Official Journal L 058 , 26/02/2004 P. 0014 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 323/2004 tal-25 ta’ Frar 2004 li jaddatta r-Regolment (KEE) Nru 1686/72 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja ma’ l-Unjoni Ewropea IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakja, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 3(4a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-orgnizzazzjoni tas-suq fiż-żrieragħ [1] jipprovdi mekkaniżmu li jiffissa l-kwantità massima eliġibbli għall-għajnuna fuq il-produzzjoni, li trid tiġi allokata fost l-Istati Membri. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1686/72 tat-2 ta’ Awissu 1972 dwar ċerti regoli ddettaljati dwar l-għajnuna għaż-żerriegħa [2] jiffissa l-kwantitajiet massimi msemmija taż-żerriegħa tar-ross u ta’ żrieragħ oħra għajr tar-ross għall-Komunità u mill-Istat Membru. (3) Fid-dawl ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja. is-Slovenja u s-Slovakja mal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004, għandhom jiġu ffisati l-kwantità massima taż-żerriegħa tar-ross u ta’ żrieragħ oħra għajr iż-żerriegħa tar-ross eliġibbli għall-għajnuna fuq il-produzzjoni fil-Komunità magħmula ikbar u l-kwantitajiet allokati lil kull wieħed mill-Istati Membri. Il-kwantitajiet meqjusa għall-kalkolu tal-kwantitajiet massimi huma dawk ikkomunikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. (4) Iż-żerriegħa tar-ross miġbura mill-ħsad f’sena mogħtija tas-suq hija normalment użata għaż-żrigħ taż-żoni tal-produzzjoni tar-ross bil-ħliefa u taż-żerriegħa tar-ross matul is-sena tas-suq li tmiss. Il-kwantità taż-żerriegħa wżata fil-Komunità sabiex jinżera’ ettaru hija 0,2 rtunnellati metriċi. Għalhekk, sabiex tinżera’ żona bażika totali ta’ (433123 ettari + 3222 ettari =) 436345 ettari, jinħtieġu 87269 tunnellata metrika ta’ żerriegħa. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1686/98 għandu jiġi emendat kif jixraq, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1686/72 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) jiġi mibdul b’dan li ġej: "Mill-1 ta’ Lulju 2004, il-kwantità massima annuali taż-żrieragħ għajr iż-żerriegħa tar-ross eliġibbli għall-għajnuna Komunitarja fuq il-produzzjoni għandha tkun ta’ 332842 tunnellata metrika, allokati lil-Istati Membri kif ġej: Il-Belġju | 10077 tunnellata metrika, | Ir-Repubblika Ċeka | 9124 tunnellata metrika, | Id-Danimarka | 93697 tunnellata metrika, | Il-Ġermanja | 31654 tunnellati metriċi, | L-Estonja | 379 tunnellata metrika, | Il-Greċja | 3846 tunnellata metrika, | Spanja | 23976 tunnellata metrika, | Franza | 52981 tunnellata metrika, | L-Irlanda | 1016 tunnellata metrika, | L-Italja | 18822 tunnellata metrika, | Ċipru | 305 tunnellati metriċi, | Il-Latvija | 1086 tunnellata metrika, | Il-Lituwanja | 1090 tunnellata metrika, | Il-Lussemburgu | 865 tunnellata metrika, | L-Ungerija | 7772 tunnellata metrika, | Malta | 300 tunnellata metrika, | L-Olanda | 35856 tunnellata metrika, | L-Awstrija | 769 tunnellata metrika, | Il-Polonja | 5800 tunnellata metrika, | Il-Portugall | 300 tunnellata metrika, | Is-Slovenja | 369 tunnellata metrika, | Is-Slovakja | 862 tunnellata metrika, | Il-Finlandja | 5853 tunnellata metrika, | L-Isvezja | 8132 tunnellata metrika, | Ir-Renju Unit | 17910 tunnellata metrika." | 2. L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3a(1) jiġi mibdul b’dan li ġej: "Mill-1 ta’ Lulju 2004, il-kwantità massima annwali taż-żerriegħa tar-ross eliġibbli għall-għajnuna Komunitarja fuq il-produzzjoni għandha tkun ta’ 87269 tunnellata metrika, allokati lil-Istati Membri kif ġej: Spanja | 29625,613 tunnellata metrika, | Franza | 3031,861 tunnellata metrika, | Il-Greċja | 1472,618 tunnellata metrika, | L-Ungerija | 644,400 tunnellata metrika, | L-Italja | 50242,268 tunnellata metrika, | Il-Portugall | 2252,240 tunnellata metrika." | Artikolu 2 Dan ir-Regolment għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004, bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwnja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenj u s-Slovakja. Għandu jibda japplika mit-tmiem tas-sena tas-suq 2004/2005. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Frar 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 154/2002 (ĠU L 25, tad-29.1.2002, p. 18). [2] ĠU L 177, ta’ l-4.8.1992, p. 26. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 800/2002 (ĠU L 131, tas-16.5.2002, p. 3). --------------------------------------------------