32004R0422



Official Journal L 070 , 09/03/2004 P. 0001 - 0007


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 422/2004

tad-19 ta' Frar 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade-mark fil-Komunità

(Test b'relevanza ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkonsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2]

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/90 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade-marks fil-Komunità [3], stabbilixxi sistema unitarja tal-protezzjoni tat-trade-marks matul l-Istati Membri permezz tar-reġistrazzjoni tal-Komunità. Din is-sistema kienet ġeneralment wettqet l-ispettazzjonijiet ta' l-utenti. Din għandha wkoll effett pożittiv fuq l-akkwist effettiv tas-suq intern.

(2) Il-funzjonament tas-sistema kien għamilha possibbli li jkunu identifikati l-aspetti l-oħrajn li jistgħu jikklarifikaw u aktar jissuplementawha, b'hekk jagħmluha possibbli li jtejjbu l-effettività tas-sistema, iqawwu l-valur li hija żżid u tantiċipa, sa minn issa, il-konsegwenzi ta' membri addizzjonali fil-ġejjieni, mingħajr ma jkun meħtieġ li jidblu s-sustanza tas-sistema, li kienet wriet bħala li hija perfettament valida f'dak li jirrigwardja l-miri stabbiliti.

(3) Is-sistema tat-trade-mark tal-Komunità għandha ssir aċċessibbli għal kullhadd, mingħajr xi ħtieġa ta' reċiproċità, ekwivalenza u/jew nazzjonalità. Din tkun tinkorraġġixxi l-kummerċ fis-suq dinji. Tali ħtiġiet jagħmlu s-sistema komplesa, mhux flessibbli u mhux effettiva. B'żieda, fil-kuntest tas-sistema ġdida ta' disinn tal-Komunità, il-Kunsill ħa linja flessibli dwar din il-kwistjoni.

(4) Sabiex tkun razzjonalizzata l-proċedura, is-sistema tat-tfittix għandha tkun emendata. Għandha tibqa obligatorja għat-trade-marks tal-Komunit imma għandha ssir voluntarja, suġġetti għall-pagament ta' miżata, għal riċerkaturi fir-reġistri tat-trade-marks tal-Istati Membri li jkunu innotifikaw id-deċiżjoni tagħhom li jwettqu tali riċerka. Aktar minn hekk, miżuri għandhom ikunu ipprovduti bil-għan li jtejjbu l-kwalità tar-rapporti tar-riċerka, jassiguraw akbar uniformità bl-użu ta' formula standard u jistabbilixxu l-kontenuti essenzali tagħhom.

(5) Ċerti miżuri għandhom jittieħdu sabiex jagħtu lill-Bordijiet ta' l-Appell meżżi addizzjonali għat-tħaffif tad-deċiżjonijiet tagħhom u għat-tittjib ta' l-operazzjonijiet tagħhom.

(6) L-esperjenza akkwistata fl-applikar tas-sistema aċċennat il-possibbiltà tat-tittjib ta' ċerti aspetti tal-proċedura. Konsegwentament, ċerti punti għandhom ikunu emendati u oħrajn miżjuda sabiex joffru lill-utenti prodott ta' kwalità għola li jkun l-istess kompetittiv,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 40/94 huwa b'hekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 5 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 5

Persuni li jistgħu jkunu propjetarji tat-trade-marks tal-Komunità

Kwalunkwe persuna naturali jew legali, inklużi l-awtoritajiet stabbiliti permezz tal-liġi pubblika, jistgħu jkunu propjetarji ta' trade-mark tal-Komunità.";

2. fl-Artikolu 7(1) il-punt li ġej għandu jkun miżjud:

"(k) trade-marks li jkun fihom, jekk jikkonsistu minn designazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, irreġistrata b'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 meta dawn ikunu jikkorrespondu għal waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet koperti bl-Artikolu 13 ta' l-imsemmi Regolament u li jirigwardjaw l-istess tip ta' prodott, bil-kondizzjoni li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade-mark tkun ġiet ippreżentata wara d-data tal-wassla għand il-Kummissjoni ta' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-designazzjoni ta' l-oriġini jew ta' l-indikazzjoni ġeografika.";

3. Fl-Artikolu 8(4), is-subparagrafu introduttorju għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"4. Ma l-opposizzjoni mill-propjetarju tat-trade-mark mhux-reġistrata jew ta' xi sinjal ieħor użat fil-korsa tal-kummerċ ta' aktar minn sempliċement ta' sinifikanza lokali, it-trade-mark li tkun saret applikazzjoni dwarha m'għandiex tkun reġistrata meta u sal-limitu li, bis-saħħa tal-leġislazzjoni tal-Komunità jew tal-liġi tal-Istat Membru li jirregola dak is-sinjal:";

4. L-Artikolu 21 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 21

Proċedimenti ta' falliment

1. Dawk il-proċedimenti ta' falliment biss li fihom it-trade-mark tal-Komunità tista tkun involuta huma dawk miftuħha fl-Istat Membru tat-territorju li fih id-debitur ikollu ċ-ċentru ta' l-interessi ewlenija tiegħu.

