32004R0283



Official Journal L 049 , 19/02/2004 P. 0025 - 0027


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 283/2004

tat-18 ta' Frar 2004

li jiftaħ investigazzjoni li tirrigwarda t-tagħwiġ possibbli tal-miżuri ta' kontrobilanċ imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/1999 dwar l-importazzjonijiet tar-rita tat-tereftalat tal-polietilene (il-PET) li toriġina fl-Indja mill-importazzjonijiet tar-rita tat-tereftalat tal-polietilene kkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, sewwa jekk iddikjarati li toriġina fil-Brażil jew fl-Iżrael u sewwa jekk le u li jagħmlu dawn l-importazzjonijiet bla ħsara għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni kontra mill-importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunit Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1973/2000 [2], (ir-Regolament bażiku), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(13) u l-Artikolu 24(3) u (5) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. IT-TALBA

(1) Il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku sabiex tinvestiga t-tagħwiġ possibbli tal-miżuri ta' kontrobilanċ imposti fuq l-importazzjnijiet tar-rita (ir-rita tal-PET) tat-tereftalat tal-polietilene (il-PET) li toriġina fl-Indja.

(2) It-talba kienet iddepożitata fis-6 ta' Jannar 2004 mill-produtturi Komunitarji li ġejjin: Id-DuPont Teijin Films, il-Mitsubishi Polyester Film GmbH u n-Nuroll SpA

B. IL-PRODOTT

(3) Il-prodott interessat mit-tagħwiġ possibbli huwa r-rita PET li toriġina fl-Indja, normalment iddikjarata taħt il-kodiċijiet tan-NM ex39206219 u ex39206290 (il-prodott interessat). Dawn il-kodiċijiet qegħdin jingħataw għat-tagħrif biss.

(4) Il-prodott taħt investigazzjoni huwa r-rita tat-tereflatat tal-polietline (il-PET) ikkunsinnat mill-Brażil u mill-Iżrael (il-prodott taħt l-investigazzjoni) normalment iddikjarat taħt l-istess kodiċijiet bħall-prodott interessat.

Ċ. IL-MIŻURI EŻISTENTI

(5) Il-miżuri bħalissa fis-seħħ u li possibbilment qegħdin jiġu mgħawġa huma l-miżuri ta' kontrobilanċ imposti bir-Regoament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/1999 [3].

D. IR-RAĠUNIJIET

(6) It-talba fiha xiehda prima facie biżżejjed illi l-miżuri ta' kontrobilanċ fuq l-importazzjonijiet tar-rita tal-PET li toriġina fl-Indja qegħdin jiġu mgħawġa permezz tat-trasbord via l-Brażil u via l-Iżrael.

(7) Ix-xiehda ssottomessa hija kif ġej:

It-talba turi li ġrat bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mill-Indja, mill-Brażil u mill-Iżrael lejn il-Komunit wara l-imposizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott interessat, u jidher li mhemmx kawża jew ġustifikazzjoni mistħoqqa biżżejjed għajr l-imposizzjoni tad-dazju għal din il-bidla. Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ tidher li tinħoloq mit-trasbord tar-rita tal-PET li toriġina fl-Indja via l-Brażil u via l-Iżrael.

(8) Iktar minn hekk, it-talba fiha xieħda prima facie biżżejjed illi l-effetti rimedjali eżistenti tal-miżuri tal-kontrobianċ fuq il-prodott interessat qegħdin jiġu mminati f'termini ta' kwantitajiet. Volumi sinfikanti ta' l-importazzjonijiet tar-rita tal-PET mill-Brażil u mill-Iżrael jidhru li ħadu l-post ta' l-importazzjonijiet tal-prodott interessat li joriġina fl-Indja.

(9) Finalment, it-talba fiha biżżejjed xiehda prima facie illi r-rita tal-PET għadha tibbenefika mis-sussidji kif stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali.

(10) Jekk il-prattiċi tat-tagħwiġ koperti bl-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament, għajr it-trasbord, jiġu identifikati fil-kors ta' l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista' tkopri dawn il-prattiċi wkoll.

