimali bovini, kaprini ovini u tal-kaċċa (ferjli jew imrabbija fl-irziezet).

B. Materja prima minn tjur inklużi ir-ratiti

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħama frisk tat-tjur, li huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/KE [6] u/jew fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/609/KE [7].

C. Materja prima mill-ħut

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 97/296/KE.

D. Materja prima minn speċi oħrajn, inkluża kaċċa bir-rix, mammali oħrajn ferjali ta' l-art u leparopidae

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, jew fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/585/KE, li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk mill-istess speċi.

PARTI VII(B) Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ikel mhux imsajjar intiż għall-annimali domestiċi għall-forniment lejn il-Komunità Ewropea għal bejgħ dirett jew prodotti sekondarji ta' l-annimali sabiex ikun mitmugħ mill-annimali bil-pil fin imrobbija fl-irziezet (ċertifikat tas-saħħa Kapitolu 3(D))

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, fl-Anness I tad-Deċiżjoni 94/984/KE, jew fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/609/KE, li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk mill-istess speċi u meta biss il-laħam bl-għadam huwa awtorizzat.

Fil-każ ta' materjali mill-ħut, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 97/296/KE.

PARTI VII(C) Lista ta' pajjiċi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' interjuri tat-togħma għall-użu fil-manifattura ta' ikel intiż għall-annimali domestiċi, intiż għall-forniment lejn il-Kominità Ewropea (ċertifikat tas-saħħa Kapitolu 3(E).

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, fl-Anness I tad-Deċiżjoni 94/984/KE, jew fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/609/KE, li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk mill-istess speċi u meta biss il-laħam bl-għadam huwa awtorizzat.

Fil-każ ta' interjuri tat-togħma minn materjali tal-ħut, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE.

PARTI VIII Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Memrbi jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' lanżit tal-majjali (ċertifikat tas-saħħa Kapitoli 7(A) u 7(B)).

A. Għal lanżit mill-majjali li ma jkunx trattat, pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, li huma ħielsa mill-marda Afrikana tal-majjali għal mill-anqas 12-il xahar.

B. Għal lanżit trattat mill-majjali, pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, li mhux bil-fors li huma ħielsa mill-marda Afrikana tal-majjali għal mill-anqas 12-il xahar.

PARTI IX Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' demel għat-trattament tal-ħamrija.

A. Prodotti proċessati mid-demel

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Direttiva 79/542/KEE.

B. Demel ipproċessat mill-equidae

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta' l-Anness II tad-Direttiva 79/542/KEE għal equidae ħajjin.

C. Demel tat-tjur mhux ipproċessat

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 94/984/KE.

PARTI X Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ikel għall-annimali domestiċi u magħda tal-klieb (ċertifikati tas-saħħa Kapitoli 3(A), 3(B) u 3(C)).

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, u dawn il-pajjiċi li ġejjin:

"(LK) Sri Lanka [8]

(JP) Il-Ġappun [9]

(TW) It-Tajwan [10]."

PARTI XI Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Memrbi jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ġelatina, proteina idrolizzata, kollaġen, fosfat dikalkariku u fosfat trikalkariku (ċertifikat tas-saħħa Kapitoli 11 u 12).

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, u dawn il-pajjiżi li ġejjin:

"(KR) Ir-Repubblika tal-Kora [11]

(MY) Il-Malasja [12]

(PK) Il-Pakistan [13]

(TW) It-Tajwan [14]."

PARTI XII Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Memrbi jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-apikultura (ċertifikat tas-saħħa Kapitolu 13)

Pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Direttiva 79/542/KEE.

PARTI XIII Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Memrbi jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' serum ta' l-equidae (ċertifikat tas-saħħa Kapitolu 4(A))

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE [15], li minnhom l-importazzjoni ta' żwiemel għall-qatla hija mħollija.

PARTI XIV Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ġlud ta' l-ugulati (ċertifikati tas-saħħa Kapitoli 5(A), 5(B) u 5(C))

A. Għal ġlud friski jew imkessħa ta' l-ungulati, il-pajjiżi terzi li huma elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk ta' l-istess ispeċi.

B. Għal-ġlud trattati ta' l-ungulati, pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE.

C. Għal ġlud tratati minn ruminanti li huma intiżi għal forniment lejn il-Komunità Ewropea u li jkunu nżammu separati għal 21 jum jew li jkunu għaddew minn trasport mingħajr interruzzjoni ta' 21 jum qabel l-importazzjoni, kwalunkwe pajjiż terz.

PARTI XV Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' trofej tal-kaċċa (ċertifikat tas-saħħa Kapitoli 6(A) u 6(B))

A. Għal trofej tal-kaċċa trattati ta' l-għasafar u l-ungulati, li jkunu biss għadam, qrun, dwiefer, il-qiegħ tas-saqajn, qrun taċ-ċriev, snien, ġlud, kwalunkwe pajjiż terz.

B. Għal trofej tal-kaċċa ta' l-għasafar li jikkonsistu mill-partijiet intieri li ma jkunux ġew trattati, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE, li minnhom l-Istati Membru jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur, dawn il-pajjiżi li ġejjin:

"(GL) Il-Groenlandja

(TN) It-Tuniżja."

C. Għal trofej tal-kaċċa ta' l-ungulati li jikkonsisti mill-partijiet intieri li ma jkunux ġew ittrattati, il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna xierqa għal-laħam frisk ta' l-ungulati fil-parti ċ ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, inklużi xi restrizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna għal rimarki speċjali dwar il-laħam frisk.

PARTI XVI Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Memrbi jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti mill-bajd li ma humiex intiżi għal komnsum uman li jistgħu jintużaw bħala materjal fil-għalf (ċertifikat tas-saħħa Kapitolu 15)

Il-pajjiżi terzi elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, u l-pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur, li huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 94/984/KE u/jew l-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/609/KE.

PARTI XVII Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' għadam u prodotti ta' l-għadam (eskluża t-tagħsida ta' l-għadam), qrun u prodotti tal-qrun (eskluża t-tagħsida tal-qrun) u dwiefer u prodotti tad-dwiefer (eskluża t-tagħsida tad-dwiefer) intiżi għall-użu apparti milli materjal ta' l-għalf, fertilizzanti organiċi jew tejjieba tal-ħamrija (dikjarazzjoni Kapitolu 16)

Kwalunkwe pajjiż terz.

"

[1] ĠU L 212, tat-22.7.1989, pġ. 87.

[2] Dan jinkludi pajjiżi b’annimali ruminanti sero-pożittivi.

[3] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni bla ħsara għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità referuti fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 54).

[1] ĠU L 200, ta’ l-24.8.1995, pġ. 38.

[2] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, pġ. 15.

[3] ĠU L 196, ta’ l-24.7.1997, pġ. 82.

[4] ĠU L 44, tas-17.2.1994, pġ. 31.

[5] ĠU L 251, tas-6.10.2000, pġ. 1.

[6] ĠU L 378, tal-31.12.1994, pġ. 11.

[7] ĠU L 258, tat-12.10.2000, pġ. 49.

[8] Magħda tal-klieb magħmula biss mill-ġlud ta’ l-ungulati.

[9] Ikel proċessat għal ħut ornamentali biss.

[10] Ikel proċessat għal ħut ornamentali biss.

[11] Ġelatina biss.

[12] Ġelatina biss.

[13] Ġelatina biss.

[14] Ġelatina biss.

[15] ĠU L 73, tal-11.3.2004, pġ. 1.

--------------------------------------------------