32004R0141



Official Journal L 024 , 29/01/2004 P. 0025 - 0031


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2004

tat-28 ta’ Jannar 2004

li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 rigward il-miżuri ta’ żvilupp rurali transitorji applikabbli għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il–Litwanja, l–Ungerija, Malta, ilPolonja, l-Islovenja u l-Islovakkja

IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it- Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tarRepubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, ilPolonja, l-Islovenja u l-Islovakkja u b’mod partikolari lparagrafu 3 ta’ lArtikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat lAtt ta’ Adeżjoni tarRepubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, ilPolonja, l-Islovenja u l-Islovakkja u b’mod partikolari lewwel paragrafu ta’ lArtikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1) IlKapitolu IXa tarRegolament talKunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija Agrikoli (FEGGA) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [1] introdotti millAtt ta’ Adeżjoni tarRepubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, ilPolonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, jiddefinixxi b’mod ġenerali lkondizzjonijiet li taħthom għajnuna temporanja addizzjonali għandha tingħata għallmiżuri ta’ żvilupp rurali transitorji flIstati Membri ġodda. Irregoli ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati sabiex jgħinu lil dawk ilkondizzjonijiet u jadattaw ċerti regoli maħsuba minn qabel mirRegolament talKummissjoni (KE) Nru 445/2002 tas26 ta’ Frar 2002 li jistipula rregoli dettaljati għallapplikazzjoni tarRegolament talKunsill (KE)Nru 1257/1999 dwar lappoġġ għalliżvilupp rurali millFond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG)) [2].

(2) Dawk irregoli għandhom ikunu konformi malprinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità u għalhekk għandhom ikunu limitati għal dak li hemm bżonn sabiex jinkisbu lgħanijiet imfittxija.

(3) Kondizzjonijiet ta’ eliġibilità għal ċerti miżuri transitorji għandhom, għalhekk, ikunu speċifikati u llimiti ta’ għajnuna applikabbli għal Malta għandhom ikunu stipulati.

(4) Sabiex jiġi faċilitat listabbiliment talpjanijiet ta’ żvilupp rurali inkluż dawk ilmiżuri, u leżaminazzjoni u lapprovazzjoni tagħhom millKummisjoni, regoli komuni relatati ma’ listruttura u lkontenut tagħhom għandhom ikunu stipulati b’mod partikolari fuq ilbażijiet ta’ lArtikolu 43 tarRegolament (KE) Nru 1257/1999.

(5) Ilmiżuri previsti f’dan irRegolament jaqblu ma’ lopinjoni talKumitat ta’ lIstrutturi Agrikoli u ma’ lIżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITOLU I INTENZJONI

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni marbuta ma’:

(a) il-miżuri speċifiċi ta’ żvilupp rurali maħsuba fil-Kapitolu IXa tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u applikabbli għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (minn issa ‘l quddiem imsejħa "l-Istati Membri l-ġodda");

(b) programmazzjoni u evalwazzjoni tal-miżuri ta’ żvilupp rurali għall-Istati Membri ġodda.

Il-KAPITOLU II MIŻURI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI ĠODDA

Artikolu 2

Appoġġ għal għelieqi li parti mit-tkabbir tagħhom jgħajjex lill-propretarju u li jkunu qiegħdin jiġu ristrutturati

Il-pjan ta’ nfiq u dħul maħsub fl-Artikolu 33b(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandu jkun dettaljat biżżejjed biex ikun jista’ jintuża bħala appoġġ ta’ l-investiment fil-kumpanijji agrikoli.

Artikolu 3

Assistenza teknika

B’deroga ta’ l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 445/2002, ir-Regola Nru 11 ta’ l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1685/2000 [3] tapplika l-miżura msemmija fl-Artikolu 33e tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

Artikolu 4

Miżuri ta’ kompletezza għall-ħlasijiet diretti

Kondizzjonijiet ta’ eliġibilita’ biex jiġi garantit l-appoġġ skond il-miżura maħsuba fl-Artikolu 33ħ tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 huma definiti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ħlas nazzjonali dirett komplementari.