E. IL-PROĊEDURA

(11) Fid-dawl ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet illi teżisti xiehda biżżejjed għalbiex tiġġustifika l-ftuħ ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 23 tar-Regolament bażiku u tagħmel l-importazzjonijiet tar-rita tal-PET ikkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, sewwa jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Brażil jew fl-Iżrael u sewwa jekk le, bla ħsara għar-reġistrazzjoni, skond l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku.

(a) Il-Kwestjonarji

(12) Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni trid tibgħat kwestjonarji lill-esportatiuri/produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta' l-esportaturi/produtturi fil-Brażil u fl-Iżrael, lill-esportaturi/produtturi fl-Indja, u lill-importaturi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-importaturi fil-Komunit li kkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti jew li huma elenkati fit-talba, u lill-awtoritajiet fl-Indja, fil-Brażil u fl-Iżrael. It-tagħrif, kif approprjat, jista' jintalab ukoll mill-industrija Komunitarja.

(13) Ikun xi jkun il-każ, il-partijiet kollha interessati għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien iffissat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament sabiex tikxef jekk humiex elenkati fit-talba, u, jekk meħtieġ, titlob kwestjonarju fil-limitu taż-żmien iffissat fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, mogħti illi l-limitu taż-żmien iffissat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

(14) L-awtoritajiet ta' l-Indja, tal-Brażil u ta' l-Iżrael iridu jiġu nnotifikati bil-bidu ta' l-investigazzjoni u pprovvduti b'kopji tat-talba.

(b) Il-ġbir tat-tagħrif u ż-żamma tas-smigħ

(15) Il-partijiet interessati kollha huma hawnhekk mistiedna li jagħmlu l-veduti tagħhom magħrufa bil-miktub u li jipprovdu x-xiehda ta' sostenn. Iktar minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' partjiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li jeżistu raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu.

(ċ) L-eżenzjoni mir-reġistazzjoni ta' l-importazzjonijiet jew tal-miżuri

(16) Skond l-Arikolu 23(3) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tikkostitwix tagħwiġ.

(17) It-tagħwiġ possibbli jsir barra mill-Komunità. L-Artikolu 23 tar-Regolament bażiku qiegħed jimmira li jopponi l-prattiċi tat-tagħwiġ mingħajr ma jaffettwa lill-operaturi li jkunu jistgħu jippruvaw illi huma mhumiex involuti f'dawn il-prattiċi, imma ma fihx dispożizzjoni speċifika li jista' jistabbilixxi li ma jkunux involuti fil-prattiċi tat-tagħwiġ. Għalhekk jidher meħtieġ li tiddaħħal il-posibbilt li l-produtturi interessati jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti esportati tagħhom jew mill-miżuri fuq dawn l-importazzjonijiet.

(18) Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom japplikaw għaliha u jissottomettu kull tweġiba mitluba fil-kwestjonarju fil-limiti approprjati taż-żmien, sabiex ikun jista' jiġi stabbilit illi mhumiex qegħdin jgħawġu d-dmirijet ta' kontrobilanċ fit-tifsira ta' l-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku. L-importaturi jkunu għadhom jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri safejn u sakemm l-importazzjonijiet tagħhom ikunu minn għand produtturi li jkunu ġew konċessi din l-eżenzjoni, u skond l-Artikolu 23(3) tar-Regolament bażiku.

F. IR-REĠISTRAZZJONI

(19) Skond l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni għandhom isiru bla ħsara għar-reġistrazzjoni sabiex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'sejbiet ta' tagħwiġ, ikunu jistgħu jiġu imposti b'taxxa (levy) d-dazji ta' kontrobilanċ ta' ammont approprjat retroattivament mid-data tar-reġistrazzjoni ta' dawn l-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael.

G. IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN

(20) Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, il-limiti taż-żmien għandhom jiġu ddikjarati fi żmien li fih:

- il-partijiet interessati jkunu jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-veduti tagħhom bil-miktub u jissottomettu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor li jrid jitqies matul l-investigazzjoni,

- il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub li trid tinstema' mill-Kummissjoni.