B'dana kollu, meta d-debitur hija impriża ta' l-assigurazzjoni jew istituzzjoni tal-kreditu kif definit fid-Direttivi 2001/17/KE [4] u 2001/24/KE [5], rispettivament, l-uniċi proċediment ta' falliment li fihom trade-mark tal-Komunità tista tkun involuta huma dawk mibdiji fl-Istat Membru ta' fejn dik l-impriża jew l-istituzzjoni tkun ġiet awtorizzata.

2. Fil-każ ta' proprjetà konġunta ta' trade-mark tal-Komunità, il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli għas-sehem tal-propjetarju konġunt.

3. Meta trade-mark tal-Komunità hija nvoluta fi proċedimenti ta' falliment, fuq it-talba ta' l-awtorità nazzjonali kompetenti, id-dħul għal dan l-effett għandu jseħħ fir-Reġistru u jkunu ippublikati fil-Bulletin tat-Trade-Marks tal-Komunità referut fl-Artikolu 85.";

5. L-Artikolu 25(3) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"3. L-applikazzjonijiet referuti fil-paragrafu 2 li jaslu għandu l-Uffiċċju aktar minn xahrejn wara li jkunu ġew ippreżentati, għandhom ikunu meqjusa bħala li jkunu ġew ippreżentati fid-data li fiha l-applikazzjoni tkun wasslet għand l-Uffiċċju.";

6. L-Artikolu 35(1) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-propjetarju ta' trade-mark tal-Komunità li huwa l-propjetarju ta' trade-mark identika aktar kmieni irreġistrata fi Stat Membru, inkluża trade-mark irreġistrata fil-pajjiżi Benelux jew ta' trade-mark identika aktar kmieni, b'reġistrazzjoni internazzjonali effettiva fi Stat Membru, għall-oġġetti jew is-servizzi li huma identiċi għal dawk li t-trade-mark aktar kmieni kien ġiet irreġistrata, li tkun inkluża fihom, jista jitlob senjorità tat-trade-mark aktar kmieni fir-rigward tal-Istat Membru li fih jew li għalieh tkun ġiet irrġeistrata.";

7. L-Artikolu 36(1)(b) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(b) l-applikazzjoni għat-trade-mark tal-Komunità tkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni.";

8. L-Artikolu 37 għandu jkun imħassar;

9. L-Artikolu 39 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 39

Riċerka

1. La darba l-Uffiċċju jkun alloka data tal-preżentazzjoni, dan għandu jħejji rapport tar-riċerka tal-Komunità, jikkwota dawk it-trade-marks tal-Komunità aktar kmieni jew l-applikazzjonijiet misjuba għal trade-marks tal-Komunità li jistgħu jkunu nvokati permezz ta' l-Artikolu 8 kontra r-reġistrazzjoni tat-trade-mark tal-Komunità li tkun saret applikazzjoni dwarha.

2. Meta, fil-waqt tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni għal trade-mark tal-Komunità, l-applikant jitlob li rapport tar-riċerka jkun ukoll ippreparat mill-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u meta l-miżata xierqa tar-riċerka tkun ġiet imħallsa fil-limitu ta' żmien għall-pagament tal-mizata tal-preżentazzjoni, l-uffiċċju għandu, malli l-applikazzjoni għal trade-mark tal-Komunità tkun ġiet mogħtija d-data tal-preżentazzjoni, jittrasmetti kopja tiegħu lill-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali ta' kull Stat Membru li jkun informa lill-Uffiċċju bid-deċiżjoni tiegħu li jopera riċerka fir-reġistru tiegħu ta' trade-marks fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet tat-trade-mark tal-Komunità.

3. Kull wieħed mill-uffiċċji ċentrali industrijali referuti fil-paragrafu 2 għandu jikkomunika lejn l-Uffiċċju fi żmien xahrejn sa mid-data li fiha jkun irċieva l-applikazzjoni għal trade-mark tal-Komunità, rapport tar-riċerka li għandu jikkwota dawk it-trade-marks nazzjonali aktar kmieni jew l-applikazzjonijiet għal trade-marks skoperti li jistgħu jkunu invokati permezz ta' l-Artikolu 8 kontra r-reġistrazzjoni tat-trade-mark tal-Komunità li tkun saret applikazzjoni dwarha, jew jistqar li r-riċerka ma kienet żvelat l-ebda drittijiet tali.