Il-KAPITOLU III APPOĠĠ MIŻJUD APPLIKABBLI GĦAL MALTA

Artikolu 5

Miżuri ta’ kompletezza għall-għajnuna Statali f’Malta

Kondizzjonijiet ta’ eliġibilita’ sabiex ikun garantit l-appoġġ skond il-miżura maħsuba fl-Artikolu 33i tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 huma definiti fil-qafas tal-Programm Speċjali ta’ Politika tas-Suq għall-Agrikoltura Maltija (SMPPMA) previst fl-Anness XI, Kapitolu 4, Sezzjoni A, punt 1 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni.

Il-KAPITOLU IV DEROGI APPLIKABBLI GĦAL ĊERTI STATI MEMBRI

Artikolu 6

Ambjent agrikolu

L-ammont massimu annwali għal kull ettaru għall-manutenzjoni u l-preservazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ f’Malta previst fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 33m(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 hu indikat fl-Anness I, punt A.

Artikolu 7

Gruppi ta’ prodotti f’Malta

1. Dawk il-gruppi ta’ produtturi li jinkludu persentaġġ minimu ta’ produtturi fis-settur u jirrapreżentaw persentaġġ minimu tal-produzzjoni fis-settur għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna minima prevista fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 33d(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

2. L-ammont minimu ta’ appoġġ, ikkalkulat bħala funzjoni ta’ l-ispiża minima neċessarja biex jiġi ffurmat grupp żgħir ta’ produtturi, hu indikat fl-Anness I, punt B.

Il-KAPITOLU V DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U FINANZJARJI

Artikolu 8

Evalwazzjoni

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-term imsemmija fl-Artikolu 56 u 57 tar-Regolament (KE) Nru 445/2002 m’għandhiex tapplika għall-Istati Membri ġodda matul il-perjodu ta’ programmar 2004-2006.

Artikolu 9

Programmar

1. Sabiex japplikaw il-punt 8 ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 445/2002 l-Istati Membri l-ġodda se jużaw tabella finanzjarja totali indikattiva inkluża fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

2. Minbarra l-informazzjoni maħsuba fil-punt 9 ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 445/2002, il-pjanijiet ta’ żvilupp rurali previsti fit-Titlu III, Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 fihom l-informazzjoni mniżżla fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Il-KAPITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Mejju 2004 skond id-dħul fis-seħħ ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80, Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

[2] ĠU L 74, 15.03.02, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 963/2003 (ĠU L 138, 05.06.03, p. 32).

[3] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 39.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Tabella ta’ l-ammonti għall-miżuri speċifiċi għal Malta

A. Ammont massimu msemmi fl-Artikolu 6:

Suġġett | EWR | |

Ħlas massimu għall-manutenzjoni u l-preservazzjoni ta'ħitan tas-sejjieħ | 2 000 | għal kull ettaru |

B. Ammont massimu imsemmi fl-Artikolu 7, it-tieni inċiż:

Suġġett | EWR | |

Appoġġ għall-ħolqien ta' grupp ta' produtturi | 63 000 | L-ewwel sena |

63 000 | It-tieni sena |

63 000 | It-tielet sena |

60 000 | Ir-raba' sena |

50 000 | Il-ħames sena |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Tagħrif dwar il-miżuri speċifiċi u d-derogi imsemmija fil-Kapitolu Ixa tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 li għandu jitniżżel fil-pjanijiet ta’ żvilupp rurali.

1. Miżuri applikabbli għall-Istati Membri ġodda kollha

I. Appoġġ għal għelieqi li parti mit-tkabbir tagħhom jgħajjex lill-propretarju u li jkunu qiegħdin jiġu ristrutturat

A. Karatteristiċi prinċipali:

- definizzjoni ta’ l-għalqa li parti mit-tkabbir tagħha jgħajjex lis-sid billi jiġi kkunsidrat il-qies minimu u/jew massimu ta’ l-għalqa, approporzjon mal-produzzjoni imqiegħda fuq is-suq, u/jew il-livell ta’ qliegħ ta’ l-għalqa eliġibbli,

- definizzjoni tal-viabilita’ ekonomika;

B. Tagħrif ieħor:

- il-kontenut tal-pjan ta’ dħul u nfieq.

