Official Journal L 099 , 03/04/2004 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament (KE) Nru 625/2004 tal-Parlament Ewpropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jestendi u jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1659/98 fuq il-koperazzjoni deċentralizzata IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 179(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni, Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [1], U peress illi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/98 tas-17 ta' Lulju 1998 dwar il-koperazzjoni deċentralizzata [2] kien applikat sal-31ta' Diċembru 2001. (2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/98 kien emendat u estiż sal-31ta' Diċembru 2003 bir-Regolament (KE) Nru 955/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (3) L-evalwazzjoni kompletata fl-2003 wasslet għall-konklużjoni li l-linja tal-budget konċernata għandha tkun iktar iffokata. (4) L-istrument tal-koperazzjoni deċentralizzata għandu valur addizzjonali speċifiku bl-għan li jappoġġa operazzjonijiet f'sitwazzjonijiet speċifiċi u sħubija diffiċli fejn strumenti tradizzjonali ma jistgħux jintużaw jew m'humiex relevanti, u fit-termini ta' l-appoġġ li tipprovdi għad-diversifikazzjoni ta' atturi deċentralizzati bħala sħab potenzali fil-proċess ta' żvilupp. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1659/98 għandu jiġi emendat u estiż sal-31ta' Diċembru 2006 wara l-kompletazzjoni ta' l-evalwazzjoni u l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq il-parteċipazzjoni ta' atturi li mhumiex ta' l-Istat fil-politika ta' l-iżvilupp tal-Komunità. Il-qafas finanzjarju u l-perjodu tar-referenza indikati f'dak ir-Regolament għandhom jiġu rranġati. (6) Ir-Regolament (KE) Nru 1659/98 għandu jiġi emendat kif jixraq, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1659/98 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 1 Il-Komunità għandha tappoġġa operazzjonijiet u inizzjattivi fir-responsabbiltà ta' l-aġenti tal-koperazzjoni deċentralizzata tal-Komunità u tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw konċernati bit-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli, partkolarment f'sitwazzjonijiet li jinvolvu sħubija diffiċli fejn strumenti oħra ma jistgħux jintużaw. Dawn l-operazzjonijiet u l-inizzjattivi għandhom jippromwovu: - approċċ aktar parteċipatorju għall-iżvilupp, li jirrispondi għall-bżonnijiet u inizzjattivi tal-popolazzjonijiet fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, - il-kontribuzzjoni għad-diversifikazzjoni u r-rinfurzar tas-soċjeta' ċivili u d-demokrazija bażika li fuqha nbniet u ssaħħett is-soċjeta' fil-pajjiżi konċernati. Fl-appoġġar ta' dawn l-operazzjonijiet u inizzjattivi, prijorità għandha tingħata lill-aġenti tal-koperazzjoni deċentralizzata tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Il-pajjiżi kollha li għadhom qed jiżviluppaw għandhom ikunu eliġibbli għal operazzjonijiet biex jippromwovu l-koperazzjoni deċentralizzata." 2. L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej: (a) it-tieni inċiż huwa mibdul b'dan li ġej: "— l-informazzjoni u l-mobilizzazzjoni ta' l-aġenti tal-koperazzjoni deċentralizzata u parteċipazzjoni f'fora internazzjonali biex jittejjeb id-djalogu fuq il-formulazzjoni tal-politika," : (b) l-inċiż li ġej huwa inserit wara it-tielet inċiż: "— li jsaħħaħ in-networks ta' l-organizzazzjonijiet u movimenti soċjali li jagħmlu kampanji għall-iżvilupp sostenibbli, drittijiet umani, partikolarment drittijiet soċjali, u demokratizzazzjoni,". 3. L-Artikolu 3 jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 3 1. Is-sħab tal-koperazzjoni eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju skond dan ir-Regolament għandhom ikunu aġenti tal-koperazzjoni deċentralizzata fil-Komunità jew fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, bħal: awtoritajiet lokali (inkluzi dawk muniċipali), organizzazzjonijiet mhux governattivi, organizzazzjonijiet tal-popli indiġeni, assoċċjazzjonijiet lokali tal-kummerċanti u gruppi lokali taċ-ċittadini, koperattivi, trejdunjonijiet, organizzazzjonijiet tal-aġenti ekonomiċi u soċjali, organizzazzjonijiet lokali (inkluzi networks) li huma attivi fil-qasam tal-koperazzjoni u integrazzjoni deċentralizzata reġjonali, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, organizzazzjonijiet tan-nisa u taż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet tat-tagħlim, tal-kultura, tar-riċerka u tax-xjenza, universitajiet, knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi, mezzi tal-komunikazzjoni u kwalunkwe assoċjazzjonijiet mhux governattivi u fundazzjonijiet indipendenti oħra li x'aktarx jikkontribwixxu għall-iżvilupp. 2. L-attivitajiet ta' l-aġenti assoċjati ma' l-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu trasparenti u għandhom iħarsu l-prinċipji ta' l-amministrazzjoni u r-responsabbiltà sana tal-finanzi." 4. L-Artikolu 4 jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 4 Il-finanzjament mill-Komunità ta' l-operazzjonijiet imsemmijia fl-Artikolu 1 għandhom ikopru il-perjodu ta' tlett snin. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perjodu 2004 sal-2006 għandu jkun ta' 18-il miljun EUR. L-approprjazzjonijiet ta' kull sena għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorita' li għandha x'taqsam mal-budget fil-limit tal-perspettiva finanzjarja." 5. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 2 "ECU" tiġi mibdula minn "EUR"; (b) l-inċiż li ġej jiġi miżjud ma' paragrafu 3: "— bzonnijiet partikolari ta' pajjiżi fejn il-koperazzjoni uffiċjali m'hix kapaċi tikkontribwixxi b'mod sinifikattiv għall-għanijiet kif definiti fl-Artikolu 1." 6. L-Artikolu 8(1) jiġi mibdul b'dan li ġej: "1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 1658/98 tas-17 ta' Lulju 1998 dwar operarazzjonijiet ta' ko-finanzjament ma' l-organizzazzjonijiet ta' żvilupp mhux governattivi Ewropej (OMG) fl-oqsma ta' interess għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa bħala "il-Kumitat") [3]." 7. L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej: (a) l-ewwel paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej: "Bħala parti mir-rapport ta' kull sena lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq l-implimentazzjoni tal-politika ta' l-iżvilupp, il-Kummissjoni għanda tippreżenta sommarju ta' l-operazzjonijiet finanzjati, l-impatti u r-riżultati ta' dawn l-operazzjonijiet u evalwazzjoni independenti ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena, kif ukoll dettalji ta' l-aġenti tal-koperazzjoni deċentralizzata ma' liema l-kuntratti ġew konklużi."; (b) fit-tieni paragrafu "ECU" hija mibdula minn "EUR". 8. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 huwa mibdul b'dan li ġej: "Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2006." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasbourg, 31ta' Marzu 2004. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox F'isem il-Kunsill Il-President D. Roche [1] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2003 (li għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-4 ta' Marzu 2004. [2] ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 955/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 148, tas-6.6.2002, p. 1). [3] ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU l 284, tal- 31.10.2003, p. 1). --------------------------------------------------