32004R0499



Official Journal L 080 , 18/03/2004 P. 0024 - 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 499/2004

tas-17 ta' Marzu 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2003 dwar il-limitu ta' żmien u l-mudell għar-rapportaġġ fis-settur tal-bovini (jew ta' l-ifrat)

(Test b'relevanza għall-EE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidraT ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju tas-sena 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali bovini u li jittratta dwar l-ittikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u l-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 [1], u b'mod partikolari-Artikolu 10(d) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2003 [2] jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar il-livell minimu ta' kontrolli li għandhom jiġu meħuda fil-kwadru tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali bovini.

(2) It-terminu perentorju biex jiġu rrapportati il-kontrolli annwali taħt ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 għandu jiġi allineat mat-terminu perentorju għas-sottomissjoni tar-rapporti fuq il-premiums annwali taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 li jniżżel regoli dettaljati biex tiġi applikata l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta' kontroll għal ċertu skemi ta' għajnuna Komunitarja stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 [3].

(3) B'għan biex tiġi assigurata koperazzjoni effiċjenti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tar-riżultati tal-kontrolli fis-settur tal-bovini (jew ta' l-ifrat) fil-kwadru tar-rapporti annwali previsti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1082/2003, huwa importanti li jiġi mtejjeb il-mudell eżistenti għall-komunikazzjoni ta' dawn ir-rapporti sabiex ikabbru l-kapaċità informativa u l-komparabilità dawn ir-rapporti.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 jeħtieġ għalhekk illi jiġi emendat skond iċ-ċirkostanzi.

(5) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 5(1) "l-1 ta' Lulju" qed tiġi mibdula għall-"31 ta' Awissu".

2. L-Anness I qed jiġi mibdul mit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessita' tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 204, tal-11.8.00, pġ. 1.

[2] ĠU L 156, tal-25.6.3, pġ. 9.

[3] ĠU L 327, tat-12.12.1, pġ. 11, Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 118/2004 (ĠU L 17, ta’ l-24.1.4, pġ. 7).

--------------------------------------------------

ANNESS

"

“ANNESS 1

Rapport dwar ir-riżultati tal-kontrolli magħmula fis-settur bovin fejn għandu x'jaqsam mad-dispsizzjonijiet tal-Komunità għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------