32004R0386



Official Journal L 064 , 02/03/2004 P. 0025 - 0026


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004

ta’ l-1 ta’ Marzu 2004

li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 2201/96 u Regolament (KE) Nmr 1535/2003 dwar il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda għal ċerta prodotti proċessati mill-frott u l-ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni tad-Dwana wżata għall-prodotti agrikoli [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħuthereof,

Billi:

(1) l-Artikolu 1 ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti proċessati mill-frott u l-ħaxix [2] jiffissa l-prodotti gvernati minn dik l-organizzazzjoni komuni tas-suq.

(2) l-Anness I ta’ Regolament (KE) Nmr 2201/96 jistabbilixxi il-prodotti msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament.

(3) l-Artikolu 2 ta’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nmr 1535/2003 tad-29 ta’ Awissu 2003 tispeċifika regoli dettaljati sabiex japplikaw Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 2201/96 fejn għandha x’taqsam l-iskema t’għajnuna għal prodotti proċessati mill-frott u ħaxix [3] tispeċifika il-prodotti msemmija fl-Artikolu 6a(1) ta’ Regolament (KE) Nmr 2201/96 kif ukoll f’L-Anness I tiegħu.

(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nmr 1789/2003 tal-11 ta’ Settembru 2003 li jemenda l-Anness I ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [4] tipprovdi emendi lin-nomenklatura magħquda għal ċerti prodotti proċessati mill-frott u ħaxix.

(5) l-Artikolu 1(2) ta’ Regolament (KE) Nmr 2201/96 u l-Anness I tiegħu għandhom għal daqs tant ikunu emendati, kif irid ikun emendat l-Artikolu 2 ta’ Regolament (KE) Nmr 1535/2003.

(6) Dawn l-emendi għandhom japplikaw fl-istess ħin bħar-Regolament (KE) Nmr 1789/2003.

(7) Regolament (KE) Nmr 2201/96 u Regolament (KE) Nmr 1535/2003 għandhom għal daqs tant ikunu emendati.

(8) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal prodotti proċessati mill-frott u ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(2), punt (b) tat-Tabellun huwa emendat kif ġej:

(a) is-sotto kodiċi “ ex2001”, sitt inċiż, il-kodiċi “ ex20019096” hu mibdul minn “ ex20019099”;

(b) is-sotto kodiċi “ ex2007”, tieni inċiż, il-kodiċi “ ex20079958” hu mibdul minn “ ex20079957”;

(ċ) is-sotto kodiċi “ ex2008”, seba’ inċiż, il-kodiċi “ ex20089968” mibdul minn “ ex20089967”;

2. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) il-kodiċi “ ex20084091” u “ ex20084099” huma mibdulha minn “ ex20084090”;

(b) il-kodiċi “ ex20087094” u “ ex20087099” huma mibdula minn “ ex20087098”.

L- Artikolu 2

L-Artikolu 2 ta’ Regolament (KE) Nmr 1535/2003 huwa emendat kif ġej:

1. f’punt (1), it-termini “ ex20087094 u ex20087099” jinbidlu minn "u ex20087098";

2. f’punt (2), it-termini “ ex20084091 u ex20084099” jinbidlu minn "u ex20084090".

L- Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 34, tad-9.2.79, p. 2. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, tal-31.12.94, p. 105).

[2] ĠU L 297, tal-21.11.96, p. 29. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nru 453/2002 (ĠU L 72, ta' l-14.3.2, p. 9).

[3] ĠU L 218, tat-30.8.3, p. 14.

[4] ĠU L 281, tat-30.10.3, p. 1.

--------------------------------------------------