Official Journal L 085 , 23/03/2004 P. 0003 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 526/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jemenda l-ispeċifikazzjoni għall-isem li jidher fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjoni ta' l-oriġini (Espárrago de Navarra) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-identifikazzjoni u l-ismijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel [1], u in partikolari l-Artikolu 9, Billi: (1) Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, għall-isem Espárrago de Navarra, reġistrat bħala indikazzjoni ġeografika protetta permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 [2], Spanja għamlet talba għal bidliet fid-deskrizzjoni u ż-żona ġeografika. (2) L-iskrutinju tat-talba wera li l-emendi proposti ma humiex irrilevanti. (3) Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, il-proċedura tal-Artikolu 6 għandha tiġi applikata mutatis mutandis. (4) L-emendi proposti huma kkunsidrati konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Wara il-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [3] il-Kummissjoni ma irċevietx oġġezzjonijiet skond l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament. (5) L-emendi għandhom għalhekk jiġu reġistrati u ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-emendi fl-ANNESS I ta' dan ir-Regolament huma hawnhekk reġistrati u huma ppubblikati skond kif rikjest mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Sommarju tal-punti prinċipali tal-ispeċifikazzjoniji huwa mogħti fl-ANNESS II ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Marzu 2004. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 208, ta' l-24.7.99, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.3, p. 1). [2] ĠU L 148, tal-21.6.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1660/2003 (ĠU L 234, ta' l-20.9.3, p. 10). [3] ĠU C 110, tat-8.5.2003, p. 20 (Espárrago de Navarra) -------------------------------------------------- L-Anness I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II SOMMARJU Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 "ESPÁRRAGO DE NAVARRA" PDO () IĠP (X) Applikazzjoni nazzjonali Nru: -- 1. Dipartiment risponsabbli fl-Istat Membru: Isem: | Subdirección General de Sistemas de Calidad Diferenciada. Dirección General de Alimentación. Secretaría General de Agricultura y Alimentación del Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación de España. | Indirizz: | Paseo Infanta Isabel, 1 - E-28071 Madrid | Nru tat-Telefon: | (34-91) 347 53 94 | Fax: | (34-91) 347 54 10 | E-mail: | mvegaalv@mapya.es | 2. Grupp applikant: 2.1. Isem: Consejo Regulador de la Denominación Específica "Espárrago de Navarra" (Organu Regolatorju tad-deskrizzjoni speċifika "Espárrago de Navarra") Indirizz: | Avda. Serapio Huici, 22 - E-31610 Villava | Nru tat-Telefon: | (34-94) 801 30 45 | Fax: | (34-94) 801 30 46 | 2.2. 2.3. Kompożizzjoni: Prodottur/Proċessur (X) ieħor () 3. Tip ta' prodott: Ħaxix – Kategorija 1.8 4. Speċifikazzjoni: (Sommarju tar-rekwiżiti skond l-artikolu 4(2)) 4.1. Isem: "Espárrago de Navarra" (Spraġ ta' Navarra) 4.2. Deskrizzjoni: friegħi friski u teneri ta' Asparragus officinalis L, fil-vjola, abjad u ahdar, tal-varjetajiet "Argenteuil", "Dariana", "Desto", "Cipres", "Grolim", "Juno", "Steline" u "Thielim", għall-konsum meta friski jew priservati, ta' tul, diametru u klassi stabbiliti. L-Għelieqi jistgħu jinkludu sa 20 % ta' varjetajiet mhux approvati. 4.3. Żoni ġeografiċi: Fil-wied ċentrali Ebro, iż-żona ta' produzzjoni tkopri 263 muniċipalità fin-Navarra, Rioja u Aragona. 4.4. Prova tal-oriġini: Pjantazzjonijiet reġistrati kif imiss; li jipproċessaw ġewwa fabbriki reġistrati fiż-żona ta' produzzjoni; tikketti u tikketti ta' denominazzjoni enumerati li ħarġu mill-organu regolatorju. 4.5. Metodu ta' produzzjoni: Spraġ minn pjantazzjonijiet reġistrati, maħsuda u trasportati lejn il-fabbriki b'mezzi li jippermettu l-preservazzjoni tal-kondizzjoni u jżommu l-prodott frisk; huwa proċessat taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-organu regolatorju. 4.6. Rabta: L-ispraġ huwa mkabbar fit-tafal jew f'ħamrija taflija miftuħa b'pH kemmxejn bażiku; il-klima huwa kontinentali b'influwenza Mediterranja u t-temperaturi medji huma 13 sa 14oC. L-użu ta' tekniki xierqa ta' kultivazzjoni, ħsad u produzzjoni, li huma ispezzjonati. 4.7. Organu ta' Ispezzjoni: Isem: | Consejo Regulador de la Denominación Específica Espárrago de Navarra | Indirizz: | Avda. Serapio Huici, 22 E-31610 Villava | Nru tat-Telefon: | (34-94) 801 30 45 | Fax: | (34 94) 801 30 46 | 4.8. Tikkettjar: It-tikketti għandhom ikunu awtorizzati mill-organu regolatorju. Il-kliem "Denominación Específica Espárrago de Navarra" iridu jidhru. Tikketti numerati li jiċċertifikaw id-deskrizzjoni huma maħruġa mill-organu regolatorju. 4.9. Kondizzjonijiet nazzjonali: Liġi 25/1970 tat-2 ta' Diċembru 1970. Ordni tat-13 ta' Lulju 1993 li tapprova d-denominazzjoni speċifika Espárrago de Navarra u l-organu regolatorju tiegħu. KE Nru: ES/00 98/94.01.24 Data ta' irċevuta tal-applikazzjoni kompluta: tad- 19.11.2003 --------------------------------------------------