32004R0282



Official Journal L 049 , 19/02/2004 P. 0011 - 0024


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004

tat-18 ta' Frar 2004

li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-5 ta' Lulju 1991 li tniżżel il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjonijiet għall-kontroll veterinarju fuq annimali li deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li emendaw d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], u partikolarment l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 7(2) ta' dan,

Billi:

(1) L-avviż minn qabel ma jaslu l-annimali minn pajjiżi terzi jitlob li, fl-interessi ta' operazzjoni bla xkiel fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntieri, l-adattament ta' dokument formali li fih l-informazzjoni relevanti għad-dikjarazzjoni tad-dwana.

(2) Il-proċeduri għad-dikjarazzjoni u kontrolli veterinarji fuq, annimali fuq il-fruntiera għandhom jkunu armonizzati bil-proċeduri applikabbli għal prodotti ta' l-oriġini ta' l-annimali.

(3) Bħala parti mill-armonizzazzjoni d-definizzjoni ta' persuna responabbli għat-tagħbija kif imniżżla fl-Artikolu 2(2)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE [2] għandha tintuża.

(4) L-iżvilupp ta' Traces sistema veterinarja integrata u kompjuterizzata provduta, mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE [3], jinvolvi l-istandardizzazzjoni tad-dokumenti relatati mad-dikjarazzjoni u kontrolli biex id-data li tinġabar tkun tista' titmexxa u tkun proċessata biex titjieb is-sigurtà tas-saħħa fil-Komunità.

(5) Id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/527/KEE ta' l-4 ta' Novembru 1992 li tniżżel il-mudell għaċ-ċertifikat li jirreferi għalih l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 91/496/KEE [4] għandu jkun aġġornat u d-Deċiżjoni 92/527/KEE titħassar.

(6) Peress illi l-ispezzjonijiet fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri li jeżistu u l-Istati Membri l-ġodda għandhom ikunu aboliti mad-dħul tagħhom, miżuri tranżitorji se jkunu adottati biex ikunu evitati proċeduri amministrattivi ġodda f'xahar wieħed.

(7) Il-miżuri previsti għal dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Avviż tal-wasla ta' annimali permezz ta' dokument veterinarju ta' dħul komuni.

1. Meta l-annimali kollha msemmija fid-Direttiva. Din in-notifika għandha tingħata lin-nies li jagħmlu l-ispezzjoni fuq il-postijiet fil-fruntieri billi jużaw dokument maħluq skond il-mudell tad-dokument veterinarju komuni ta' dħul (CVED) minn kif imfassal mill-Annessi

2. Il-CVED jinħareġ skond ir-regoli ġenerali ta' kif jingħata ċ-ċertifikat kif imniżżla fil-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità.

3. Il-CVED se jikkonsisti f'oriġinal u fil-kopji kollha li jkunu meħtieġa mill-awtorità kompetenti biex iħarsu dan ir-Regolament. Il-persuna responsabbli mit-tagħbija se timla n-numru meħtieġ ta' kopji ta' parti 1 ta' CVED u jwassalhom lill-uffiċjal veterinarju responsabbli mill-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera.

4. Mingħajr preġudizzju għal paragrafi 1 u 3, l-informazzjoni fid-dokument tista', bi ftehim ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri involuti fil-konsinja, tkun is-suġġett ta' avviż minn qabel permezz ta' sistemi ta' telekomunikazzjonijiet jew ta' sistemi oħra ta' trażmissjoni tad-data. Meta dan huwa l-każ, l-informazzjoni mwassla b'mezzi elettroniċi għandha tkun eżatta bl-istess mod li titlob parti 1 tal-mudell CVED.

Artikolu 2

Kontrolli veterinarji

Kontrolli veterinarji u analiżi fil-laboratorji għandhom jsiru skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/794/KE [5].

Artikolu 3

Proċeduri li għandhom jittieħdu wara li l-kontrolli veterinarji jkunu tlestew.

1. Wara jitlestew il-kontrolli veterinarji kollha kif speċifikat fl-Artikolu 4 tad-Direttivi 91/496/KEE, il-parti 2 tal-CVED għandha tintela' taħt ir-responsabbiltà ta' l-uffiċjal veterinarju responsabbli fil-postijiet għall-ispezzjonijiet fil-fruntiera u jkun iffirmat minnu/ha jew minn xi uffiċjal veterinarju li jopera taħt l-awtorità tiegħu/tagħha.

Fejn l-importazzjoni tkun rifjutata, l-kaxxa "dettalji ta' konsenja mibgħuta lura" fil-parti 3 tas-CVED tkun kompluta bl-informazzjoni relevanti hekk kif l-informazzjoni tkun magħrufa. Dik l-informazzjoni tkun imniżżla fis-sistema ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE [6].