4. Ir-rapporti tar-riċerka referuti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu ippreparata fuq formola standard imħejjija mill-Uffiċċju, wara li jkun ikkonsulta lill-Board Amministrattiv. Il-kontenuti essenzali ta' din il-formola għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 157(1).

5. Ammont għandu jitħallas mill-Uffiċċju lil-kull uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali għal kull rapport tar-riċerka ipprovdut minn dak l-uffiċċju b'konformità mal-paragrafu 3. L-ammont, li għandu jkun l-istess għal kull uffiċċju, għandu jkun stabbilit mill-Kumitat tal-Budget permezz ta' deċiżjoni adottata b'maġġoranza ta' tlett-kwarti tar-rapreżentanti tal-Istati Membri.

6. L-Uffiċċju għandu jitrasmetti mingħajr dewmien lejn l-applikant għal trade-mark tal-Komunità, ir-rapport tar-riċerka tal-Komunità u xi rapporti tar-riċerka nazzjonali mitluba matul il-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 3.

7. Mal-publikazzjoni ta' l-applikazzjoni tat-trade-mark tal-Komunità, li ma jistgħax iseħħ qabel l-iskadenza ta' perijodu ta' xahar wieħed sa mid-data li fiha l-Uffiċċju jittrasmetti r-rapporti tar-riċerka lejn l-applikant, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-propjetarji ta' xi trade-marks aktar kieni tal-Kominità jew ta' l-applikazzjoni għal trade-marks tal-Komunità ikkwotati fir-rapport tar-riċerka tal-Komunità tal-publikazzjoni ta' l-applikazzjoni għal trade-mark tal-Komunità.";

10. L-Artikolu 40 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 40

Publikazzjoni ta' l-applikazzjoni

1. Jekk il-kondizzjonijiet li l-applikazzjoni għal trade-mark tal-Komunità għandhom jissodosfaw ikunu ġew imwettqa u jekk il-perijodu referut fl-Artikolu 39(7) jkun skada, l-applikazzjoni għandha tkun ippublikata sal-limitu li din ma tkunx ġiet miċħudha bis-saħħa ta' l-Artikolu 38.

2. Meta, wara l-publikazzjoni, applikazzjoni tkun miċħudha permezz ta' l-Artikolu 38, id-deċiżjoni li din kellha tkun miċħudha għandha tkun ippublikata malli din issir finali.";

11. fit-titolu IV, it-titolu tas-Sezzjoni 5 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"IRTIRAR, RESTRIZZJONI, EMENDA U DIVIŻJONI TA' L-APPLIKAZZJONI";

12. dan l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

"Artikolu 44a

Diviżjoni ta' l-applikazzjoni

1. L-applikant jista jaqsam l-applikazzjoni billi jiddikjara li uħud mill-oġġetti jew servizzi inklużi fl-applikazzjoni oriġinali għandhom ikunu suġġetti għal wieħed jew aktar applikazzjonijiet diviżjonali. L-oġġetti jew is-servizzi fl-applikazzjoni diviżjonali m'għandhomx ixaqilbu fuq xulxin ma l-oġġetti u s-servizzi li jibqgħu fl-applikazzjoni oriġinali jew ma dawk li huma nklużi fl-applikazzjonijiet diviżjonali l-oħrajn.

2. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni m'għandhiex tkun ammissibbli:

(a) jekk, meta opposizzjoni tkun ġiet ippreżentata kontra l-applikazzjoni oriġinali, tali applikazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew is-servizzi li kontra tagħhom l-opposizzjoni tkun diretta, sakemm id-deċiżjoni ta' l-opposizzjoni tad-Diviżjoni tkun saret finali jew il-proċedimenti ta' l-opposizzjoni jkunu b'mod ieħor finalment terminati;

(b) matul il-perijodi stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni.

3. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni għandha tkun konformi mad-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni.

4. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni għandha tkun suġġetta għall-ħlas ta' miżata. L-applikazzjoni m'għandhiex tkun meqjusha li saret sakemm il-miżata tkun tħallset.

5. Id-diviżjoni għandha jkollha effett fid-data li fiha din tkun reġistrata fil-files miżmuma mill-Uffiċċju ikkonċernat bl-applikazzjoni oriġinali.

6. It-talbiet u l-applikazzjonijiet kollha ippreżentati u l-miżati kollha mħallsa fir-rigward ta' l-applikazzjoni oriġinali qabel id-data li fiha l-Uffiċċju jircievi d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni, huma meqjusa wkoll li jkunu ġew ippreżentati jew imħallsa fir-rigward ta' l-applikazzjoni jew l-applikazzjonijiet diviżjonali. Il-miżati għall-applikazzjoni oriġinali li ma jkunux ġew imħallsa kif xieraq qabel id-data li fiha d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni tkun wasslet, m'għandhomx dritt għal rifużjoni.

