Official Journal L 055 , 24/02/2004 P. 0043 - 0043
Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 317/2004 tat-23 ta’ Frar 2004 dwar l-adozzjoni ta’ derogi mid-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nr 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq statistiċi dwar l-iskart kif jirrigwarda l-Awstrija, Franza u l-Lussemburgu (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nr 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar statistiċi(1) fuq l-iskart, b’mod partikolari l-Artikolu 4 [1] miġjub fih, Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Awstrija fit-30 ta’ Ġunju 2003, Wara li kkunsidrat it-talba magħmula minn Franza fit-12 ta’ Gunju 2003, Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mill-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2003, Billi: (1) Skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nr 2150/2002, derogi minn ċerti disposizzjonijiet ta’ l-Annessi ma’ dak ir-Regolament, jistgħu jingħataw mill-Kummissjoni waqt perjodu transitorju. (2) Derogi ta’ dan it-tip għandhom jingħataw, fuq talba tagħhom, lill-Awstrija, Franza u l-Lussemburgu. (3) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [2], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Id-derogi li ġejjin mid-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nr 2150/2002 huma hawnhekk konċessi: (a) L-Awstrija ingħatat derogi għall-produzzjoni ta’ riżultati li għandhom x’jaqsmu mat-Taqsima 8(1.1), partita 1 (agrikoltura, kaċċa u forestrija) ta’ l-Anness I. (b) Franza ingħatat deroga għall–produzzjoni tar-riżultati marbuta mat-Taqsima 8(1.1), partita 1 (agrikoltura, kaċċa u forestrija), 2 (sajd) u 16 (attivitajiet servizzi) ta’ l-Annes I u dawk marbuta mat-taqsima 8(2) ta’ l-Anness II. (ċ) Il-Lussemburgu ingħata deroga għall-produzzjoni tar-riżultati relatati mat-Taqsima 8(1.1), partita 1 (agrikoltura, kaċċa, u forestrija) u 2 (sajd) ta’ l-Annes I. 2. Id-derogi previsti fil-paragrafu 1 jingħataw biss rigward data mill-ewwel sena ta’ referenza, jiġifieri l-2004. Wara li jiskadi il-perjodu transitorju, l-Awstrija, Franza u l-Lussemburgu għandhom jittrasmettu d-data mis-sena ta’ referenza, jiġifieri l-2006. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Frar 2004. Għall-Kummissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47. [2] ĠU L 167, tat-9.7.1993, p. 31. --------------------------------------------------