Official Journal L 064 , 02/03/2004 P. 0036 - 0037
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 524/2004 tas-19 ta' Marzu 2004 li għall-31 darba qed temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 881/2002 li, jimponi ċerti miżuri ta' restrizzjoni fuq ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u tat-Taliban, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 881 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiki ta' restrizzjoni fuq ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden,in-networks ta' l-Al-Qaida u tat-Taliban u li tħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr.467/2001, li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' certu tip ta' merkanzija u servizzi lill-Afganistan,li ssaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjir u testendi l'iffriżar ta' fondi u risorsi finanzjarji oħra lejn it-Taliban ta' l-Afganistan [1], kif kif emendat bir-Regolament (KE)Nr. 391/2004 [2] speċjalment bl-Artikolu 7(1)l-ewwel inċiż tiegħu billi: (1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nr.881/2002 jagħti lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u risorsi ekonomiki taħt l-istess Regolament. (2) Fl-24 ta' Frar, fit-12 ta' Marzu u fis-17 ta' Marzu,il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċida li jemenda il-lista ta' persuni gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u risorsi ekonomiki.L-ANNESS I għandu b'hekk jiġi emendat kif xieraq. (3) Biex jiġi aċċertat li dawn il-miżuri previsti ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ immedjatament. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-ANNESS I tar-Regolament (KE) Nr. 881/2002 qiegħed jiġi emendat hawnhekk skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 19 Marzu 2004. Ghall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, 29.05.02, p. 9. [2] ĠU L 64, 02.03.04, p. 36. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS I tar-Regolament (KE) Nr.881/2002 qed jiġi amendat kif ġej: Dawn li ġejjin għandhom jiġu miżjuda taħt l-Intestatura "Persuni" . "Al-Haramain Fondazzjoni ta' (l-Indoneżja) (alias Yayasan Al-Manahil-l-Indoneżja), Jalan Laut Sulawesi Block DII/4, Kavling Angkatan Laut Duren Sawit, Jakarta Timur 13440, l-Indoneżja. Informazzjoni oħra: telefon: 021-86611265 u 021-86611266; fax 021-8620174." --------------------------------------------------