7. L-applikazzjoni diviżjonali għandha tippreserva d-data tal-preżentazzjoni u kwalunkwe data ta' priorità u data tas-senjorità ta' l-applikazzjoni oriġinali.";

13. it-titolu tat-Titolu V għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"TUL TA' ŻMIEN, RINOVAMENT, ALTERAZZJONI U DIVIŻJONI TAT-TRADE-MARKS TAL-KOMUNITÀ";

14. dan l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

"Artikolu 48a

Diviżjoni tar-reġistrazzjoni

1. Il-propjetarju tat-trade-mark tal-Komunità jista jaqsam ir-reġistrazzjoni billi jiddikjara li uħud mil-oġġetti jew mis-servizzi inklużi fir-reġistrazzjoni oriġinali għandhom ikunu s-suġġett għal wieħed jew aktar reġistrazzjonijiet diviżjonali. L-oġġetti jew is-servizzi fir-reġistrazzjoni diviżjonali m'għandhomx ixaqilbu fuq xulxin ma l-oġġetti u s-servizzi li jibqgħu fir-reġistrazzjoni oriġinali jew ma dawk li huma nklużi fir-reġistrazzjonijiet diviżjonali l-oħrajn.

2. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni m'għandhiex tkun ammissibbli:

(a) jekk, meta applikazzjoni għal revoka tad-drittijiet jew tad-dikjarazzjoni ta' l-invalidità tkun ġiet ippreżentata kontra r-reġistrazzjoni oriġinali, tali dikjarazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew is-servizzi li kontra tagħhom l-applikazzjoni għad-drittijiet tar-revoka jew għal dikjarazzjoni ta' l-invalidità tkun diretta, sakemm id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tkun saret finali jew il-proċedimenti jkunu b'mod ieħor finalment terminati;

(b) jekk, meta kontra-talba għal revoka għal għal dikjarazzjoni ta' l-invalidità tkun ġiet ippreżentata quddiem qorti tat-trade-mark tal-Komunità, tali dikjarazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew servizzi li kontra tagħhom il-kontra-talba hija diretta, sakemm l-imsemmi ġudizzju tal-qorti tat-trade-mark tal-Komunità jkun irreġistrat fir-Reġistru bis-saħħa ta' l-Artikolu 96(6).

3. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni għandha tkun konformi mad-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni.

4. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni m'għandhiex tkun suġġetta għall-ħlas ta' miżata. Id-dikjarazzjoni m'għandhiex tkun meqjusha li saret sakemm il-miżata tkun tħallset.

5. Id-diviżjoni għandha jkollha effett fid-data li fiha tkun imdaħħla fir-Reġistru.

6. It-talbiet u l-applikazzjonijiet kollha ippreżentati u l-miżati kollha mħallsa fir-rigward tar-Reġistrazzjoni oriġinali qabel id-data li fiha l-Uffiċċju jircievi d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni, huma meqjusa wkoll li jkunu ġew ippreżentati jew imħallsa fir-rigward tar-reġistrazzjoni jew ir-reġistrazzjonijiet diviżjonali. Il-miżati għar-reġistrazzjoni oriġinali li ma jkunux ġew imħallsa kif xieraq qabel id-data li fiha d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni tkun wasslet, m'għandhomx dritt għal rifużjoni.

7. Ir-reġistrazzjoni diviżjonali għandha tippreserva d-data tal-preżentazzjoni u kwalunkwe data ta' priorità u data tas-senjorità tar-reġistrazzjoni oriġinali.";

15. fl-artikolu 50(1), il-punt (d) għandu jkun imħassar;

16. L-Artikolu 51(1)(a) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(a) meta t-trade-mark tal-Komunità tkun ġiet irreġistrata kuntrarju tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7;"

17. L-Artikolu 52(2) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"2. Trade-mark tal-Komunità għandha wkoll tkun iddikjarata invalida ma l-applikazzjoni lejn l-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontra-talba fil-proċedimenti tal-ksur meta l-użu ta' tali trade-mark jista jkun ipprojbit bis-saħħa ta' dritt aktar kmieni, u partikolarment:

(a) dritt għall-isem;

(b) dritt għall-preżentazzjoni personali;

(c) id-dritt ta' l-awtur;

(d) id-dritt għal proprjetà industrijali;

skond il-leġislazzjoni tal-Komunità jew ta' liġi nazzjonali li tirregola l-protezzjoni.";

18. L-Artikolu 56(6) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"6. Reġistrazzjoni tad-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju dwar l-applikazzjoni għal revoka tad-drijjiet jew għal dikjarazzjoni ta' l-invalidità għandha sseħħ fir-Reġistru la darba din tkun tkun saret finali.";

19. L-Artikolu 60 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 60

Reviżjoni tad-deċiżjonijiet fil-każi ex parte

1. Jekk parti li tkun ippreżentat appell hija l-parti unika għall-proċedura, u jekk id-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu hija kkontestata jikkonsidra li l-appell huwa ammessibbli kif ukoll ben fondat, id-dipartiment għandu jirrettifika d-deċiżjoni tiegħu.

