Official Journal L 098 , 02/04/2004 P. 0004 - 0007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 614/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu, Billi: (1) Sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata kollha jew parti minna fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali għaliha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan ta' l-applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ tal-merkanzija. (3) Skond dwak ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandha tiġi klassifikata taħt il-kodiċi NM indikati f'kolonna 2, permezz tar-raġunijiet kif stabbiliti fil-kolonna 3. (4) Huwa xieraq li tipprovdi li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa li kienet maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li m'hix skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tlett xhur, tibqa' tiġi invokata mid-detentur, taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [2]. (5) Il-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali ma wassalx l-opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu dwar il-prodott Nru 2 fir-tabella annessa. (6) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Dwar il-Kodiċi Doganali dwar il-prodotti Nru 1, 3, 4, 5, 6 u 7 fit-tabella annessa, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandha tiġi klassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2. Artikolu 2 L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri, li m'hix skond dan ir-Regolament, tista' tibqa tiġi invokata għall-perjodu ta' tlett xhur skond l-artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1; Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003 (ĠU L 346, tal-31.12.2003, p. 38). [2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1; Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Kontrollatur tan-network ġo kaxxa bil-qisien ta' 355 × 285 × 115 mm, armatura tal-kristall likwidu (4 linji × 20 simbolu li jirrappreżentaw ittra) u tastiera ta' kompjuter b'erba' buttuni li jikkontrollaw.L-apparat huwa bbażat fuq mikroproċessur u jikkontjeni memorja limitata, memorja tal-programm u apparat minnfejn tidħol id-disk. Għandu faċilita' ta' apparat li jittrassmetti u jirċievi li jikkonnettja ruħu ma' l-elettriku bi plug.L-apparat għandu sa tmin ċirkuwiti elettriċi multifunzjonali li jgħaqqdu apparat ma' ieħor u jittrasmettu data kkowdjat f'fomat wieħed ġo format ieħor għall-konfigurazzjoni u konnessjonijiet tan-network.L-apparat jipproċessa sinjali u jirrifformattja d-data għat-trasmissjoni bejn magna li tipproċessa d-data awtomatikament u radju li jittrassmetti u jirċievi fuq network mgħoddi bil-wires. | 84718000 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-nota 3 tat-taqsima XVI u mill-għażla tal-kliem użat fil-kodiċi NM 8471 u 84718000. Il-funzjoni bħala unità ta' konnessjoni in relazzjoni mal-funzjoni tal-memorja huwa l-objettiv prinċipali li jikkaratterizza l-oġġett sħiħ. | 2.Kontrollatur tan-network b' unità ta' radju li jittrasmetti u jirċievi mibni ġo fih, ġo kaxxa bil-qisien ta' 355 × 285 × 115 mm, armatura tal-kristall likwidu (4 linji × 20 simbolu li jirrappreżentaw ittra) u tastiera ta' kompjuter b'erba' buttuni li jikkontrollaw.L-apparat huwa bbażat fuq mikroproċessur u jikkontjeni memorja limitata, memorja tal-programm u apparat minnfejn tidħol id-disk.L-unità tar-radju li jittrasmetti u jirċievi tikkonsisti f'komponent bi frekwenza għolja (komponent FGĦ) b' antenna, filtru, amplifikatur, strument li jipproduċi oxxillazzjonijiet elettriċi u sintetizzatur tal-frekwenza. Din l-unità titrasmetti fil-limiti tal-frekwenza ta' bejn l-403 sa 512 MHz sa 20 stazzjon programmabli fil-limitu ta' 400 m.L-apparat għandu sa tmin ċirkuwiti elettriċi multifunzjonali li jgħaqqdu apparat ma' ieħor u jittrasmettu data kkowdjat f'fomat wieħed ġo format ieħor għall-konfigurazzjoni u konnessjonijiet tan-network.L-apparat jipproċessa sinjali u jirrifformattja d-data għat-trasmissjoni bejn magna li tipproċessa d-data awtomatikament u radju li jittrassmetti u jirċievi fuq network mgħoddi bil-wire. | 84718000 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-nota 3 tat-taqsima XVI u mill-għażla tal-kliem użat fil-kodiċi NM 8471 u 84718000. Il-funzjoni bħala unità ta' konnessjoni in relazzjoni mal-funzjoni tal-memorja huwa l-objettiv prinċipali li jikkaratterizza l-oġġett sħiħ. | 3.Kontrollatur tar-radju li jikkollega f'kaxxa bil-qisien ta' 279 × 224 × 89 mm, tmien buttuni li jagħżlu u antenna.L-apparat jikkonsisti f'mikroproċessur, memorja tal-programm