32004R0659



Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0095 - 0096


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2004

tas-7 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 dwar l-għażla ta' azjendi li jridu jagħtu prospett sabiex jiġi determinat id-dħul ta' l-azjendi agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta' Ġunju 1965 li jistabbilixxi qafas għall-ġbir ta' l-informazzjoni dwar id-dħul u l-operat tan-negozju ta' l-azjendi agrikoli fil-Komunità Ekononika Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 4(4), 5(5) u 6 [2] tiegħu,

Billi:

(1) Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004 tas-7 ta' April 2004 li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE f'dak li jirrigwardja il-lista tad-diviżjonijiet (2), f'dak l-Anness, id-diviżjoni unika "Belġju" kienet ġiet maqsuma fi tliet diviżjonijiet. In-numru ta' oqsma li jħejju prospetti għal kull diviżjoni fil-Belġju għandhom għalhekk ikunu introdotti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 [3].

(2) L-iżvilupp tat-twassil tad-data u l-proċeduri ta' kontroll waslu sabiex ir-rapport dwar l-implementazzjoni tal-pjan ta' l-għażla għal-oqsma li jħejju l-prospetti, kif referut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 issa sar mingħajr utilità. L-Artikolu 6 u l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandhom għalhekk ikunu mħassra.

(3) Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandu għalhekk jkun emendat kif xieraq.

(4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità dwar il-Qafas tad-Data tal-Kontijiet ta' l-Irziezet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 6 huwa mħassar.

2. L-Anness I huwa emendat b'konformità ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament;

3. l-Anness II huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun japplika mis-sena tal-kontijiet 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 109, tat-23.6.1965, pġ. 1859/65. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2059/2003 (ĠU L 308, tal-25.11.2003, pġ. 1).

[2] Ara l-paġna 97 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 205, tat-13.7.1982, pġ. 40. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1555/2001 (ĠU L 205, tal-31.7.2001, pġ. 21).

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82, il-linja li tikkoċerna il-Belġju mibdula b'dan li ġej:

| 'Il-Belġju | |

341 | Vlaanderen | 600 |

342 | Bruxelles-Brussel | — |

343 | Wallonie | 400' |

--------------------------------------------------