2. Jekk id-deċiżjoni ma tkunx rettifikata fi żmien xahar wieħed minn meta tkun wasslet l-istqarrija tal-bażi, l-appell għandu jkun ri-ammess mingħajr dewmien lejn il-Board ta' l-Appell, u mingħajr kummenti dwar il-meritu tiegħu.";

20. dan l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

"Artikolu 60a

Reviżjoni tad-deċiżjonijiet fil-każi partes

1. Jekk parti li tkun ippreżentat appell hija ikollha l-opposizzjoni minn parti oħra, u jekk id-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu hija kkontestata jikkonsidra li l-appell huwa ammessibbli kif ukoll ben fondat, dan għandu jirrettifika d-deċiżjoni tiegħu.

2. Id-deċiżjoni tista tkun rettifikata biss jekk id-dipertiment li d-deċiżjoni tiegħu hija ikkontastata, jinnotifika lill-parti l-oħra bl-intenzjoni tiegħu li jwettaq ir-rettifika, u dik il-parti taċċetta dan fi żmien xahrejn mid-data li fiha hija tirċievi n-notifika.

3. Jekk, fi żmien xahrejn minn meta tirċievi n-notifika referuta fil-paragrafu 2, il-parti l-oħra ma taċċettax li d-deċiżjoni ikkontastata għandha tkun rettifikata u tagħmel dikjarazzjoni għal dak il-għan jew ma tagħmilx xi dikjarazzjoni matul il-perijodu stabbilit, l-appell għandu jkun rimess mingħajr dewmien lejn il-Board ta' l-Appell, u mingħajr kumment dwar il-meritu tiegħu.

4. B'dana kollu, jekk id-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu hija ikkontentestata ma jikkonsidrax li l-appell huwa ammessibbli u ben fondat fi żmien xahar wieħed wara l-wassla ta' l-istqarrija fuq il-bażi, dan għandu, minflok li jieħu l-miżuri li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafi 2 u 3, jibgħat lura mingħajr dewmien l-appell lejn il-Board ta' l-Appell, u mingħajr kumment dwar il-meritu tiegħu.";

21. dan l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

"Artikolu 77a

Revoka tad-deċiżjonijiet

1. Meta l-Uffiċċju jkun daħħal fir-reġistru jew anki jkun ħa deċiżjoni li jkun fiha żball proċedurali ovvju attribwibbli għall-Uffiċċju, dan għandu jassigura li d-dħul ikun ikkanċellat jew li d-deċiżjoni tkun revokata. Meta jkun hemm parti waħda biss għall-proċedimenti u d-dħul jew l-att jaffettwa d-drittijiet tagħha, il-kanċellament jew ir-revoka għandhom ikunu determinati anki jekk l-iżball ma jkunx evidenti għall-parti.

2. Kanċellament jew revoka kif referut fil-paragrafu 1 għandu jkun determinat, ex officio jew mat-talba ta' waħda mill-partijiet għall-proċedimenti, mid-dipartiment li jkun għamel id-dħul jew li jkun ħa d-deċiżjoni. Il-kanċellament jew ir-revoka għandhom ikunu determinati fi żmien sitt xhur mid-data li fiha d-dħul ikun seħħ fir-Reġistru jew minn meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet, wara konsultazzjoni mal-partijiet tal-proċedimenti u kwalunkwe propjetarju ta' drittijiet ta' trade-mark tal-Komunità f'dak il-każ ikunu mdaħħla fir-Reġistru.

3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jippreżentaw appell permezz ta' l-Artikoli 57 u 63, jew għall-possibbiltà, permezz tal-proċeduri u l-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni referut fl-Artikolu 157(1), li jikkorreġi xi żballji lingwistċi jew żballji ta' transkrizzjoni u żballji ovvji fid-deċiżjonijiet ta' l-Uffiċċju jew żbalji attribwibbli għall-Uffiċċju fir-reġistrazzjoni tat-trade-mark jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħha.";

22. L-Artikolu 78(5) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"5. Dan l-Artikolu m'għandux ikun applikabli għal-limiti ta' żmien referuti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 42(1) u (3) u l-Artikolu 78a.";

23. dan l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

"Artikolu 78a

Kontinwazzjoni tal-proċedimenti

1. Applikant għal, jew il-propjetarju ta', trade-mark tal-Komunità jew xi parti oħra għall-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju li tkun naqset milli tosserva l-limitu taż-żmien vis-à-vis l-Uffiċċju tista, b'talba, takkwista l-kontinwazzjoni tal-proċedimenti fil-waqt li tkun saret it-talba, li l-att imħolli barra jkun twettaq. It-talba għal-kontinwazzjoni tal-proċedimenti għandha tkun ammessibbli biss jekk din tkun ippreżentata fi żmien xahrejn wara l-iskadenza tal-limitu tż-żmien li ma jkunx ġie osservat. It-talba m'għandhiex tkun meqjusa bħala li kienet imwettqa sakemm il-miżata għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti tkun ġiet imħallsa.

