Official Journal L 063 , 28/02/2004 P. 0030 - 0030
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2004 tas-27 ta’ Frar ta’ l-2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2233/2003 li jiftaħ il-kwoti ta’ tariffi tal-Komunità għall-2004 għan-nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta’ Diċembru ta’ l-2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/1995 tas-26 ta’ Ġunju ta’ l-1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 għal dak li jirrigwarda l-importazzjoni u esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż [2] jindika l-perjodu ta’ validita’ għad-dokumenti ta’ oriġini maħruġa minn awtoritajiet ta’ pajjiż terz in vista ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità’ ta’ nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż taħt kwoti ta’ tariffi. (2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2233/2003 [3] introduċa l-imaniġġjar ta’ dawk il-kwoti taħt is-sistema ta’ min jiġI l-ewwel mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2004. Iżda, għal dak li jirrigwarda ċerti pajjiżi terzi, dak ir-Regolament jipprovdi għall-kontinwazzjoni tas-sistema tal-liċenzi sat-30 ta’ April ta’ l-2004. F’dawk il-każijiet, dispożizzjonijiet għandhom ikunu magħmula sabiex jippermettu transizzjoni faċli mis-sistema tal-liċenzi ta’ importazzjoni għas-sistema ta’ min jiġi l-ewwel. (3) Għal dak il-għan, grad ogħla ta’ flessibilita’ għal dak li jikkonċerna l-perjodu ta’ validita’ tad-dokument ta’ oriġini kif stipulat fl-Artikolu (11) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95 għandu jkun permess sakemm l-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat jista’ joħroġ tali dokumenti b’perjodu ta’ validita’ ta’ inqas minn tlett xhur mid-data tal-ħruġ. (4) Il-miżuri provduti għalihom f’dan ir-Regolament huma in konformita’ ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Imaniġġjar għan-Nagħaġ u Mogħoż,, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2233/2003, is-subparagrafu segwenti huwa miżjud: "Permezz ta’ derogazzjoni mill-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-awtoritajiet li joħorġu ta’ l-Awstralja u n-New Zealand jistgħu, sat-30 ta’ April ta’ l-2004, joħorġu dokumenti ta’ orġini b’perjodu ta’ validita’ ta’ inqas minn tlett xhur mid-data attwali tagħhom ta’ ħruġ." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jgħodd mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 27 ta’ Frar ta’ l-2004. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 341, 22.12.01, p. 3. [2] ĠU L 143, 27.06.95, p. 7, Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 272/2001 (ĠU L 41, 10.02.01, p. 3). [3] ĠU L 339, 24.12.03, p. 22. --------------------------------------------------