Official Journal L 034 , 06/02/2004 P. 0031 - 0032
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2004 tal-5 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3175/94 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati ta’ l-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti speċjali għall-provvista tal-prodotti taċ-ċereali lill-gżejjer iż-żgħar ta’ l-Eġew u li jistabbilixxi l-bilanċ imbassar tal-provvista IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta’ Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-gżejjer iż-żgħar ta’ l-Eġew rigward ċerti prodotti agrikoli [1], u partikolarment l-Artikolu 3a(2) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 2958/93 [2] jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 fir-rigward ta’ l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ ċerti prodotti agrikoli għall-gżejjer iż-żgħar ta’ l-Eġew u, permezz ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2019.93, l-ammont ta’ l-għajnuna għal dan il-forniment. (2) Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3175/94 [3] jistabbilixxi it-tbassir tal-bilanċ tal-provvista tal-prodotti taċ-ċereali. (3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2782/98 [4] jistabblixxi l-bilanċ tal-provvista għall-1999 għall-prodotti taċ-ċereali u wkoll għall-għalf niexef. Il-bilanċi tal-forniment għas-snin segwenti kienu wkoll stabbiliti għall-prodotti taċ-ċereali u l-għalf niexef. (4) Fl-interess taċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 3175/94 għandu jkun adottat f’ċerti aspetti. (5) Il-bilanċi mbassra tal-forniment għandhom ukoll ikunu stabbiliti għall-2004. (6) Ir-Regolament (KE) Nru 3175/94 għandu jkun emendat kif xieraq. (7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt tal-kumitati ta’ ġestjoni relevanti, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 3175/94 huwa emendat kif ġej: 1. it-titolu huwa mibdul b’dan li ġej: "Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3175/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati ta’ l-applikazzjoni għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista tal-prodotti taċ-ċereali u ta’ l-għalf niexef lill-gżejjer iż-żgħar ta’ l-Eġew u li jistabbilixxi bilanċ imbassar ta’l-provvista." 2. l-Artikolu 1 li ġej huwa miżjud: "L-Artikolu 1 Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, it-tbassir tal-bilanċ tal-forniment għall-prodotti taċ-ċereali u l-għalf imqadded li joriġinaw fil-Komunità lejn il-gżejjer iż-żgħar ta’ l-Eġew għandu jkun kif elenkat fl-Anness ma dan." 3. l-Anness huwa mibdul bl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Jannar 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Frar 2004. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 184, tas-27.7.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) nru 1782/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1). [2] ĠU L 267, tat-28.10.1993, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1820/2002 (ĠU L 276, tat-12.10.2002, p. 22). [3] ĠU L 335, tat-23.12.1994, p. 54. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 217/2003 (ĠU L 29, tal-5.2.2003, p. 3). [4] ĠU L 347, tat-23.12.1998, p. 15. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS Tbassir tal-bilanċ tal-forniment għall-gżejjer iż-żgħar tal-prodotti taċ-ċereali u l-għalf niexef għall-2004 (tunnellati metriċi) | Kwantità | 2004 | Prodotti taċ-ċereali u għalf niexef li joriġinaw fil-Komunità Ewropea | Kodiċi NM | Il-gżejjer li jappartienu għall-grupp A | Il-gżejjer li jappartienu għall-grupp B | Qmugħ taċ-ċereali | 1001, 1002, 1003, 1004 u 1005 | 9000 | 70000 | Xgħir li joriġina fuq Limnos | 1003 | 3000 | Dqiq tal-qamħ | 1101 u 1102 | 11000 | 38000 | Residwi u skart mill-industria ta’ l-ikel | 2302 sa 2308 | 9000 | 53000 | Preparazzjonijiet tat-tip wżati fil-għalf ta’ l-annimali | 230920 | 2000 | 17000 | Nifel (xnien ta’ barra) u għanlf imqadded għal tnixxif artifiċjali, bis-sħana jew b’meżżi oħrajn | 121410001214909112149099 | 2000 | 7000 | Żerriegħa tal-qoton | 12072090 | 1000 | 3000 | Total tal-grupp | 33000 | 189000 | Total | 225000 | Il-gruppi A u B huma definiti fl-Annessi I u II, tar-Regolament (KEE) Nru 2958/93.” --------------------------------------------------