2. Dan l-Artikolu m'għandux ikun applikabli għal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 25(3), l-Artikolu 27, l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 33(1), l-Artikolu 36(2), l-Artikolu 42, l-Artikolu 43, l-Artikolu 47(3), l-Artikolu 59, l-Artikolu 60a, l-Artikolu 63(5), l-Artikolu 78, l-Artikolu 108, jew għal-limiti ta' żmien stabbiliti f'dan l-Artikolu jew għal-limiti taż-żmien stabbiliti bir-Regolament Implementattiv referut fl-Artikolu 157(1) għal talba ta' priorità fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 30, li jesebixxi priorità fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 33 jew tas-senjorità fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 34 wara li l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata.

3. Id-dipartiment kompetenti sabiex jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni.

4. Jekk l-Uffiċċju jaċċetta l-applikazzjoni, il-konsegwenzi talli jkun naqas milli josserva l-limitu taż-żmien għandhom ikunu meqjusa bħala li ma kienux seħħew.

5. Jekk l-Uffiċċju jiċħad l-applikazzjoni, il-mizata għandha tkun rifuża.";

24. L-Artikolu 81(6) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"6. Id-diviżjoni ta' l-Opposizzjoni jew id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Board ta' l-Appell għandu jiffissa l-ammont tal-ispejjeż li għandhom ikunu mħallsa bis-saħħa tal-paragrafi preċedenti meta l-ispejjeż li għandhom ikunu mħallsa huma limitati għall-miżati mħallsa lill-Uffiċċju u ta' l-ispejjeż rappreżentattivi. Fil-każi l-oħrajn kollha, ir-reġistru tal-Board ta' l-Appell jew membru tal-persunall tad-Diviżjoni ta' l-Opposizzjoni jew tad-Diviżjoni tal-Kaneċellament għandhom jistabbilixxu l-ispejjez li għandhom ikunu rifużi b'talba. It-talba hija ammessibbli biss fi żmien xahrejn mid-data li fiha d-deċiżjoni li dwarha l-applikazzjoni kienet saret u għall-ispejjeż li għandhom ikunu stabiliti, tkun saret finali. L-ammont hekk iddeterminat jista jkun revedut b'deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Opposizzjoni jew tad-Diviżjoni tal-Kanċellament jew tal-Board ta' l-Appell fuq talba li tkun imressqa matul il-perijodu preskritt.";

25. L-Artikolu 88 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) l-ewwel sentenza tal-paragrafu 3 għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

"Persuni naturali jew legali li jkollhom il-post tad-domiċilju tagħhom jew il-post ewlieni tan-negozju tagħhom jew stabbeliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fil-Komunità jistgħu jkunu rapreżentati quddiem l-Uffiċċju minn impjegat.";

(b) il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud:

"4. Ir-Regolament ta' l-Implementazzjoni għandu jispeċifika jekk, u skond liema kondizzjonijiet, impjegat għandu jippreżenta ma l-Uffiċċju awtorizzazzjoni iffirmata għall-inklużjoni fil-file.";

26. L-Artikolu 89 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1, il-punt b għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(b) raprezentanti professjonali li l-isimijiet tagħhom jidhru fil-lista aġġornata għal dan l-iskop mill-Uffiċċju. Ir-Regolament ta' l-Implementazzjoni għandu jispeċifika jekk, u skond liema kondizzjonijiet, ir-rappreżentanti quddiem l-Uffiċċju għandhom jippreżentaw lill-Uffiċċju l-awtorizzazzjoni iffirmata għall-inklużjoni fil-file.";

(b) Fil-paragrafu 2(c), l-ewwel sentenza għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

"(c) huwa għandu jkun intitolat li jirrapreżenta persuni naturali jew legali f'materji dwar trade-mark quddiem l-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali ta' Stat Membru.";

27. L-Artikolu 96(5) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"5. L-Artikolu 56 (2) sa (5) għandu jkun applikabbli.";

28. fl-Artikolu 108, il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom ikunu mibdula b'dan li ġej:

"4. Fil-każi meta applikazzjoni għal trade-mark tal-Komunità tkun meqjusa bħala rtirata, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-applikant kommunikazzjoni li tistabbilixxi perijodu ta' tlett xhur mid-data ta' dik il-kommunikazzjoni li matulhom talba għal-konverżjoni tista tkun ippreżentata.