u radju li jittrasmetti u jirċievi.Ir-radju jittrasmetti u jirċievi data fuq mhux aktar minn tmien stazzjonijiet fil-limiti tal-frekwenza ta' 403 sa 512 MHz fil-limitu ta' 400 m.L-istrument għandu ċirkuwit elettriku li jgħaqqad apparat ma' ieħor u jittrasmetti data kkowdjat f'fomat wieħed ġo format ieħor, li jagħmlu kapaċi li jirċievi d-data minn terminali bla wire, u jgħaddiha lin-network via kontrollatur tan-network. Huwa wkoll ikkonnettjat ma' magna awtomatika li tipproċessa d-data. | 85252099 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-nota 3 tat-taqsima XVI u mill-għażla tal-kliem użat fil-kodiċi NM 8525,852520 u 85252099. It-trasmissjoni/riċezzjoni tar-radju hija l-objettiv prinċipali li tikkaratterizza l-oġġett sħiħ. | 4.Fetħa bi lqugħ bla wire ġo kaxxa bil-qisien ta' 292 × 292 × 70 mm b'antenna.L-apparat jikkonsisti f'mikroproċessur, memorji tal-programm u radju li jittrasmetti u jirċievi.Dan ir-radju jittrasmetti u jirċievi data fuq mhux iktar minn tminn stazzjonijiet fil-limiti tal-frekwenza ta' 403 sa 512 MHz fil-limitu ta' 400 m.L-istrument għandu ċirkuwit elettriku li jgħaqqad apparat ma' ieħor u jittrasmetti data kkowdjat f'fomat wieħed ġo format ieħor, li jagħmlu kapaċi li jirċievi d-data minn terminali bla wire, u jgħaddiha direttament lin-network. Huwa wkoll ikkonnettjat ma' magna awtomatika li tipproċessa d-data. | 85252099 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-nota 3 tat-taqsima XVI u mill-għażla tal-kliem użat fil-kodiċi NM 8525,852520 u 85252099. It-trasmissjoni/riċezzjoni tar-radju hija l-objettiv prinċipali li tikkaratterizza l-oġġett sħiħ. | 5.Strument ta' l-idejn li jikkonsisti f'mikroproċessur, f'armatura tal-kristall likwidu, tastiera tal-kompjuter bil-buttuni biex tiddaħħal id-data u li jikkontrollaw, radju li jittrasmetti u jirċievi u ċirkuwit elettriku li jgħaqqad apparat ma' ieħor u jittrasmetti data kkowdjata f'format wieħed ġo format ieħor għal apparat li jaqra kowd ta' linji.Id-data hija mdaħħla manwalment fl-istrment. Il-funzjoni tiegħu hija li jbiddel id-data ma' magna awtomatika li tipproċessa d-data via fetħa bi lqugħ bla wires jew kontrollatur tan-network. | 85252099 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-nota 3 tat-taqsima XVI u mill-għażla tal-kliem użat fil-kodiċi NM 8525,852520 u 85252099. It-trasmissjoni/riċezzjoni tar-radju hija l-objettiv prinċipali li tikkaratterizza l-oġġett sħiħ. | 6.Strument ta' l-idejn li jikkonsisti f'mikroproċessur, b'armatura tal-kristall likwidu, tastiera tal-komjuter bil-buttuni biex tiddaħħal id-data u li jikkontrollaw, radju li jittrasmetti u jirċievi u ċirkuwit elettriku li jgħaqqad apparat m' ieħor u jittrasmetti data kkowdjata f'format wieħed ġo format ieħor għal apparat li jaqra kowd ta' linji.Id-data hija mdaħħla fl-istrment jew manwalment jew permezz ta' l-istrument li jaqra l-kowd tal-linji. Il-funzjoni tiegħu hija li jbiddel id-data ma' magna awtomatika li tipproċessa d-data via fetħa bi lqugħ bla wire jew kontrollatur tan-network. | 85252099 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-nota 3 tat-taqsima XVI u mill-għażla tal-kliem użat fil-kodiċi NM 8525,852520 u 85252099. It-trasmissjoni/riċezzjoni tar-radju hija l-objettiv prinċipali li tikkaratterizza l-oġġett sħiħ. | 7.Sistema ta' l-amministrazzjoni tal-merkanzija għat-tixrid ta' istruzzjonijiet lill-istaff eż. ġo l-imħażen, u t-trasferiment tad-data minn magni li jippakkjaw għal magni awtomatiċi li jipproċessaw id-data kemm bi trasmissjoni tar-radju fil-limitu ta' 400 m u bil-wire.Is-sistema tikkonsisti f': | | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-għażla tal-kliem użat fil-kodiċi NM relevanti. Il-komponenti tas-sistema interkonnessi individwalment ma jagħmlux xi funzjoni definita preċiżament fis-sens tan-nota 4 tat-taqsima XVI. | —kontrollatur tan-network | 84718000 | —kontrollatur ta' radju li jikkollega | 85252099 | —ftugħ bl-ilqugħ bla wire | 85252099 | —terminal ta' l-idejn | 85252099 | —terminal ta' l-idejn b'apparat li jaqra l-kowd tal-linji | 85252099 | Id-data hija mibgħuta bir-radju mit-terminali ta' l-idejn jew lill-kontrollatur tar-radju li jikkollega jew lill-ftuħ bl-ilqugħ u trasferit minn hemm permezz tal-wire via l-kontrollatur tan-network lill-magni awtomatiċi li jipproċċessaw id-data (mhux komponenti tas-sistema). Il-komponenti tas-sistema huma mqegħda flimkien f'komposizzjonijiet li jvarajaw. (Ara l-istampa) [1] | | +++++ TIFF +++++ [1] L-istampa hija purament għall-informazzjoni. --------------------------------------------------