Official Journal L 080 , 18/03/2004 P. 0006 - 0007
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 492/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2002 li jimponi dazju tas-sisa definittiv protettiv fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulphanilic li joriġina fl-Indja u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2002 li jomponi dazju defittiv kontra bejgħ bl-irħis fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulphanilic li joriġina, fost pajjiżi oħra mill-Indja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropej, Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet biex jinbiegħu bl-irħis minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu, Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi m'humiex memri tal-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 13 u 15 tiegħu [2], Wara li kkonsidra l-proposta mibgħuta mill-Kummissjoni wara li kkonsulta mal-Kumitat ta' Konsulenza, Billi: A. PROĊEDURA TA' QABEL (1) F'Lulju 2002, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1338/2002 [3], impona dazji tas-sisa definittivi protettivi fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulphanilic li joriġina fl-Indja. Fl-istess jum, il-Kunsill, peremzz tar-Regolament (KE) Nru 1339/2002 [4], impona dazji tas-sisa definittivi protettivi fuq l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulphanilic li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Indja. (2) Fi ħdan il-qafas ta'dawn il-proċedimenti, il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2002/611/KE [5], aċċettat prezz marbut offrut mill-kumpanija Indjana Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd (il-Kumpanija). (3) L-importazzjonijiet ta' aċidu sulphanilic acid li joriġina fl-Indja, esportat lejn il-Komunità mill-Kumpanija (kodiċi addizzjonali TARIC A 398), kienu eżentati mid-dazji tas-sisa protettivi u kontra bejħ bl-irħis permezz ta' l-Artikolu 2 tar-Regolamenti (KE) Nru 1338/2002 u (KE) Nru 1339/2002. B. IRTIRAR VOLONTARJU TA' IMPENN (4) Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd avżat lill-Kummissjoni f'Diċembru 2003 li xtaqet tirtira l-impenn volontarju. (5) Għalhekk, id-Deċiżjoni 2002/611/KE ġiet imħassra. C. DAZJI TAS-SISA DEFINITTIVI TA' PROTEZZJONI U KONTRA BEJGĦ BL-IRĦIS (6) L-investigazzjoni li wasslet għall-impenn offrut mill-Kumpanija kienet konkluża permezz ta' (i) stabbiliment finali fir-rigward ta' l-issussidjar u l-ħsara permezz tar-Regolament (KE) Nru 1338/2002 u (ii) stabbiliment finali fir-rigward ta' bejgħ bl-irħis u ħsara permess tar-Regolament (KE) Nru 1339/2002. (7) Skond l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 u l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, ir-rata ta' dazju tas-sisa protettiv u kontra prezzijiet bl-irħis li għandu jkun impost fuq importazzjonijiet prodotti u esportati mill-Kumpanija għandha tkun ibbażata fuq il-fatti stabbiliti fil-kuntest ta' l-investigazzjonijiet li wasslu għall-impenn. F'dan ir-rigward, minħabba l-paragrafu 67 li jesponi l-fatti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2002 u l-paragrafu 46 li jesponi l-fatti tr-Regolament (KE) Nru 1339/2002, huwa kunsidrat xieraq li r-rata ta' dazju tas-sista definittiv ta' protezzjoni għandha tiġi ffisata fil-livell ta' 7,1 % skond il-valur u r-rata definittiva tad-dazju kontra prezzijiet bl-irħis fil-livell ta' 18,3 % skond il-valur. D. EMENDA TAR-REGOLAMENTI (KE) Nru 1338/2002 U (KE) Nru 1339/2002 (8) In vista ta' dak imniżżel hawn fuq, l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2002, kif ukoll l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2 tar-Regolament 1339/2002 u l-annessi tagħhom li jikkorrispondu għandhom jitħassru, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2002 u l-Anness li jinsab miegħu huma b'dan imħassra. Artikolu 2 L-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1339/2002 u l-Anness li jinsab miegħu huma b'dan imħassra. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 8 ta' Marzu 2004. Għall-Kunsill Il-President D. Ahern [1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 7.11.2002, p. 1). [2] ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1973/2002 (ĠU L 305, 7.11.2002, p. 4). [3] ĠU L 196, 25.7.2002, p. 1. [4] ĠU L 196, 25.7.2002, p. 11, Regolament kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 236/2004, (ĠU L 40, 12.2.2004, p. 17). [5] ĠU L 196, 25.7.2002, p. 36. --------------------------------------------------