5. Meta l-applikazzjoni għal trade-mark tal-Komunità tkun irtirata jew meta t-trade-mark tal-Komunità tispiċċa milli jkollha effett bħala riżultat ta' ċediment li tkun reġistrata jew tan-nuqqas li tkun imġedda r-reġistrazzjoni, it-talba għal-konverżjoni għandha tkun ippreżentata fi żmien tlett xhur minn wara d-data li fiha l-applikazzjoni għat-trade-mark tal-Komunità tkun ġiet irtirata jew li fika t-trade-mark tal-Komunità tispiċċa milli jkollha effett.

6. Meta applikazzjoni għal trade-mark tal-Komunità tkun miċħudha b'deċiżjoni ta' l-Uffiċċju jew meta t-trade-mark tal-Komunità tieqaf milli jkollha effett bħala riżultat ta' deċiżjoni ta' l-Uffiċċju jew ta' qorti tat-trade-mark tal-Komunità, it-talba għall-konverżjoni għandha tkun ippreżentata fi żmien tlett xhur minn wara d-data li fiha dik id-deċiżjoni tkun akkwistat l-awtorità ta' deċiżjoni finali.";

29. L-Artikolu 109(3) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"3. L-Uffiċċju għandu jivverifika jekk il-konverżjoni mitluba tkunx twettaq il-kondizzjonijiet stabiliti f'dan ir-Regolament, partikolatrment l-Artikolu 108(1), (2), (4), (5) u (6), u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, flimkien mal-kondizzjonijiet formali stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni. Jekk dawn il-kondizzjonijiet huma mwettqa, l-Uffiċċju għandu jittrasmetti it-talba għall-konverżjoni lejn l-uffiċċju tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri speċifikati hemmhekk.";

30. L-Artikolu 110(1) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Kwalunkwe uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali li fih it-talba għal-konverżjoni hija trasmessa jista jakkwista mill-Uffiċċju kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tikkonċerna t-talba li tiffaċilita lil dak l-uffiċċju li jieħu deċiżjoni rigward it-trade-mark nazzjonali li tirriżulta mil-konverżjoni.";

31. fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 118(3), il-frażi "fi żmien 15 il-jum" għandha tkun mibdula bil-frażi "fi żmien xahar wieħed" u, fit-tielet sentenza, il-frażi "fi żmien xahar wieħed" għandha tkun mibdula bil-frażi "fi żmien tlett xhur";

32. L-Artikolu 127(2) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"2. Id-deċiżjonijiet tad-Diviżjonijiet ta' l-Opposizzjoni għandhom jittieħdu minn gruppi ta' tlett-membri. Mill-anqas membru wieħed għandu jkun legalment kwalifikat. F'ċerti każi speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament Implementattiv, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru wieħed.";

33. L-Artikolu 129(2) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"2. Id-deċiżjonijiet tad-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni għandhom jittieħdu minn gruppi ta' tlett-membri. Mill-anqas membru wieħed għandu jkun legalment kwalifikat. F'ċerti każi speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament Implementattiv, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru wieħed.";

34. Artikolu 130 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) il-pararafu 2 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"2. Id-deċiżjonijiet tal-Bordijiet ta' l-Appell għandhom jittieħdu minn tlett membri, li mill-anqas tnejn minhom għandhom ikunu legalment kwalifikati. F'ċerti każi speċifiċi, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn Board imkabbar li jkun immexxi mill-President tal-Bordijiet ta' l-Appell jew minn membru wieħed, li għandu jkun legalment kwalifikat.";

(b) il-paragrafi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

"3. Sabiex ikunu determinati il-każi speċjali li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Board imkabbar, qies għandu jittieħed tad-diffikultà legali jew ta' l-importanza tal-każ jew taċ-ċirkostanzi speċjali li jkunu jiġġustifikawh. Tali każi għandhom ikunu referuti lejn il-Board imkabbar:

(a) mill-awtorit'tal-Bordijiet ta' l-Appell stabbilita b'konformità mar-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet referuti fl-Artikolu 157(3), jew

(b) mill-Board li jkun jitratta mal-każ.

4. Il-komposizzjoni tal-Board imkabbar u tar-regoli tad-diferimenti lilu għandha tkun stabbilita bis-saħħa tar-regoli tal-proċeduri tal-Bordijiet referuti fl-Artikolu 157(3).

