Official Journal L 037 , 10/02/2004 P. 0005 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 224/2004 tad-9 ta’ Frar 2004 li jiddetermina l-għajnuna referuta fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 għall-ħażna privata tal-butir u l-krema u jagħti deroga mir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib [1], u partikolarment l-Artikolu 10 tieghu, Billi: (1) L-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta’ Diċembru 1999 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwardja l-intervent fis-suq tal-butir u l-krema [2] jistipula li l-ammont ta’ għajnuna għall-ħażna privata referut fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandu jkun iffissat għal kull sena. (2) It-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jispeċifika li l-għajnuna għandha tkun iffissata fid-dawl tal-ispejjeż tal-ħażna u t-tendenza probabbli fil-prezzijiet ta’ butir frisk u butir mill-ħażna. (3) Rigward l-ispejjeż tal-ħażna, notevolment l-ispejjeż tad-dħul u l-ħruġ tal-prodotti kkonċernati, l-ispiża odjerna għall-ħażna fil-kmamar tas-silġ u l-ispiża finanzjarja tal-ħażna għandhom ikunu meqjusa. (4) Rigward it-tendenza probabbli fil-prezzijiet, konsiderazzjoni għandha tkun mogħtija għat-tnaqis fil-prezzijiet tal-intervent tal-butir previst fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 12555/1999 u li jirriżulta fi tnaqqis mistenni fil-prezzijiet tas-suq għal butir frisk u butir mill-ħażna u għajnuna għola għandha tkun mogħtija għall-applikazzjonijiet għall-kuntratti li jkunu waslu qabel l-1 ta’ Lulju 2004. (5) Sabiex ikunu evitati applikazzjonijiet eċċessivi għal ħażna privata qabel dik id-data, kwanità indikattiva u mekkaniżmu ta’ komunikazzjoni li jgħin sabiex il-Kummissjoni tkun tista tistabbilixxi meta din il-kwantità tkun milħuqha jeħtieġ li jkun introdott għall-perijodu li jispicca fl-1 ta’ Lulju 2004. Din il-kwantità indikattiva għandha tkun iffissata billi jkunu meqjusa l-kwantitajiet koperti bil-kuntratti tal-ħażna fis-snin imgħoddija. (6) L-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 jistipula li d-dħul fil-ħażna għandu jseħħ bejn il-15 ta’ Marzu u l-15 ta’ Awissu. Is-sitwazzjoni diffiċli kurrenti fis-suq tal-butir tiġġustifika t-twassil tad-data ta’ l-operazzjonijiet tad-dħul tal-butir u l-krema fil-ħażna fl-2004 il-quddiem lejn l-1 ta’ Marzu. Konsegwentament deroga minn dak l-Artikolu għandha tkun introdotta. (7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-għajnuna referuta fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha tkun ikkalkolata għal kull tunnellata ta’ butir jew ekwivalenti ta’ butir għall-kuntratti konklużi fil-2004 fuq il-bażi ta’ l-elemnti li ġejjin: (a) għal kuntratti kollha: - EUR 24 għal spejjeż fissi tal-ħażna, - EUR 0,35 għal spejjeż ta’ ħażna fil-kmamar tas-silġ għal kull jum ta’ ħażna b’kuntratt, - ammont ta’ kull jum ta’ ħażna b’kuntratt, ikkalkolata fuq il-bażi ta’ 90 % tal-prezz ta’ l-intervent għall-butir fis-seħħ fil-jum li fih il-ħażna b’kuntratt tibda u fuq il-bażi ta’ rata annwali ta’ l-imgħax ta’ 2,25 %’ u (b) EUR 147,60 għal kuntratti li jkunu ġew konklużi fuq il-bażi t’ l-applikazzjonijiet li jkunu waslu għand l-aġenzija ta’ l-intervent qabel 1 Lulju 2004. 2. L-aġenzija ta’ l-intervent għandha tirreġistra d-data tal-wasla ta’ l-applikazzjoni dwar il-konklużjoni ta’ kuntratt kif referut fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 kif ukoll il-kwantitajiet korresspondenti u d-dati tal-manifattura u l-post li fih il-butir huwa maħżun. L-Istati Membri għandhom jinformaw lil-Kummissjoni mhux aktar tard minn nofs-in-nhar (ħin ta’ Brussel) kull nhar ta’ Tlieta bil-kwantitajiet koperti matul il-ġimgħa preċedenti b’dawk l-applikazzjonijiet. La barda tkun saret il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lejn l-Istati Membri li l-applikazzjoni ikunu laħqu il-90000 tunnellata, l-Istati Membri għandhom jinformaw lil-Kummissjoni ta’ kull jum qabel nofs-in-nhar (ħin ta’ Brussel) bil-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet tal-jum preċedenti. 3. Il-Kummissjoni għandha tissospendi l-applikazzjoni tal-paragrafu 1(b) u 2 la darba hija tkun osservat li l-applikazzjonijiet referuti fil-paragrafu 1(b) jkunu laħqu il-120000 tunnellata. Artikolu 2 Bħala deroga mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999, id-dħul fil-ħażna fil-2004 jista jseħħ mill-1 ta’ Marzu. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Frar 2004. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) nru 1787/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 121). [2] ĠU L 333, ta’ l-24.12.1999, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 359/2003 (ĠU L 53, tat-28.2.2003, p. 17). --------------------------------------------------