32004R0490



Official Journal L 079 , 17/03/2004 P. 0023 - 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 490/2004

tas-16 ta' Marzu 2004

dwar l-awtorizzazzjoni provviżorja ta' użu ġdid ta' addittiv diġà awtorizzat għall-għalf ta' l-annimali (Saccharomyces cerevisiae)

(Test b'rilevanza għaz-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar addittivi fl-għalf ta' l-annimali( [1]), kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1756/2002( [2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 u 9e(1) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva Nru 70/524/KEE tipprovdi li ebda addittiv ma jista' jitqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni mill-Komunità.

(2) Fil-każ ta' addittivi msemmija fil-Parti II ta' l-Anness Ċ tad-Direttiva Nru 70/524, li tinkludi l-mikro-organiżmi, tista' tingħata awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li jkun diġà awtorizzat jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva jkunu sodisfatti, u jekk wieħed ikun jista' jassumi b'mod raġonevoli, minħabba r-riżultati disponibbli, li meta jkun użat fl-alimentazzjoni ta' l-annimali jkollu wieħed mill-effetti msemmija fl-Artikolu 2(a) ta' dik id-Direttiva. Awtorizzazzjoni provviżorja bħal din tista' tingħata għal perjodu li ma jeċċedix l-erba' snin fil-każ ta' addittivi msemmija fil-Parti II ta' l-Anness Ċ ta' dik id-Direttiva.

(3) L-użu tal-preparat tal-mikro-organiżmu tas-Saccharomyces cerevisiae (CBS 493.94) ġie awtorizzat, għall-ewwel darba, għall-għoġiela mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/1998 [3], għall-ifrat għas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/1999 [4] u għall-baqar tal-ħalib mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 937/2001 [5]. Dawn l-awtorizzazzjonijiet kienu ġew modifikati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2200/2001 [6].

(4) Ġiet mibgħuta data ġdida bħala sostenn għall-applikazzjoni biex l-awtorizzazzjoni ta' dan l-addittiv tkun estiża għaż-żwiemel.

(5) L-istima ta' l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mibgħuta fir-rigward ta' l-użu ġdid ta' dan l-addittiv, turi li l-kondizzjonijiet previsti fid-Direttiva Nru 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni provviżorja huma sodisfatti.

(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (Il-Pànel Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanżi wżati għall-Għalf tal-Annimali) tat opinjoni favorevoli fit-13 ta' Novembru 2003 dwar is-sigurtà ta' l-addittiv meta wżat fil-kategorija taż-żwiemel, taħt il-kondizzjonijiet ta' l-użu stipulati fl-anness ta' dan ir-Regolament.

(7) L-użu ta' dan l-addittiv għaż-żwiemel għandu għalhekk ikun awtorizzat provviżorjament għal perjodu ta' erba' snin.

(8) L-istima ta' l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa biex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esposizzjoni għall-addittiv stipulat fl-Anness. Protezzjoni bħal din għandha tkun garantita bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol [7], kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [8].

(9) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat li jappartieni għall-grupp "Mikro-organiżmi" kif stipulat fl-Anness huwa awtorizzat provviżorjament għall-użu bħala addittiv fl-alimentazzjoni ta' l-annimali taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurrnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta' l-14.12.70, p. 1.

[2] ĠU L 265, tat-3.10.2, p. 1.

[3] ĠU L 191, tas-7.7.98, p. 15.

[4] ĠU L 108, tas-27.4.99, p. 21.

[5] ĠU L 130, tat-12.5.1, p. 25.

[6] ĠU L 299, tal-15.11.1, p. 1.

[7] ĠU L 183, tad-29.6.89, p. 1.

[8] ĠU L 284, tal-31.10.3, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Nru (jew NruKE) | Addittiv | Formula kimika, deskrizzjoni | speċi jew kategorija ta' l-annimali | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Provvedimenti oħrajn | Għeluq tal-perjodu ta' l-awtorizzazzjoni |

CFU/kg of complete feedingstuff | CFU/kg of complete feedingstuff |

Mikro-organiżmi

5 | Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 | Preparat tas-Saccharomyces cerevisiae li jkun fih minimu ta': 1 × 108CFU/g addittiv | Żwiemel | — | 4 × 109 | 2,5 × 1010 | Fid-direttivi għall-użu ta' l-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja tal-ħażna u l-istabbiltà waqt li tkun qed tiġi ffurmata l-merkanzija. Il-kwanitità ta' Saccharomyces cerevisiae fi ir-razzjon ta' kuljum ma għandux jeċċedi l-4.17 × 1010 CFU għal piż ta' 100kg. Użu permess minn xahrejn wara l-ftim. | tas- 17.3.2008 ta' l- 20.3.2008 |

--------------------------------------------------