5. Sabiex ikunu determinati l-każi speċifiċi li jidħlu taħt l-awtorità ta' membru wieħed, qies għandu jittieħed tan-nuqqas tad-diffikultà tal-materji legali jew fattwali imressqa, u l-importanza limitat tal-każ individwali jew in-nuqqas ta' ċirkostanzi speċifiċi l-oħrajn. Id-deċijoni li każ ikun mismugħ minn membru wieħed fil-każi referuti għandha tkun adottata mill-Board li jittratta l-każ. Aktar dettalji għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet referuti fl-Artikolu 157(3).";

35. Artikolu 131 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 131

L-independenza tal-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell

1. Il-President tal-Bordijiet ta' l-Appell u tal-presidenti tal-Bordijiet għandhom ikunu maħtura, b'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 120 dwar il-ħatra tal-President ta' l-Uffiċċju, għal terminu ta' ħames snin. Dawn ma jistgħux ikunu mneħħija mill-kariga matul dan it-terminu, sakemm ma jkunx hemm bażi serja għal tali tneħħija u l-Qorti tal-Ġustizja, b'applikazzjoni mill-istituzzjoni li tkun ħatrithom, jieħu deċiżjoni dwar dan l-aspett. It-terminu tal-kariga tal-President tal-Borijiet ta' l-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet jistgħu jkunu mġedda għal perijodi addizzjonali ta' ħames snin, jew sa l-età tal-irtirar jekk din l-età tkun milħuqha matul it-terminu l-ġdid tal-kariga.

Il-President tal-Bordijiet ta' l-Appell għandu, inter alia, jkollu l-poteri maniġerjali u organizzazzjonali, primarjament sabiex:

(a) is-sede ta' l-awtorità tal-Bordijiet ta' l-Appell responsabbli għall-istabbilar tar-regoli u l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-Bordijiet, liema awtorità hemm provvediment dwarha fir-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet referuti fl-Artikolu 157(3);

(b) jassigura l-implementazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' l-awtorità;

(c) jalloka l-każi lejn Board fuq il-bażi ta' kriterja oġġettiva determinata mill-awtorità tal-Bordijiet ta' l-Appell;

(d) iressaq lejn il-President ta' l-Uffiċċju tal-Bordijiet il-ħtiġiet tal-ispiża, bil-għan li jħejji l-estimi tan-nefqa.

Il-President tal-Bordijiet ta' l-Appell għandu jippresiedi fuq il-Board imkabbar.

Aktar dettalji għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet referuti fl-Artikolu 157(3).

2. Il-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell għandhom ikunu maħtura mill-Board Amministrattiv għal terminu ta' ħames snin. Dan it-terminu tal-kariga jista jkun imġedded għal perijodu addizzjonali ta' ħames snin, jew sa l-età ta' l-irtirar jekk dik l-età tintlaħaq matul it-terminu ġdid tal-kariga.

3. Il-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell ma jistgħux ikunu mneħħija mill-kariga sakemm ma jkunx hemm bażi serja għal tali tneħħija u l-Qorti tal-Ġustizja, wara li l-każ ikunu ġie referut lilha mill-Board Amministrattiv fuq ir-rakkommandazzjoni tal-President tal-Bordijiet ta' l-Appell, wara li jkun ikkonsulta mal-president tal-Board li tiegħu il-membru jappartieni, jista jieħu deċiżjoni għal dan l-iskop.

4. Il-President tal-Bordijiet ta' l-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell għandhom ikunu independenti. Fid-deċiżjonijiet tagħhom dawn m'għandhomx ikunu marbuta b'xi struzzjonijiet.

5. Il-President tal-Bordijiet ta' l-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell ma jistgħux ikunu l-eżaminaturi jew il-membri tad-Diviżjonijiet ta' l-Opposizzjoni, l-Amministrazzjoni tat-Trade-Marks u tad-Disinji u Diviżjoni Legali jew id-Diviżjonijiet tal-Kanċellament.";

36. L-Artikolu 142a għandu jsir l-Artikolu 159a;

37. fl'Artikolu 150, il-paragrafu 3 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"3. L-Artikolu 39 (3) sa (6) għandu japplika mutatis mutandis.";

38. Fl-Artikolu 157(2), il-punti (1) u (4) għandhom ikunu imħassra;

Artikolu 2

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Il-Punti 11 s 14, 21, 23 sa 26 u 32 sa 36 ta' l-Artikolu 1 għandhom ikunu applikabbli mid-data li għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni u ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, meta l-miżuri ta' l-implementazzjoni meħtieġa jkun ġew adottati.

3. Il-Punt 9 ta' l-Artikolu 1 għandu jkun japplika mill-10 ta' Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussel, id-19 ta' Frar 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] Opinjoni mogħtija fit-23 ta' Settembru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU C 208, 3.9.2003, p. 7.

[3] ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2003 (ĠU L 296, 14.11.2003, p. 1).

[4] Id-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-għeluq ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni (ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28).

[5] Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-għeluq ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).

--------------------------------------------------