2. L-oriġinal tas-CVED jkun jikkonsisti minn partijiet 1 u 2, komplut u ffirmat kif suppost.

3. L-uffiċjal veterinarju, l-importatur jew il-persuna responsabbli mit-tagħbija għandhom javżaw lill-awtoritajiet tad-dwana għall-ispezzjoni fil-postijiet fil-fruntieri bid-deċiżjoni meħuda mill-veterinarju fuq il-konsinja, billi jippreżentaw l-oriġinal tas-CVED jew billi tintbgħat b'mod elettroniku.

4. Meta d-deċiżjoni veterinarja tkun favorevoli u l-awtoritajiet tad-dwana jilħqu ftehim, l-oriġinali tas-CVED jakkumpanja lill-annimali għad-destinazzjoni indikata fid-dokument.

5. Kopja tal-CVED tinżamm mill-uffiċjal veterinarju fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera.

6. Kopja tal-CVED u, fejn ikun hemm bżonn skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/496/KEE, kopja taċ-ċertifikat veterinarju ta' l-importazzjoni, jingħata lill-importatur jew persuna responsabbli mit-tagħbija.

7. L-uffiċjal veterinarju jżomm iċ-ċertifikat oriġinali tal-veterinarju li jakkumpanja lill-annimali kif ukoll kopja tas-CVED, għal mill-inqas tliet snin. Madankollu, għall-annimali li għadhom fil-vjaġġ jew li qed ikunu trasportati, li d-destinazzjoni finali tagħhom hija barra l-Komunità, id-dokument veterinarju oriġinali li jakkumpanja lill-annimali mal-wasla, jivvjaġġa magħhom u l-kopji biss jinżammu fil-postijiet ta' ispezzjonijiet fil-fruntiera.

Artikolu 4

Proċeduri li għandhom ikunu eżegwiti fuq l-annimali fil-kontroll tad-dwana jew suġġetti għal attenzjoni aktar mill-qrib.

Għal annimali deħlin fil-Komunità li huma eżenti milll-obbligazzjonijiet li jgħaddu minn kontrolli ta' identità jew fiżiċi skond l-Artikolu 4(3) jew l-Artikolu 8(A)(I)(b)(ii) tad-Direttiva 91/496/KEE, fejn il-kontroll dokumentat huwa sodisfaċenti, l-uffiċjal veterinarju fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera għad-dħul fil-Komunità javża lill-uffiċjal veterinarju fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera tal-post ta' destinazzjoni. Dan l-avviż isir permezz ta' sistemi ta' skambji ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tad-direttiva 90/425/KEE. L-uffiċjal veterinarju fil-post ta' ispezzjoni fil-fruntiera tad-destinazzjoni joħroġ CVED li jinkludi d-deċiżjoni finali veterinarja meta l-annimali jkunu aċċettati. Meta konsenja tonqos milli tasal jew ikun hemm differenza fil-kwantità jew fil-kwalità, l-awtorità kompetenti responsabbli fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera tad-destinazzjoni tkun kompluta parti 3 tas-CVED.

Fil-każ ta' transitu l-persuna responsabbli mit-tagħbija tippreżenta l-kunsinja lill-uffiċjal veterinarju fil-ħruġ tal-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera. Uffiċjali veterinarji fil-postijiet ta' ispezzjoni fil-fruntiera avżati bit-transitu ta' l-annimali li jkunu qed jivvjaġġaw lejn destinazzjonijiet f'pajjiż terz waqt li ħerġin mill-Komunità għandhom jimlew parti 3 tas-CVED. Huma għandhom jinfurmaw lill-uffiċjal veterinarju fil-post ta' ispezzjoni tal-fruntiera minn fejn l-annimali li jkunu fi transitu għaddew fil-Komunità permezz tas-CVED.

Veterinarji uffiċjali ta' l-awtorità kompetenti fil-post ta' destinazzjoni jkun notifikat bil-wasla ta' l-annimali li jkunu mibgħuta lejn biċċerija, stazzjon ta' kwarantina approvat fl-ispirtu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE [7] jew korp, istitut jew ċentru approvat uffiċjalment fl-ambitu tad-definizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE [8].

Artikolu 5

Kordinazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-iċċekkjar.

Biex ikun żgurat li l-annimali li jidħlu fil-Komunità jkunu suġġetti għall-iċċekkjar, l-awtoritajiet kompetenti u l-veterinarji uffiċjali ta' kull Stat Membru se jaħdem f'kordinazzjoni ma' servizzi ta' ispezzjoni oħra biex flimkien jiġbru f'daqqa l-informazzjoni kollha relevanti għall-importazzjoni ta' l-annimali. Dan għandu jinkludi b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

(a) informazzjoni għad-disposizzjoni tas-servizzi tad-dwana;

(b) informazzjoni fil-manifesti tal-vapuri, ferroviji u ajruplani;

(ċ) għejun ta' informazzjoni oħra aċċessibbli lill-operaturi tat-toroq, linji ta' ferroviji, portijiet u ajruporti.

Artikolu 6

Aċċess għal databases u parteċipazzjoni f'sistemi ta' informazzjoni.