II. Gruppi ta’ produtturi

A. Karatteristiċi prinċipali:

- għal Malta biss, indikazzjoni tas-settur jew setturi li jibbenefikaw mid-deroga bil-ġustifikazzjoni relatata mal-produzzjoni estremament baxxa, u l-kondizzjonijiet ta’ eliġibilita’ għad-deroga: persentaġġ minimu tal-produzzjoni tal-grupp meta mqabbla mal-produzzjoni totali fis-settur, persentaġġ minimu ta’ produtturi fis-setturi li huma membri tal-grupp,

- għal Malta biss, ġustifikazzjoni u kalkolazzjoni ta’ l-ammonti annwali;

B. Tagħrif ieħor:

- deskrizzjoni tal-proċedura uffiċjali sabiex jiġu rikonoxxuti l-gruppi inkluż il-kriterji ta’ għażla,

- Setturi konċernati.

III. Assistenza teknika

A. Karatteristiċi prinċipali:

- mhux applikabbli;

B. Tagħrif ieħor:

- deskrizzjoni tal-benefiċjarji.

IV. Miżuri prinċipali + miżuri skond it-tip

Kisba tas-snajja’ (L-Artikolu 33f(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999)

A. Karatteristiċi prinċipali:

- proċedura u kalendarju għall-għażla tal-kuntratturi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet;

B. Tagħri ieħor:

- ma jgħoddx.

Strateġiji sperimentali ta’ żvilupp rurali territorjali (L-Artikolu 33f(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999)

A. Karatteristiċi partikolari:

- proċedura u kalendarju biex jingħażlu l-gruppi ta’ azzjoni lokali li jibbenefikaw mill-miżura, inklużi kriterji ta’ għażla u numru massimu ippjanat ta’ benefiċjarji,

- kriterji sabiex tintwera l-ħila u l-esperjenza amministrattiva fl-approċċ tat-tip ta’ "żvilupp lokali rurali" fuq livell reġjonali;

B. Tagħrif ieħor:

- ma jgħoddx.

V. Miżuri ta’ kompletezza għall-ħlasijiet diretti

A. Karatteristiċi partikolari:

- Għajnuna tal-Komunità għal kull sena tal-programm;

B. Tagħrif ieħor:

- Deskrizzjoni ta’ l-aġenzija li tħallas.

2. Miżuri applikabbli għal Malta

I. Miżuri ta’ kompletezza għall-għajnuna Statali

A. Karatteristiċi prinċipali:

- ma jgħoddx;

B. Tagħrif ieħor:

- Deskrizzjoni ta’ l-aġenzija li tħallas.

3. Derogi applikabbli għall-Istati Membri ġodda kollha

I. It-titjib tat-tagħmil u tqegħid fuq is-suq tal-prodotti agrikoli

A. Karatteristiċi prinċipali:

- ma jgħoddx;

B. Tagħrif ieħor:

- Lista ta’ kumpanijji li jibbenefikaw minn perjodu ta’ transizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 331(3).

4. Deroga applikabbli għall-Estonja

I. Tisġir ta’ art agrikola

A. Karatteristiċi prinċipali:

- ma jgħoddx;

B. Tagħrif ieħor:

- deskrizzjoni tal-kontroll ta’ l-użu ta’ l-art matul l-aħħar ħames snin qabel it-tisġir.

5. Deroga applikabbli għal Malta

I. Ambejnt agrikolu

A. Karatteristiċi prinċipali:

- ġustifikazzjoni u kalkolu tal-limiti annwali għall-manutenzjoni u l-preservazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ;

B. Tagħrif ieħor:

- ma jgħoddx.

--------------------------------------------------