(21) Tinġibed l-attenzjoni għall-fatt illi l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali ddikjarati fir-Regolament bażiku jiddependu milli l-parti tagħmel lilha nfisha magħrufa fil-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

H. IN-NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(22) Fil-każijiet li fihom parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ fil-limiti taż-żmien jew inkella ma tipprovdihx, jew timpedixxi l-ivestigazzjoni b'mod sinifikanti, is-sejbiet, fl-affermattiv jew fin-negattiv, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(23) Meta jistab li parti interessata tkun forniet tagħrif falz jew li jiżgwida, it-tagħrif ma għandux jingħata każ tiegħu u jista' jintgħamel użu mill-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax, jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jintgħamel użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli milli kieku kkooperat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Hija hawnhekk miftuħa investigazzjoni skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97, sabiex tistabbilixxi jekk l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-rita tat-terftalat tal-polietilene (PET), li tidħol fil-kodiċijiet tan-NM ex39206219 u ex39206290 (il-kodiċijiet tat-TARIC 3920621901, 3920621904, 3920621907, 3920621911, 3920621914, 3920621917, 3920621921, 3920621924, 3920621927, 3920621931, 3920621934, 3920621937, 3920621941, 3920621944, 3920621947, 3920621951, 3920621954, 3920621957, 3920621961, 3920621967, 3920621974, 3920621992, 3920629031, 3920629092), ikkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, sewwa jekk joriġinaw fil-Brażil jew fl-Iżrael u sewwa jekk le, mhumiex qegħdin jgħawġu l-miżuri imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/1999 dwar l-importazzjonijiet tar-rita tat-tereftalat tal-polietilene (PET), li toriġina fl-Indja.

Artikolu 2

L-awtoritajiet tad-dwana huma hawnhekk idderiġuti, skond l-Artikolu 23(2) u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97, li jieħdu l-passi approprjati sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fil-Komunità identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

B'regolament, il-Kummissjoni tista' tidderieġi lill-awtoritajiet tad-Dwana li jieqfu mir-reġistrazzjoni rigward l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti ffabbrikati mill-produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li mhumiex qegħdin jgħawġu d-dazji ta' kontrobilanċ.

Artikolu 3

1. Il-kwestjonarji għandhom jiġu mitluba mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Jekk ir-rappreżentanti tal-partijiet interessati jridu jitqiesu matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jagħmlu lilhom infushom magħrufa billi jikkuntattjaw lill-Kummisjoni, jippreżentaw il-veduti tagħhom bil-kitba u jissottomettu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għajr jekk speċifikat xorta oħra.

3. Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll li jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu taż-żmien ta' 40 jum.

4. Kull tagħrif li għandu x'jaqsam mal-materja, kull talba għal smigħ jew għall-kwestjonarju kif ukoll kull talba għall-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikati ta' nuqqas ta' tagħwiġ iridu jsiru bil-miktub (mhux f'format elettroniku, għajr jekk speċifikat xorta oħra) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz ta' l-e-mail, in-numri tat-telefon, tal-fax u/jew tat-telex tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovvduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzali għandhom jiġu ttikkettjati bħala "Limitat" [4] u, skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzali li trid tiġi ttikkettjata "Għall-ispezzjon mill-partijiet interessati".

L-Indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza

Il-European Commission

Directorate General for Trade

Directorate B - (Id-Direttorat B)

L-Uffiċċju: J-79, 5/16

B - 1049 Brussels - (B - 1049),

Fax (32-2) 295 65 05,

Telex COMEU B 21877

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1

[2] ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 4

[3] ĠU L 316, tal-10.12.1999, p. 1

[4] Dan ifisser illi d-dokument huwa għall-użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Reglament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament ewropew u ta-Kunsill (ĠU L 145, al-31.5.2001, p. 43). Huwa doument kunfidenzali skond l-Artikolu 29 tar-Regolament tl-Kunsill (KE) Nru 2026/97 (ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tal-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta' Kontrbilanċ.

--------------------------------------------------