Biex jintlaħaq l-għan imniżżel fl-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u s-servizzi tad-dwana se jorganizzaw l-iskambju bejn iż-żewġ naħat tad-data li hemm fid-databases rispettivi. Is-sistemi tat-teknoloġija ta' l-informatika użati mill-awtoritajiet kompetenti, sa fejn hu possibbli u suġġett għas-sigurtà xierqa tad-data, se jkunu kordinati ma' dawk tas-servizzi tad-dwana, u ma' dawk ta' operaturi kummerċjali, biex b'hekk l-informazzjoni tkun trasferita malajr.

Artikolu 7

Użu ta' ċertifkikazzjoni elettronika.

Il-Produzzjoni, użu, trażmissjoni, u ħażna ta' CVEDs tista' ssir b'mod elettroniku bi ftehim ma' l-awtoritajiet kompetenti.

Informazzjoni se tkun trażmessa bejn awtoritajiet kompetenti permezz ta' sistema ta' skambji ta' informazzjoni msejħa fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE.

Artikolu 8

Miżuri transitorji

Dan ir-Regolament se japplika biss sa l-1 ta' Mejju 2004 fil-postijiet ta' ispezzjoni fuq il-fruntiera kif imniżżla fl-Anness li għandhom ikunu aboliti ma' d-dħul ta' l-Ungerija, Polonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja u l-Islovenja.

Artikolu 9

Tħassir

Id-Deċiżjoni 92/527/KEE hija b'dan imħassra.

Referenza għad-Deċiżjoni mħassra tkun imfissra bħala referenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta' Marzu 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta’ l- 1.7.1996, pġ. 1).

[2] ĠU L 24, tat-30.01.1998, pġ. 9.

[3] ĠU L 216, tat-28.08.2003, pġ. 58.

[4] ĠU L 332, tat-18.11.1992, pġ. 22.

[5] ĠU L 323, tas-26.11.1997, pġ. 31.

[6] ĠU L 224, tat-18.08.1990, pġ. 29.

[7] ĠU L 278, tal-31.10.2000, pġ. 26.

[8] ĠU L 268, ta’ l-14.09.1992, pġ. 54.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

País: AlemaniaLand: TysklandLand: DeutschlandΧώρα: ΓερμανίαPajjiż: il-ĠermanjaPays: AllemagnePaese: GermaniaLand: DuitslandPaís: AlemanhaMaa: SaksaLand: Tyskland

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

Dresden Friedrichstadt | 0153499 | F | | HC, NHC | |

Forst | 0150399 | R | | HC, NHC-NT | U, E, O |

Frankfurt/Oder | 0150499 | F | | HC, NHC | |

Frankfurt/Oder | 0150499 | R | | HC, NHC | U, E, O |

Furth im Wald-Schafberg | 0149399 | R | | HC, NHC | U, E, O |

Ludwigsdorf Autobahn | 0152399 | R | | HC, NHC | U, E, O |

Pomellen | 0151299 | R | | HC, NHC-T(FR), NHC-NT | U, E, O |

Schirnding-Landstraße | 0149799 | R | | HC, NHC | O |

Waidhaus | 0150099 | R | | HC, NHC | U, E, O |

Zinnwald | 0152599 | R | | HC, NHC | U, E, O |

País: ItaliaLand: ItalienLand: ItalienΧώρα: ΙταλίαPajjiż: l-ItaljaPays: ItaliePaese: ItaliaLand: ItaliëPaís: ItáliaMaa: ItaliaLand: Italien

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

Gorizia | 0301199 | R | | HC, NHC | U, E, O |

Prosecco-Fernetti | 0302399 | R | Prodotti HC | HC | |

| Prodotti NHC | NHC | |

| Altri Annimali | | O |

| Tomaso Prioglio Spa | | U, E |

País: AustriaLand: ØstrigLand: ÖsterreichΧώρα: ΑυστρίαPajjiż: l-AwstrijaPays: AutrichePaese: AustriaLand: OostenrijkPaís: ÁustriaMaa: ItävaltaLand: Österrike

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

Berg | 1300199 | R | | HC, NHC | U, E, O |

Deutschkreutz | 1300399 | R | | HC(2), NHC-NT | E, O, U(13) |

Drasenhofen | 1300499 | R | | HC, NHC | U, E, O |

Heiligenkreuz | 1300299 | R | | HC(2), NHC, (18) | |

Hohenau | 1300799 | F | | | U |

Karawankentunnel | 1300899 | R | | HC(2), NHC-NT | E, O, U(13) |

Nickelsdorf | 1301099 | R | | HC, NHC | U, E, O |

Sopron | 1301199 | F | | HC(2), NHC-NT | |

Spielfeld | 1301299 | R | | HC, NHC | U, E, O |

Villach-Süd | 1301499 | F | | HC-NT, NHC-NT | |

Wien-ZB-Kledering | 1300599 | F | | HC(2), NHC-NT | |

Wullowitz | 1301699 | F | | NHC-NT(6) | |

Wullowitz | 1301699 | R | | HC, NHC-NT | E, O, U(13) |

Berg | 1300199 | R | | HC, NHC | U, E, O |

--------------------------------------------------