Official Journal L 097 , 01/04/2004 P. 0034 - 0038
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 604/2004 tad-29 ta’ Marzu 2004 dwar il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni rigward it-tabakk, mill-ħsad tal-2000 ‘il-quddiem IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 2003 dwar l-orgnizzazzjoni komuni tas-suq fit-tabakk mhux maħdum [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2319/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 21 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2636/1999 ta’ l-14 ta’ Diċembru 1999 dwar il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni rigward it-tabakk mill-ħsad tas-sena 2000 ‘il quddiem u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1771/93 [3], kien ġie sostanzjalment emendat diversi drabi [4]. Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jkun kodifikat. (2) L-informazzjoni li għandha tkun ikkommunikata permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 u r-regolamenti adottati għall-applikazzjoni tiegħu għandhom ikunu stabbiliti. (3) Fl-interess ta’ amministrazzjoni effiċjenti, din l-informazzjoni għandha tkun miġbura fi gruppi u tabella taż-żmien għandha tkun stabbilita għall-preżentazzjoni tagħha. (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għat-Tabakk, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi I, II u III skond il-limiti taż-żmien mogħtija fihom. L-informazzjoni għandha tkun ipprovduta għal kull waħda mill-ħsad u għal kull grupp tal-varjetajiet. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jipprovduhom bl-informazzjoni meħtieġa fi ħdan il-limiti taż-żmien relevanti. Artikolu 3 L-informazzjoni dwar il-ħażniet miżmuma mill-intrapriżi ta’ l-ewwel proċessar għandhom ikunu kkommunikati b’konformità ma’ l-Anness III. Artikolu 4 Ir-Regolament (KE) Nru 2636/1999 huwa mħassar. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness V. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Marzu 2004. Ghall-Kummissjoni Romano Prodi Il-President [1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70. [2] ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 17. [3] ĠU L 323, tal-15.12.1999, p. 4. [4] Ara l-Anness IV. -------------------------------------------------- L-ANNESS I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS III +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS IV Ir-regolament mħassra bl-amendi suċċessivi tiegħu Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2636/1999 | (ĠU L 323, tal-15.12.1999, p. 4) | Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1639/2000 | (ĠU L 187, tas-26.7.2000, p. 39) | Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2001 | (ĠU L 57, tas-27.2.2001, p. 16). | -------------------------------------------------- L-ANNESS V TABELLA TA’ KORRELAZZJONI Ir-Regolament (KE) Nru 2636/1999 | Dan ir-Regolament | L-Artikoli 1, 2 u 3 | L-Artikoli 1, 2 u 3 | L-Artikolu 4 | — | — | L-Artikolu 4 | L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 | L-Annessi I, II u III: | L-Annessi I, II u III: | — | L-Anness IV | — | L-Anness V | --------------------------------------------------